12006M013

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 13

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0015 - 0015
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0014 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0156 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0058


Artikolu 13

1. Il-Kunsill Ewropew għandu jiddefinixxi l-prinċipji u l-linji ta’ gwida ġenerali għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, inklużi materji b' implikazzjonijiet għad-difiża.

2. Il-Kunsill Ewropew għandu jiddeċiedi dwar strateġiji komuni li għandhom ikunu implimentati mill-Unjoni fl-oqsma fejn l-Istati Membri jkollhom interessi importanti komuni.

L-Istrateġiji komuni għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom, it-tul ta' żmien u l-meżżi li għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-Unjoni u l-Istati Membri.

3. Il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiddefinixxi u jimplementa l-politika barranija u ta' sigurta' komuni fuq il-bażi ta’ linji ta’ gwida ġenerali kif definiti mill-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill għandu jirrakkomanda strateġiji komuni lill-Kunsill Ewropew u għandu jimplimenthom, partikolarment billi jadotta azzjonijiet konġunti u pożizzjonijiet komuni.

Il-Kunsill għandu jassigura l-unità, il-konsistenza u l-effettività ta' l-azzjoni mill-Unjoni.

--------------------------------------------------