12008E/AFI/DCL/08

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 - A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI - 8. Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0340 - 0340


8. Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin

Fil-każ li t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ wara l- 1 ta' Jannar 2009, il-Konferenza tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza semestrali tal-Kunsill f'dak iż-żmien, minn naħa, u lill-persuna li tkun eletta President tal-Kunsill Ewropew u lill-persuna li tinħatar Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, min-naħa l-oħra, sabiex, f'konsultazzjoni mal-presidenza semestrali li jkun imiss, jieħdu l-miżuri konkreti meħtieġa li jippermettu transizzjoni effiċjenti ta' l-aspetti materjali u organizzattivi ta' l-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.

--------------------------------------------------