12007P003

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU I - DINJITÀ - Artikolu 3 - Id-dritt għall-integrità tal-persuna

Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0003 - 0003


Artikolu 3

Id-dritt għall-integrità tal-persuna

1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett ta' l-integrità fiżika u mentali tagħha.

2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b'mod partikolari:

a) il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi;

b) il-projbizzjoni ta' prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni;

ċ) il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju;

d) il-projbizzjoni tal-klonazzjoni riproduttiva tal-bnedmin.

--------------------------------------------------