12006E/TXT

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Test tat-Trattat

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0037 - 0186
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0033 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0173 - Consolidated version


VERŻJONI KONSOLIDATA

TAT-TRATTAT

LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITA' EWROPEA

WERREJ

TEST TAT-TRATTAT

Preamboli …

L-Ewwel parti — Prinċipji …

It-Tieni parti — Iċ-Ċittadinanza ta' l-Unjoni …

It-Tielet parti — Politika tal-Komunita' …

TITOLU I — Il-Moviment Liberu tal-Merkanzija …

Kaptiolu 1 — Unjoni Doganali …

Kapitolu 2 — Projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi bejn Stati Membri …

TITOLU II — Agrikoltura …

TITOLU III — Moviment liberu tal-persuni servizzi u kapital …

Kapitolu 1 — Il-Ħaddiema …

Kapitolu 2 — Id-Dritt ta' Stabbiliment …

Kapitolu 3 — Is-Servizzi …

Kapitolu 4 — Il-Kapital u l-pagament …

TITOLU IV — Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta’ persuni …

TITOLU V — It-Trasport …

TITOLU VI — Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet …

Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni …

Sezzjoni 1 — Regoli li japplikaw għall-impriżi …

Sezzjoni 2 — Għajnuna mill-Istati …

Kapitolu 2 — Disposizzjonijiet Fiskali …

Kapitolu 3 — Aprossimazzjoni ta’ liġijiet …

TITOLU VII — Politika Ekonomika u Monetarja …

Kapitolu 1 — Politika Ekonomika …

Kapitolu 2 — Politika Monetarja …

Kapitolu 3 — Disposizzjonijiet Istituzzjonali …

Kapitolu 4 — Disposizzjonijiet Transitorji …

TITOLU VIII— L-Impjieg …

TITOLU IX — Il-Politika Kummerċjali Komuni …

TITOLU X — Il-Kooperazzjoni Doganali …

TITOLU XI — Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ

Kapitolu 1 — Disposizzjonijiet Soċjali …

Kapitolu 2 — Fond Soċjali Ewropew …

Kapitolu 3 — Edukazzjoni, formazzjoni vokazzjonali u żgħażaġħ …

TITOLU XII — Kultura …

TITOLU XIII — Is-Saħħa Pubblika …

TITOLU XIV — Protezzjoni tal-Konsumatur …

TITOLU XV — Networks trans-ewropej …

TITOLU XVI — L-Industrija …

TITOLU XVII — Il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali …

TITOLU XVIII — L-Iżvilupp fir-riċerka u t-teknoloġija …

TITOLU XIX — L-Ambjent …

TITOLU XX — Il-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp …

TITOLU XXI — Kooperazzjoni Ekonomika, Finanzjarja u Teknika Ma’ Pajjiżi Terzi

Ir-Raba' parti — L-Assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji extra-ewropej …

Il-Hames parti — Istituzzjonijiet tal-Komunita' …

TITOLU 1 — Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet …

Kapitolu 1 — L-Istituzzjonijiet …

Sezzjoni 1 — Il-Parlament Ewropew …

Sezzjoni 2 — Il-Kunsill …

Sezzjoni 3 — Il-Kummissjoni …

Sezzjoni 4 — Il-Qorti tal-Ġustizzja …

Sezzjoni 5 — Qorti ta' l-Awdituri …

Kapitolu 2 — Disposizzjonijiet komuni għal diversi istituzzjonijiet …

Kapitolu 3 — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali …

Kapitolu 4 — Il-Kumitat tar-Reġjuni …

Kapitolu 5 — Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment …

TITOLU II — Disposizzjonijiet Finanzjarji …

Is-Sitt parti — Disposizzjonijiet ġenerali u finali …

Disposizzjonijiet finali …

Anness I — Lista msemmija fl-Artikolu 32 ta' dan it-trattat …

Anness II — Pajjiżi u territorji extra-ewropej li għalihom tapplika d-disposizzjonijiet tar-raba' parti tat-trattat …

PROTOKOLLI

WERREJ

A. Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea

— Il-Protokoll (no 1) dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1997)

B. Protokolli Annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

— Il-Protokoll (no 2) li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (1997)

— Il-Protokoll (no 3) dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda (1997)

— Il-Protokoll (no 4) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda (1997)

— Il-Protokoll (no 5) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka (1997)

C. Protokolli Annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea, t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

— Protokoll (Nru 6) dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja (2001)

— Protokoll (Nru 7) Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea (1992)

— Protokoll (Nru 8) dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta’ ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol (1997)

— Protokoll (Nru 9) dwar ir-rwol ta' Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea (1997)

— Protokoll (Nru 10) dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea (2001)

D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea

— Protokoll (Nru 11) dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (1957)

— Protokoll (Nru 12) dwar l-Italja (1957)

— Protokoll (Nru 13) dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957)

— Protokoll (Nru 14) li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda (1962)

— Protokoll (Nru 15) dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja (1985)

— Protokoll (Nru 16) dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka (1992)

— Protokoll (Nru 17) dDwar l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea (1992)

— Protokoll (Nru 18) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (1992)

