12007P024

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU III - L-UGWALJANZA - Artikolu 24 - Id-drittijiet tat-tfal

Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0007 - 0007


Artikolu 24

Id-drittijiet tat-tfal

1. It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-ġid tagħhom. Huma jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom liberament. Dawn l-opinjonijiet għandhom jitqiesu f'materji li jirrigwardawhom skond l-età u l-maturità tagħhom.

2. Fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja.

3. It-tfal kollha għandhom id-dritt li jkollhom, regolarment, relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tat-tfal.

--------------------------------------------------