12007L/AFI/DCL/48

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi għat-Trattati - 48. Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0265 - 0265


48. Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Il-Konferenza tinnota li, fir-rigward ta' atti legislattivi li jridu jiġu adottati mill-Kunsill, waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew, u li fihom dispożizzjonijiet applikabbli għad-Danimarka kif ukoll dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka għaliex għandhom bażi legali li għaliha tapplika l-Parti I tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka tiddikjara li mhix ser tuża d-dritt tal-vot tagħha biex timpedixxi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka.

Barra minn dan, il-Konferenza tinnota li, abbażi tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza dwar l-Artikolu 188 R, id-Danimarka tiddikjara li l-parteċipazzjoni tagħha f'azzjonijiet jew f'atti leġislattivi skond l-Artikolu 188 R ser isseħħ skond il-Parti I u l-Parti II tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

--------------------------------------------------