12008E/AFI/DCL/28

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 - A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI - 28. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 98 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0347 - 0347


28. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 98 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 98 għandhom jiġu japplikati skond il-prattika attwali. Il-frażi "il-miżuri (…) meħtieġa sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati mid-diviżjoni tal-Ġermanja lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali milquta minn dik id-diviżjoni" għandha tiġi interpretata skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------