30.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/1 |
PROCÈS–VERBAL TA' RETTIFIKA
tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 306 tas-17 ta' Diċembru 2007 )
(2009/C 290/01)
Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat f'Ruma, fis-27 ta’ Novembru 2009, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depożitarju.
a) |
Paġna 27, Artikolu 1, punt 30), “ARTIKOLU 13a”, fl-ewwel sub-Artikolu |
Flok:
“1. |
Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi permezz tal-proposti tiegħu għat-tħejjija tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ..”, |
Aqra:
“1. |
Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni …”. |
b) |
Paġna 38, Artikolu 1, punt 51) |
Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied qabel l-aħħar sentenza:
“L-Artikoli 34, 35, 37, 38 u 39 għandhom jiġu rrevokati”.
c) |
Paġna 52, Artikolu 2, punt 34), punt a) |
Flok:
“a) |
fil-paragrafu 1, il-kelma ‘tikkumplimenta’ għandha tiġi ssostiwita bi ‘tiżdied ma'’;”, |
Aqra:
“a) |
fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi għandhom jaqraw kif ġej: ‘…Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina ta' l-Unjoni. Iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex.’;”. |
d) |
Paġna 55, Artikolu 2, punt 49), punt d) |
Flok:
“d) |
fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 innumerat mill-ġdid 4, il-kliem ‘il-Kunsill b'votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata jista' bil-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu ta' qabel jissostitwixxi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq bl-organizzazzjoni komuni …’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘Skond il-paragrafu 2, l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni …’;”, |
Aqra:
“d) |
Il-frażi introduttiva tal-paragrafu 3 kif enumerat mill-ġdid bħala 4 għandha taqra hekk:
|
Paġna 153, it-titolu tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 28a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Flok:
Aqra:
a) |
Paġna 167, Artikolu 1, punt 5), il-ħames inċiż |
Għandhom jitħassru l-kliem “— l-Artikolu 9.1;”.
b) |
Paġna 170, Artikolu 1, punt 10), punt b), it-tieni kolonna |
Flok:
“— |
Artikolu 52;”, |
Aqra:
“— |
Artikolu 52, l-ewwel darba li tidher;”". |
c) |
Paġna 174, Artikolu 1, punt 12), punt ċ) |
Flok:
“ċ) |
it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1 għandu jitħassar;”, |
Aqra:
“ċ) |
fl-Artikolu 1, il-kliem ‘ta' dan it-Trattat’ għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem ‘tat-Trattati’, u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar;”. |
d) |
Paġna 180, Artikolu 1, punt 14), punt f) |
Flok:
“f) |
fl-Artikolu 16, kif enumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza ‘Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni …’ għandha tiġi ssostitwita bi ‘Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja …’;”, |
Aqra:
“f) |
fl-Artikolu 16, innumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza ‘Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni …’ għandha tiġi ssostitwita bil-kliem ‘Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja …’ u s-sentenza għandha tiġi grammatikament adattata kif meħtieġ;”. |
e) |
Paġna 183, Artikolu 1, punt 18), punt f) |
Flok:
“f) |
fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem ‘…, li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,’ għandhom jitħassru;”, |
Aqra:
“f) |
fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem ‘…, li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,’ għandhom jitħassru, u l-kliem ‘ta' dan l-Acquis’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘tal-acquis ta' Schengen’;”. |
f) |
Paġna 200, Artikolu 7(1) |
Flok:
“1. |
Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”, |
Aqra:
“1. |
Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”. |
g) |
Paġna 200, Artikolu 7 |
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7 tal-Prototkoll Nru 2:
“4. |
Fil-punt (c) tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 198, ir-referenza magħmula għall-Anness II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b'dik magħmula għall-Anness II tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”, |
filwaqt li dak li kien il-paragrafu 4 jiġi enumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 5
Paġna 207, in-numerazzjoni preċedenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea korrispondenti għat-Titolu VI, in-nota 16 ta' qiegħ il-paġna
Flok:
“(2) |
Id-disposizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali dwar il-kooperazzjoni tal-puliżija u dik ġudizzjarju f'materji kriminali, għandhom jiġu ssostitwiti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV tal-Parti 3 tat-TFUE.”, |
Aqra:
“(2) |
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali, dwar il-koperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, huma sostitwiti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV (innumerat mill-ġdid V) tat-Tielet Parti tat-TFUE.”. |