Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 4
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0051 - 0052
Artikolu 4 1. L-Unjoni għandha kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri fejn it-Trattati jtuha kompetenza li ma tirrigwardax l-oqsma previsti fl-Artikoli 3 u 6. 2. Il-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tapplika għall-oqsma prinċipali li ġejjin: a) is-suq intern; b) il-politika soċjali, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat; ċ) il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; d) l-agrikoltura u s-sajd, eskluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; e) l-ambjent; f) il-protezzjoni tal-konsumatur; g) it-trasport; h) in-netwerks trans-Ewropej; i) l-enerġija; j) l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; k) l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat. 3. Fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiddefinixxi u timplimenta programmi mingħajr ma' l-eżerċizzju ta' din il-kompetenza ma jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom. 4. Fl-oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u ta' l-għajnuna umanitarja, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet u tmexxi politika komuni mingħajr ma l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom. --------------------------------------------------