12006M028

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 28

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0023 - 0023
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0021 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0162 - Consolidated version


Artikolu 28

1. Id-disposizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 189, 190, 196 sa 199, 203, 204, 206 sa 209, 213 sa 219, 255 u 290 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom japplikaw għad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-oqsma msemmija f'dan it-Titolu.

2. L-ispiża amministrattiva li tinqala' minħabba d-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma' l-oqsma imsemmija f’dan it-Titolu għall-istituzzjonijiet għandha titħallas mill-budget tal-Komunitajiet Ewropej.

3. L-Ispiża operattiva li għandha x’taqsam ma' l-implementazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet għandha wkoll titħallas mill-budget tal-Komunitajiet Ewropej, ħlief għal dik l-ispiża li toriġina minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża u minn każijiet fejn il-Kunsill li jaġixxi unanimament jiddeċiedi mod ieħor.

F'każijiet fejn l-ispiża ma tkunx imħallsa mill-budget tal-Komunitajiet Ewropej din għandha titħallas mill-Istati Membri skond l-iskala tal-prodott gross domestiku, sakemm il-Kunsill li jaġixxi unanimament ma jiddeċidiex mod ieħor. F’dak li jirrigwarda l-ispiża li tinħoloq minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, l-Istati Membri li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skond l-Artikolu 23 (1), it-tieni subparagrafu, m’għandomx ikunu obbligati li jikkontribwixxu għal dan l-iffinanzjar.

4. Il-proċedura tal-budget kif stabbilita fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tapplika għall-ispiża li trid titħallas mill-budget tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------