12006E034

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU II - Agrikoltura - Artikolu 34

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0054 - 0055
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0049 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0191 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0018 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 34

1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 33, organizazzjoni komuni għal swieq agrikoli għandha tiġi stabbilita.

Din l-organizazzjoni għandha tieħu waħda minn dawn il-forom skond il-prodotti konċernati:

a) regoli komuni dwar il-kompetizzjoni;

b) il-koordinament obbligatorju tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq;

ċ) Organizzazzjoni tas-suq Ewropea.

2. L-Organizzazjoni komuni f’waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tikkomprendi l-miżuri kollha meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 33, b’mod partikolari, kontrolli tal-prezzijiet, sussidji lill-produzzjoni u l-marketing ta’ diversi prodotti, arranġamenti dwar twarrib ta' prodotti u dwar riporti, u mekkaniżmu biex jistabbliżżaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

L-organizzazzjoni komuni għandha tillimita ruħha biex issegwi l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 33 u għandha teskludi kull diskrimnazzjoni bejn il-produtturi jew konsumaturi tal-Komunità.

Kull politika komuni tal-prezzijiet għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta’ kalkolu.

3. Sabiex l-organizzazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tikseb l-għanijiet tagħha, jistgħu jiġu stabbiliti fond wieħed jew aktar agrikoli ta' gwida u ta' garanzija.

--------------------------------------------------