— Protokoll (Nru 19) dwar l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (1992)

— Protokoll (Nru 20) dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (1992)

— Protokoll (Nru 21) fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1992)

— Protokoll (Nru 22) dwar id-Danimarka (1992)

— Protokoll (Nru 23) fuq il-Portugall (1992)

— Protokoll (Nru 24) dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

— Protokoll (Nru 25) fuq ċerti disposizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (1992)

— Protokoll (Nru 26) dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka (1992)

— Protokoll (Nru 27) dwar Franza (1992)

— Protokoll (Nru 28) fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali (1992)

— Protokoll (Nru 29) dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (1997)

— Protokoll (Nru 30) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità (1997)

— Protokoll (Nru 31) dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni (1997)

— Protokoll (Nru 32) dwar is-sistema tax- xandir pubbliku fl-Istati Membri (1997)

— Protokoll (Nru 33) dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali

— Protokoll (Nru 34) dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar. (2001)

— Protokoll (Nru 35) dwar l-Artikolu 67 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (2001)

E. Protokoll anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

— Protokoll (Nru 36) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1965)

IL-MAESTA’ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA TAGĦHA REALI L-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA [1],

DETERMINATI li jistabbilixxu s-sisien ta’ għaqda dejjem akbar fost il-popli Ewropej,

DEĊIŻI li jassiguraw il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tagħhom b' ħidma komuni fit-tneħħija tal-barrieri li jaqsmu l-Ewropa,

FILWAQT LI JASSENJAW lill-isforzi tagħhom l-iskop ewlieni li jtejjbu kostantement l-għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-popli tagħhom,

FILWAQT LI JIFHMU li t-tneħħija ta’ l-ostakoli esiztenti titlob ħidma konċertata sabiex tiggarantixxi kondizzjonijiet stabbli għal espansjoni, kummerċ bilanċjat u kompetizzjoni ġusta,

ANZJUŻI biex isaħħu l-unità ta' l-ekonomiji tagħhom u jassiguraw l-iżvilupp tagħhom armonjuż bit-tnaqqis tad-disparità bejn ir-reġjuni differenti u r-ritard ta’ dawk inqas favoriti,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jikkontribwixxu permezz ta’ politika kummerċjali komuni għat-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fil-kummerċ internazzjonali,

BIL-ĦSIEB li jikkonfermaw is-solidarjeta li tgħaqqad l-Ewropa u pajjiżi barranin, u bix-xewqa li jassiguraw l-Iżvilupp tal-prosperità tagħhom, skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

RIŻOLUTI li jsaħħu il-ħarsien tal-paċi u l-libertà billi jibnu din l-għaqda ta’ rizorsi, u li jsejjħu lill-popli l-oħra ta' l-Ewropa li jaqsmu l-ideal tagħhom biex jingħaqdu fl-isforzi tagħhom,

IDDETERMINATI li jippromwovu l-iżvilupp ta’ l-għola livell possibli ta’ konoxxenza għall-popli tagħhom pemezz ta’ aċċess miftuħ għall-edukazzjoni u permezz ta’ aġġornament kontinwu,

IDDEĊIDEW li jistabbilixxu KOMUNITÀ EWROPEA u għal dan il-għan innominaw bħala l-Plenipotenzjarji tagħhom:

(lista ta' plenipotenzjarji mhux riprodotta)

LI, wara li skambjaw il-plenipoteri tagħhom, misjuba f’forma tajba u xierqa, ftehmu fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin

L-EWWEL PARTI

PRINCIPJI

Artikolu 1

B’dan it-Trattat, il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA jistabbilixxu bejniethom KOMUNITA' EWROPEA,

Artikolu 2

Il-Komunità għandu jkollha bħala l-kompitu tagħha, dana billi tistabbilixxi suq komuni u unjoni ekonomika u monetarja u bl-implimentazzjoni ta’ politika komuni jew ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, dak li tippromwovi fil-Komunità kollha l-iżvilupp armonjuż, bilanċjat u sostenibbli ta' l-attivitajiet ekonomiċi, livell għoli ta' mpjieg u ta' ħarsien soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, it-tkabbir sostenibbli li ma jkunx inflazzjonarju, grad għoli ta' kompettitività u konverġenza fl-operazzjoni ekonomika, livell għoli ta' protezzjoni u titjieb fil-kwalità ta' l-ambjent, it-titjib tal-livell ta' l-għixien u tal-kwalità tal-ħajja u l-koeżjoni ekonomika u soċjali u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Għall-finijiet ta’ dak li hemm imsemmi fl-Artikolu 2, l-attivitajiet tal-Komunità għandhom jinkludu, kif provdut f’dan it-Trattat u skond il-programm li jinsab fih:

a) il-projbizzjoni, bejn l-Istati Membri, ta’ dazji tad-dwana u restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’merkanzija kif ukoll tal-miżuri l-oħra kollha ta' effett ekwivalenti;

b) politika kummerċjali komuni;

c) suq intern karatterizzat bit-tneħħija, bejn l-Istati Membri, ta’ l-ostakoli għall-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapitali;

d) miżuri li jikkonċernaw id-dħul u l-moviment ta’ persuni skond kif kemm ipprovdut f’Titolu IV;

