12008E001

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - Artikolu 1

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0050 - 0050


Artikolu 1

1. Dan it-Trattat jorganizza l-funzjonament ta' l-Unjoni u jiddetermina l-oqsma, id-delimitazzjoni u l-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha.

2. Dan it-Trattat u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea huma t-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Dawn iż-żewġ Trattati, li għandhom l-istess valur legali, huma indikati bil-kliem "it-Trattati".

--------------------------------------------------