Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - A. Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-trattati - 2. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0249 - 0249
2. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea Il-Konferenza taqbel li l-adeżjoni ta' l-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali għandha ssir b'mod li jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-ordni ġuridiku ta' l-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Konferenza tinnota l-eżistenza ta' djalogu regolari bejn il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tali djalogu jista' jiġi msaħħaħ meta l-Unjoni Ewropea taderixxi ma' din il-Konvenzjoni. --------------------------------------------------