e) politika komuni fil-qasam ta’ l-agrikoltura u s-sajd;

f) politika komuni fil-qasam tat-trasport;

g) sistema li tiggarantixxi li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tkunx deformata;

h) l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sal-livell meħtieġ sabiex jiffunzjona s-suq komuni;

i) il-promozzjoni tal-koordinazzjoni bejn il-politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri bl-iskop li titkabbar l-effettività tagħhom bl-iżvilupp ta’ strateġija koordinata għall-impjiegi;

j) politika fil-qasam soċjali li tkun tħaddan fiha Fond Soċjali Ewropew;

k) it-tisħiħ ta’ koeżjoni ekonomika u soċjali;

l) politika fil-qasam ta’ l-ambjent;

m) it-tisħiħ tal-kompetittività ta’l-industrija tal-Komunità;

n) il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku;

o) l-inkoraġġiment għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ networks trans-ewropej;

p) kontribuzzjoni biex jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa;

q) kontribuzzjoni għall-edukazzjoni u għat-taħriġ ta’ kwalità u sabiex jiffjorixxu l-kulturi ta’ l-Istati Membri;

r) politika fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

s) l-assoċazzjoni tal- pajjiżi u territorji extra-ewropej biex jiżdied il-kummerċ u sabiex flimkien iġibu ’il quddiem l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

t) kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur;

u) miżuri fl-oqsma ta’ l-enerġija, tal-protezzjoni ċivili u tat-turiżmu.’

2. Fl-attivitajiet kollha msemmija f’dan l-Artikolu, il-Komunità għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.

Artikolu 4

1. Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 2, l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri u l-Komunità għandhom jinkludu, kif provdut f’dan it-Trattat u skond il-programm hawn preskritt, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’għanijiet komuni, u li tkun immexxija skond il-prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.

2. Fl-istess waqt u flimkien ma’ dak imsemmi hawn aktar qabel, u kif provdut f’dan it-Trattat u skond il-programm preskritt fih u l-proċeduri hemm imsemmija, dawn l-attivitajiet għandhom jinkludu l-fissazzjoni irrevokabbli tar-rati tal-kambju li jwasslu għall-introduzzjoni ta’ munita waħda, l-ECU, kif ukoll id-definizzjoni u żvolġiment ta’ politika monetarja waħda u ta’ politika ta’ rata ta’ kambju waħda li l-għan primarju tagħhom għandu jkun dak li tinżamm l-istabbilità fil-prezzijiet u, mingħajr preġudizzju għal dan il-għan, li tiġi msaħħa kull politika ekonomika ġenerali fil-Komunità, skond il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.

3. Dawn l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità għandhom jeżiġu li jiġu mħarsa dawn il-prinċipji gwida li ġejjin: prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.

Artikolu 5

Il-Komunità għandha taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha b’dan it-Trattat u tal-miri li ġew assenjati lilha fih.

F’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tagħha, il-Komunità għandha taġixxi skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà biss, jekk u sakemm l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jintlaħqu sew mill-Istati Membri u għaldaqstant jistgħu, minħabba l-iskala tad-daqs jew l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jiġu milħuqa aħjar mill-Komunità.

L-azzjoni meħuda mill-Komunità m’għandhiex teċċedi dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 6

Il-Ħtiġijiet għall-ħarsien ta' l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet Komunitarji imsemmija f’Artikolu 3, partikolarment bl-iskop li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli.

Artikolu 7

1. Il-kompiti fdati lill-Komunità għandhom jitwettqu permezz ta’ dawn l-istituzzjonijiet:

- PARLAMENT EWROPEW

- KUNSILL

- KUMMISSJONI

- QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

- QORTI TA' L-AWDITURI

Kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-poteri lilha mogħtija b’dan it-Trattat.

2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu mgħejuna minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jaġixxu f’kapaċità konsultattiva.

Artikolu 8

Għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċeduri stabbiliti b’dan it-Trattat, Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (minn issa ’l quddiem imsejħa "SEBĊ") u l-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "BĊE"); dawn jaġixxu fil-limiti tal-poteri lilhom mogħtija b’dan it-Trattat u bl-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "l-Istatut tas-SEBĊ") hawn anness.

Artikolu 9

Qed jiġi hawn stabbilit il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, li jaġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilu b’dan it-Trattat u l-Istatut hawn anness.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ġenerali jew speċjali biex jassiguraw it-twettiq ta' l-obbligi li jirrizultaw minn dan it-Trattat jew mid-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, u għandhom jiffaċilitaw l-adempiment tal-missjoni tal-Komunità.

Huma m'għandhom jieħdu ebda miżura li tkun tista' tipperikola r-realizzazzjoni ta' l-għanjiet ta' dan it-Trattat.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri li jkunu bi ħsiebhom jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom f’wieħed mill-oqsma li jirreferi għalihom dan it-Trattat għandhom jindirizzaw talba lill-Kummissjoni, li tista’ tissottometti lill-Kunsill proposta f’dan is-sens. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tagħmilx proposta, hija għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar ir-raġunijiet għala din ma tkunx għamlitha.

