12006E036

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU II - Agrikoltura - Artikolu 36

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0055 - 0055
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0050 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0192 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0018 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 36

Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu li jirreferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill fil-qafas tad-disposizzjonijiet u skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 37(2) u (3), u meħud kont xieraq ta' l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 33.

Il-Kunsill jista’, partikolarment, jawtorizza l-għoti ta’ assistenza:

a) biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali,

b) fil-qafas ta' programmi ta’ żvilupp ekonomiku.

--------------------------------------------------