12008E/PRO/11

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - PROTOKOLLI - Protokoll (nru 11) dwar l-artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0278 - 0278


PROTOKOLL (Nru 11)

DWAR L-ARTIKOLU 42 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ħtieġa li jimplimentaw kompletament id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 42, paragrafu 2, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-politika ta' l-Unjoni skond l-Artikolu 42 m'għandhiex tippreġudika il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' xi uħud mill-Istati Membri u għandha tirrispetta l-obbligi ta' uħud mill-Istati Membri, li jaraw id-difiża komuni tagħhom imwettqa fin-NATO, skond it-Trattat tan-Nord Atlantiku u li tkun kumpattibli mal-politika komuni għas-sigurtà u għad-difiża stabbilita f'dak il-qafas;

QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

L-Unjoni Ewropea għandha tħejji, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea tal-Punent, arranġamenti għall-koperazzjoni msaħħa bejniethom.

--------------------------------------------------