2. L-awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa kif hemm fil-paragrafu 1 tiġi mogħtija in konformità ma' l-Artikoli 43 sa 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mill-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Meta kooperazzjoni msaħħa tirreferi għal qasam kopert mill-proċedura msemmija fl-Atikolu 251 ta’ dan it-Trattat, ikun meħtieg il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Membru tal-Kunsill jista’ jitlob li l-kwistjoni tiġi riferita lill-Kunsill Ewropew. Wara li l-kwistjoni tkun tqajmet quddiem il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill jista’ jaġixxi skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3. L-atti u d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’kooperazzjoni msaħħa għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan it-Trattat, salv kif hemm provdut mod ieħor f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 43 sa 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 11A

Kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa f’kooperazzjoni msaħħa stabbilita skond l-Artikolu 11 għandu jgħarraf bl-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni lill-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta ta’ dik in-notifika. Fi żmien erba’ xhur mid-data tar-riċevuta ta’ dik in-notifika, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwarha, u dwar arranġamenti speċifiċi kif ikun jidhrilha.

Artikolu 12

Fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita.

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, jista' jadotta regoli intiżi biex jiprojbixxu din id-diskriminazzjoni.

Artikolu 13

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Komunità, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jista' jieħu l-azzjoni xierqa biex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabilità, l-età jew it-tendenzi sesswali.

2. B’ deroga għall-paragrafu 1, meta l-Kunsill jadotta miżuri ta’ inċentiva komunitarji, b’esklużjoni ta’ kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri, bl-iskop li jappoġġja azzjoni ta’ l-Istati Membri meħuda biex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jaġixxi skond il-proċedura fl-Artikolu 251.

Artikolu 14

1. Il-Komunità għandha tadotta miżuri li jimmiraw li jistabbilixxu progressivament is-suq intern fil-perjodu li jintemm fil- 31 Diċembru 1992, skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikoli 15, 26, 47(2), 49, 80, 93 u 95 u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tat-Trattat.

2. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat.

3. Il-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jistabbilixxi l-linji-gwida u l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw progress bilanċjat fis-setturi kollha interessati.

Artikolu 15

Meta tkun qiegħda tfassal il-proposti tagħha bil-ħsieb li tilħaq il-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-kobor ta' l-isforz li ċerti ekonomiji li juru differenzi fl-iżvilupp ikollhom jagħmlu matul il-perjodu ta’ l-istabbiliment tas-suq intern u tista' tipproponi disposizzjonijiet xierqa.

Jekk dawn id-disposizzjonijiet jieħdu l-forma ta' deroga, dawn għandhom ikunu ta' natura temporanja u għandhom jikkawżaw l-inqas tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-suq komuni.

Artikolu 16

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73, 86 u 87, u meta tikkonsidra l-post okkupat mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fil-valuri komuni ta' l-Unjoni kif ukoll tar-rwol tagħhom li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u territorjali, il-Komunità u l-Istati Membri, skond il-poteri rispettivi tagħhom u fl-iskop ta' l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, għandhom jieħdu ħsieb li dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet li jippermettulhom li jwettqu l-missjonijiet tagħhom.

IT-TIENI PARTI

IĊ-ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI

Artikolu 17

1. Qed tiġi stabbilita ċ-Ċittadinanza ta' l-Unjoni. Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru għandha tkun ċittadin ta' l-Unjoni. Iċ-Ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tikkumplimenta u mhux tissostitwixxi iċ-ċittadinanza nazzjonali.

2. Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni għandhom igawdu d-drittijiet mogħtija minn dan it-Trattat u jkunu marbutin bid-dmirijiet imposti minnu.

Artikolu 18

1. Kull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, salvi l-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Trattat u d-disposizzjonijiet meħuda biex dan jitwettaq.

2. Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ azzjoni mill-Komunità biex dan il-għan jintlaħaq u dan it-Trattat ma pprovdiex il-poteri meħtieġa, il-Kunsill jista’ jadotta disposizzjonijiet bl-iskop li jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251.

3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għad-disposizzjonijiet rigward passaporti, karti ta’ l-identità, permessi ta’ residenza jew xi dokumenti oħra bħalhom jew għal disposizzjonijiet dwar sigurtà soċjali jew protezzjoni soċjali.

Artikolu 19

1. Kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun ġustifikat minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.

2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 190(4) u għad-disposizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza, ikollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun meħtieġ minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.

Artikolu 20

Kull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu, fit-territorju ta’ pajjiż terz li fih m’hemmx rappreżentanza ta’ l-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza, ikun intitolat għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u jibdew in-negozjati internazzjonali meħtieġa biex jiżguraw din il-protezzjoni.

Artikolu 21

Kull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 194.

Kull ċittadin ta’ l-Unjoni jista’ jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skond l-Artikolu 195.

Kull ċittadin ta' l-Unjoni jista' jikteb lil kull waħda mill-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu jew f’Artikolu 7 b'waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 314 u jkollu tweġiba bl-istess lingwa.

