12006E097

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 3 - Aprossimazzjoni ta' liġijiet . - Artikolu 97

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0081 - 0081
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0070 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0215 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0033 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 97

1. Jekk ikollu raġuni għax jibża’ li l-adozzjoni jew emenda ta’ liġi, regolament jew regola amministrattiva tkun se ġġib f’nuqqas ta’ bilanċ fis-sens ta’ l-Artikolu 96, l-Istat Membru li jkun irid jipproċedi għal dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Istati interessati dawk il-miżuri li jistgħu jkunu xierqa biex jevitaw in-nuqqas ta’ bilanċ imsemmi.

2. Jekk l-Istat li jkun jixtieq jintroduċi jew jemenda disposizzjonijiet nazzjonali ma jwettaqx ir-rakkomandazzjoni magħmula lilu mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra ma għandhomx jintalbu, skond it-termini ta’ l-Artikolu 96, biex jemendaw id-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom stess sabiex jikkoreġu dak in-nuqqas ta’ bilanċ. Jekk l-Istat Membru li jinjora r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jġib nuqqas ta’ bilanċ bi ħsara tiegħu nnifsu biss, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 96 ma għandhomx japplikaw.

--------------------------------------------------