Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - A. Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-trattati - 38. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0262 - 0262
38. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja Il-Konferenza tiddikjara li jekk, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 222, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li n-numru ta' Avukati Ġenerali jiżdied bi tlieta (ħdax minflok tmienja), il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, ser jaqbel dwar tali żieda. F'dak il-każ, il-Konferenza taqbel li l-Polonja, kif diġà huwa l-każ għall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit, ser ikollha Avukat-Ġenerali permanenti u mhux ser tibqa' tieħu sehem fis-sistema ta' rotazzjoni; filwaqt li s-sistema attwali ta' rotazzjoni ser tibda tinkludi r-rotazzjoni ta' ħames Avukati-Ġenerali minflok tlieta. --------------------------------------------------