Artikolu 22

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kull tliet snin dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din il-Parti. Dan ir-rapport għandu jikkonsidra l-iżvilupp ta’ l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jadotta provvedimenti biex isaħħu jew iżidu mad-drittijiet previsti f’din il-Parti, u jirrakkommandahom lill-Istati Membri għall-adozzjoni skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

IT-TIELET PARTI

POLITIKA TAL-KOMUNITA'

TITOLU I

IL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA

Artikolu 23

1. Il-Komunità hija bażata fuq unjoni doganali li tkopri n-negozju kollu tal-merkanzija u tikkomprendi kemm l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u kull piż b' effett ekwivalenti, kif ukoll l-adozzjoni ta’ tariffa doganali komuni fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi.

2. Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 25 u tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għall-prodotti li joriġinaw fl-Istati Membri kif ukoll għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi mhux membri li huma f’ ċirkolazzjoni libera fl-Istati Membri.

Artikolu 24

Prodotti li ġejjin minn pajjiż mhux membri għandhom jitqiesu li huma f’ ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru jekk il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni jkunu twettqu u d-dazji doganali jew piżijiet ekwivalenti pagabbli jkunu ġew miġbura fl-Istat Membru in kwistjoni, u li ma kienux ibbenefikaw minn xi rifużjoni totali jew parzjali ta’ dawk id-dazji jew piżijiet.

KAPITOLU 1

UNJONI DOGANALI

Artikolu 25

Id-Dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet u piżijiet li jkollhom effett ekwivalenti għandhom ikunu pprojbiti bejn l-Istati Membri. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għal dazji doganali ta’ natura fiskali.

Artikolu 26

Id-Dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għandhom jkunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 27

Fit-twettieq ta' dak li għandha tagħmel skond dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tkun gwidata minn:

a) il-ħtieġa tal-promozzjoni tal-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi;

b) l-iżvilupp tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità, sa fejn dan l-iżvilupp iwassal biex iżid il-kapaċità kompetittiva ta' l-impriżi;

c) il-bżonnijiet tal-Komunità f’dak li huwa l-provvista ta' materja prima u prodotti nofshom lesti, filwaqt li tassigura li l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri dwar prodotti lesti ma’ jiġux distorti;

d) il-bżonn illi jiġu evitati disturbi serji fil-ħajja ekonomika ta’ l-Istati Membri u li jiġi assigurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan il-Komunità.

KAPITOLU 2

PROJBIZZJONI TA' RESTRIZZJONIJIET KWANTITATTIVI BEJN STATI MEMBRI

Artikolu 28

Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri.

Artikolu 29

Restrizzjonijiet kwantitattiva fuq l-esportazzjoni u kull miżura li ghandha effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri.

Artikolu 30

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 29 inklużi m’għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, esportazzjoni jew transitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta' moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni jew ta’ annimali, jew il-preservazzjoni tal-pjanti, il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m’għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Artikolu 31

1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu fir-rigward ta’ monopolji nazzjonali ta’ xorta kummerċjali, dawk l-adattamenti li jassiguraw l-esklużjoni ta’ kull diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri dwar il-kondizzjonijiet ta’ provvista jew marketing ta' prodotti.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw għal kull korp illi permezz tiegħu Stat Membru, de jure jew de facto, direttament jew indirettament, jikkontrolla, jmexxi jew jinfluenza sew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw ukoll għall-monopolji delegati mill-Istat għal oħrajn.

2. L-Istati Membri m’għandhomx jieħdu miżuri ġodda li jmorru kontra il-prinċipji stipulati fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq, jew li jillimitaw il-portata ta’ l-Artikoli li jirrigwardaw il-projbizzjoni tad-dazji tad-dwana u r-restrizzjonijiet kwantitattivi bejn l-Istati Membri.

3. Fil-każ ta’ monopolju ta' l-Istat ta’ natura kummerċjali li jkun akkumpanjat b’regoli intiżi li jiffaċilitaw il-bejgħ u ż-żamma ta’ livelli ta’ prezzijiet ta' prodotti agrikoli, ir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati b’tali mod illi jkun hemm garanziji ekwivalenti fir-rigward ta' l-impjiegi u l-livell ta’ l-għijxien tal-produtturi konċernati.

TITOLU II

AGRIKOLTURA

Artikolu 32

1. Is-suq komuni jikkomprendi l-agrikoltura u l-kummerċ fi prodotti agrikoli. ''Prodotti agrikoli'' għandhom ifissru l-prodotti ta' l-art, tat-trobbija ta' l-annimali u tas-sajd kif ukoll ta' l-ewwel proċessar konness direttament ma’ dawn il-prodotti.

2. Ħlief fejn hemm disposizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 33 sa 38, ir-regoli li hemm għall-istabbiliment tas-suq komuni japplikaw għal prodotti agrikoli.

3. Il-Prodotti suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 33 sa 38 huma elenkati fl-Anness I ta’ dan it-Trattat.

4. Il-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq komuni għall-prodotti agrikoli għandhom jiġu akkompanjati mill-istabbiliment ta’ politika agrikola komuni.

Artikolu 33

1. L-iskop tal-politika agrikola komuni għandu jkun:

a) li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta’ produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,

b) li tassigura b’dan il-mod livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola, partikolarment billi jkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura,

c) li tagħmel is-swieq stabbli,

d) li tiggarantixxi d-disponibilita' tal-provvisti,

e) li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur.

