Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Is-Sitt parti - Disposizzjonijiet ġenerali u finali - Artikolu 286
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0171 - 0171
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0147 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0294 - Consolidated version
Artikolu 286 1. Mill- 1 ta’ Jannar 1999, l-atti Komunitarji dwar protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-iproċessar ta’ data personali u tal-moviment liberu ta’ din id-data għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet stabbiliti minn, jew fuq il-bażi ta’, dan it-Trattat. 2. Qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jistabbilixxi organizzazzjoni ta’ sorveljanza li tkun responsabbli għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta’ dawn l-atti Komunitarji għall-istituzzjonijiet u għall-organizzazzjonijiet Komunitarji u għandu jadotta kull disposizzjoni oħra rileventi kif xieraq. --------------------------------------------------