12006E262

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 3 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali . - Artikolu 262

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0159 - 0160
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0137 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0284 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0069 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 262

Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kull meta hekk jipprovdi dan it-Trattat. Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat minn dawn l-istituzzjonijiet kull meta jidhrilhom xieraq. Jista’ joħroġ opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess meta jidhirlu li jkun xieraq li jagħmel hekk.

Il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandhom, jekk jaħsbu li jkun hemm bżonn ta’ dan, jagħtu żmien definit lill-Kumitat biex jisottometti l-opinjoni tiegħu, liema terminu m’għandux ikun ta’ anqas minn xahar mid-data meta l-president jirċievi n-notifika f'dan is-sens. Meta jagħlaq it-terminu stabbilit, in-nuqqas ta’ opinjoni m’għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri.

L-opinjoni tal-Kumitat u tat-taqsima speċjaliżżata, flimkien ma' reżokont tal-proċeduri, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-Kumitat jista' jkun ikkonsultat mill-Parlament Ewropew.

--------------------------------------------------