2. Fit-tfassil tal-politika agrikola komuni u l-metodi speċjali li tista’ tinvolvi, kunsiderazzjoni xierqa għandha tingħata lil dan li ġej:

a) il-karattru partikolari ta' l-attivita agrikola, li joħroġ mill-istruttura soċjali agrikola u mid-disparità strutturali u naturali ta' bejn id-diversi reġjuni agrikoli,

b) il-bżonn li jsiru gradwalment il-bidliet xierqa,

ċ) il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-bqija ta' l-ekonomija.

Artikolu 34

1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 33, organizazzjoni komuni għal swieq agrikoli għandha tiġi stabbilita.

Din l-organizazzjoni għandha tieħu waħda minn dawn il-forom skond il-prodotti konċernati:

a) regoli komuni dwar il-kompetizzjoni;

b) il-koordinament obbligatorju tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq;

ċ) Organizzazzjoni tas-suq Ewropea.

2. L-Organizzazjoni komuni f’waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tikkomprendi l-miżuri kollha meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 33, b’mod partikolari, kontrolli tal-prezzijiet, sussidji lill-produzzjoni u l-marketing ta’ diversi prodotti, arranġamenti dwar twarrib ta' prodotti u dwar riporti, u mekkaniżmu biex jistabbliżżaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

L-organizzazzjoni komuni għandha tillimita ruħha biex issegwi l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 33 u għandha teskludi kull diskrimnazzjoni bejn il-produtturi jew konsumaturi tal-Komunità.

Kull politika komuni tal-prezzijiet għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni u metodi uniformi ta’ kalkolu.

3. Sabiex l-organizzazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tikseb l-għanijiet tagħha, jistgħu jiġu stabbiliti fond wieħed jew aktar agrikoli ta' gwida u ta' garanzija.

Artikolu 35

Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 33, fi ħdan l-istruttura tal-politika agrikola komuni jista’ jiġi provdut partikolarment:

a) il-koordinament effettiv ta’ sforzi rigward taħriġ fl-agrikoltura, ir-riċerka u l-popolarizzazzjoni ta’ l-agronomija, li jista’ jinvolvi proġetti jew istituzzjonijiet finanzjati in komun,

b) miżuri konġunti biex tippromwovi l-konsum ta’ ċerti prodotti.

Artikolu 36

Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu li jirreferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill fil-qafas tad-disposizzjonijiet u skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 37(2) u (3), u meħud kont xieraq ta' l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 33.

Il-Kunsill jista’, partikolarment, jawtorizza l-għoti ta’ assistenza:

a) biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali,

b) fil-qafas ta' programmi ta’ żvilupp ekonomiku.

Artikolu 37

1. Sabiex tiddetermina l-linji prinċipali ta’ politika agrikola komuni, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ konferenza ta' l-Istati Membri malli t-Trattat jidħol fis-seħħ, biex huma jkunu jistgħu jqabblu l-politika agrikola tagħhom u, partikolarment, biex jagħmlu prospett tar-riżorsi u bżonnijiet tagħhom.

2. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u waqt li tikkonsidra x-xogħol tal-konferenza ipprovdut fil-paragrafu 1, għandha tissottometti proposti biex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet nazzjonali b’waħda mill-forom ta’ l-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 34, paragrafu 1, u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu ta' dan it-Trattat.

Dawn il-proposti għandhom jieħdu konsiderazzjoni xierqa ta' l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli mqajjma f' dan it-Titolu tat-Trattat.

Fuq il-proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu joħroġ regolamenti jew direttivi, jew jieħu deċiżjonijiet bla ħsara għal kull rakkomandazzjoni li huwa jista’ jagħmel.

3. Il-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata, jista’ bil-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu ta' qabel, jissostitwixxi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq bl-organizzazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 34(1):

a) jekk l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-misura u li jippossjedu huma stess organizzazzjoni nazzjonali għall-prodotti in kwistjoni, garanziji ekwivalenti dwar l-impjieg u l-livell ta’ għijxien tal-produtturi interessati, waqt li jittieħed kont xieraq tar-ritmu ta' l-adattamenti li jkunu possibbli u ta’ gradi ta’ speċjalizzazzjoni meħtieġa;

b) jekk dik l-organizzazzjoni tkun tista’ tassigura għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità kondizzjonijiet simili għal dawk li jipprevalu fi swieq nazzjonali.

4. Jekk organizzazzjoni komuni tiġi stabbilita għal ċerta materja prima, waqt li tkun għadha ma teżistix għal prodotti korrispondenti proċessati, il-materja prima in kwistjoni wżata għall-prodotti proċessati intizi għall-esportazzjoni f’pajjiżi mhux membri tista' tiġi importata minn barra l-Komunità.

Artikolu 38

Meta fi Stat Membru prodott ikun soġġett għal organizzazzjoni nazzjonali tas-suq jew għal regoli interni li jkollhom effett ekwivalenti li jolqtu l-kompetizzjoni ta' produzzjoni simili fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri japplikaw fuq il-prodott in kwistjoni li jkun ġej mill-Istat Membru fejn ikunu l-organizzazzjoni jew ir-regoli fuq imsemmija ħlas ta' kumpens fl-importazzjoni, sakemm dan l-Istat ma japplikax ħlas ta' kumpens fl-esportazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ dawn il-ħlasijiet safejn huwa meħtieġ biex jerġa’ jintlaħaq il-bilanċ; tista’ wkoll tawtoriżża l-użu ta’ miżuri oħra, waqt li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tagħhom.

TITOLU III

MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL

KAPITOLU 1

Il-ĦADDIEMA

Artikolu 39

1. Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan il-Komunità.

2. Dan jimplika l-abolizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.

3. Għandu jinkludi d-dritt, bla ħsara għal-limitazzjonijiet gustifkati minħabba ordni pubbliku, sigurta’ pubblika u saħħa pubblika:

a) li jaċċetta offerti ta’ impjieg li jkunu saru,

b) li jispostja ruħu liberament għal dan l-iskop fit-territorju ta' l-Istati Membri,

ċ) li joqgħod f'kull Stat Membru sabiex jaħdem f'impjieg skond il-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jirregolaw l-impjieg tal-ħaddiema ta’ dak l-Istat,

d) li jgħix fit-territorju ta’ Stat Membru wara li jkun okkupa impjieg hemm, bil-kondizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun soġġetta għal regolamenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni,

4. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal impjieg fl-amministrazzjoni pubblika.

Artikolu 40

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi jew jagħmel regolamenti li jistipulaw l-miżuri li jkunu meħtieġa biex iġibu l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, kif definita fl-Artikolu 39, b’mod partikolari:

a) billi tiġi assigurata kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tax-xogħol,

b) billi jiġu aboliti l-proċeduri u l-prattiċi amministrattivi kollha u t-termini għat-teħid ta' impjiegi disponibbli skond leġislazzjoni interna jew skond ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li jekk jibqgħu eżistenti ikunu ta' xkiel għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema,

c) billi jiġu mneħħija t-termini u r-restrizzjonijiet l-oħra kollha kontemplati sew fil-leġislazzjoni interna sew taħt ftehim milħuqa qabel bejn Stati Membri, li għall-għażla ħielsa ta' mpjieg, jimponu fuq ħaddiema ta' Stati Membri oħra kondizzjonijiet differenti minn dawk imposti fuq ħaddiema nazzjonali,

d) billi jinħolqu mekkaniżmi adatti sabiex iġibu flimkien l-offerti tax-xogħol u t-talbiet għax-xogħol, u sabiex dawn jiġu bilanċjati b’tali mod li jiġi evitat theddid serju għal-livell ta’ għajxien u ta' l-impjiegi fid-diversi reġjuni u industriji.

Artikolu 41

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iskambju ta’ ħaddiema żgħażagħ taħt il-qafas ta' programm konġunt.

Artikolu 42

Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, jadotta dawk il-miżuri fil-qasam ta’ sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa biex jipprovdi l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema; għal dan l-iskop, għandu jagħmel arranġamenti biex jassigura lill-ħaddiema emigranti u lid-dipendenti tagħhom:

a) l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċju u fil-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju, tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet tad-diversi pajjiżi;

b) il-pagament tal-benefiċċju lil persuni residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri.

Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament matul il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251.

KAPITOLU 2

ID-DRITT TA' STABBILIMENT

Artikolu 43

Fil-qafas tad-disposizzjonijiet ta' hawn taħt ir-restrizzjonijiet għal-libertà ta' l-istabbiliment ta' ċittadini ta' Stat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandhom jiġu projbiti. Tali projbizzjoni għandha testendi ruħha wkoll għal restrizzjonijiet fuq l-istabbiliment ta’ aġenziji, fergħat u sussidjarji, minn ċittadini ta’ Stat Membru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Il-libertà ta' l-istabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasa, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi u b’mod partikolari kumpanniji li jaqgħu taħt it-tifsira ta’ l-Artikolu 48, paragrafu 2, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-liġijiet tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment, għaċ-ċittadini tiegħu stess, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu dwar il-kapital.

Artikolu 44

1. Sabiex tinkiseb il-liberta' ta’ l-istabbiliment għal xi attività speċifika, Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura li hemm imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jaġixxi permezz ta’ direttivi.

2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeserċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom mid-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari:

a) billi jagħtu prijorità in ġenerali, lil dawk l-attivitajiet li għalihom il-libertà ta’ l-istabbiliment tikkostitwixxi kontribut partikolarment utili għall-iżvilupp tal-produzzjoni u l-kummerċ,

b) billi jiżguraw kollaborazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi nazzjonali kompetenti sabiex tiġi aċċertata s-sitwazzjoni speċjali fil-Komunità tad-diversi attivitajiet konċernati,

c) billi jabolixxu dawk il-proċeduri u prattiċi amministrattivi, kontemplati f'liġijiet nazzjonali jew fi ftehim konklużi qabel bejn Stati Membri, li jekk jibqgħu eżistenti ikunu ta’ xkiel għal-libertà ta' l-istabbiliment

d) billi jiżguraw li ħaddiema salarjati ta’ Stat Membru wieħed impjegati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikunu jistgħu jibqgħu f’dak it-territorju għall-fini li jidħlu għal attivitajiet hemmekk bħala persuna li taħdem għal rasa, jekk jissodisfaw dawk il-kondizzjonijiet li kien ikollhom jissodisfaw kieku ġew f’dak l-Istat fiż-żmien li fih huma kien beħsiebhom jibdew dawn l-attivitajiet

e) billi jagħmluha possibli għal ċittadin ta’ Stat Membru li jakkwista u jisfrutta proprjetà immobbli sitwata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunx hemm ksur tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 33 (2),

f) billi japplikaw l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet tal-libertà ta’ stabbiliment, f’kull fergħa ta' l-attività kkunsidrata, kemm għall-kondizzjonijiet ta' l-istabbiliment ta’ aġenziji, fergħat jew sussidjarji fit-territorju ta’ Stat Membru, kif ukoll għall-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul ta’ impjegati ta’ l-istabbiliment prinċipali fl-organi amministrattivi u superviżorji ta’ tali aġenziji, fergħat u sussidjarji,

g) billi jikkoordinaw, sa fejn hu neċessarju u bil-ħsieb li jiżguraw l-ekwivalenza tagħhom fil-Komunita' kollha, il-garanziji meħtieġa fi Stati Membri minn kumpanniji fis-sens ta' l-Artikolu 48 paragrafu 2, biex jipproteġu l-interessi kemm tal-membri kif ukoll ta' terzi.

h) billi jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' stabbiliment ta’ negozju ma jiġux evitati permezz ta’ xi forma ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 45

Attivitajiet li fi kwalunkwe Stat, jaqgħu, anke inċidentalment, fl-ambitu ta’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, jiġu eżentati mill-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’dan il-Kapitolu sa fejn jirrigwarda dak l-Istat.

Il-Kunsill, b’vot tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jeżenta xi attivitajiet mill-applikazzjoni tad-disposizzjoni ta’dan il-Kapitolu.

Artikolu 46

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, u l-miżuri adottati bis-saħħa tagħhom, ma jippreġudikawx l-implementazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jipprovdu għal trattament speċjali ta' ċittadini barranin u li huma ġustifikati għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika.

2. Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, joħroġ direttivi għall-koordinazzjoni tad-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Artikolu 47

1. Bl-iskop li jkun eħfef għall-persuni li jridu jibdew u ikomplu attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom, il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251, joħroġ direttivi għar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali.

2. Għall-istess skop, il-Kunsill għandu, billi jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, joħroġ direttivi għall-koordinazzjoni tad-disposizzjonijiet kif stabbiliti bil-liġi, bir-regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri għar-rigward ta' kif wieħed jibda' jew jeżerċita attivitajiet bħala persuna impjegata għal rasha. Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament matul il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jiddeċiedi dwar direttivi li l-implementazzjoni tagħhom f' mill-anqas Stat Membru wieħed, twassal għal emenda tal-prinċipji eżistenti kif stabbiliti mil-liġi li tiggverna l-professjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma taħriġ u kondizzjonijiet ta’ aċċess għal persuni naturali. Fil-każi l-oħra l-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata

3. Fil-każ tal-professjonijiet mediċi, dawk relatati magħhom u dawk farmaċewtiċi, it-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet għandha tkun tiddependi mill-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom fid-diversi Stati Membri.

Artikolu 48

Il-kumpanniji jew ditti stabbiliti in konformità mal-liġijiet ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċju reġistrati jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali ġewwa l-Komunità, għandhom, għall-fini ta' dan il-Kapitolu ikunu meqjusa bħala persuni naturali ċittadini ta’ l-Istati Membri.

''Kumpanniji jew ditti'' ifissru kumpanniji jew ditti stabbiliti skond il-liġijiet ċivili jew kummerċjali, inklużi s-soċjetajiet kooperattivi u persuni ġuridiċi oħra regolati bid-dritt pubbliku jew privat, ħlief għal dawk bla skop ta' qliegħ.

KAPITOLU 3

IS-SERVIZZI

Artikolu 49

Fil-qafas tad-disposizzjonijiet ta' hawn taħt, ir-restrizzjonijiet fuq il-liberta’ li jiġu provduti servizzi fil-Komunità għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.

Il-Kunsill jista’, b' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jestendi l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għal servizzi mogħtija minn ċittadini ta’ Stat terz li jkunu stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 50

Servizzi fis-sens ta' dan it-Trattat għandhom jitqiesu li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn disposizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni.

Is-servizzi jinkludu b'mod partikolari:

a) attivitajiet ta’ natura industrijali,

b) attivitajiet ta’ natura kummerċjali,

ċ) attivitajiet ta’ sengħa,

d) l-attivitajiet tal-professjonijiet liberi.

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu dwar id-dritt ta’ l-istabbiliment, persuna li tagħti servizz tista’, sabiex tagħti dan is-servizz, teżerċita l-attivita tagħha temporanjament fil-pajjiż fejn ikun qed jingħata s-servizz, bl-istess kondizzjonijiet li huma imposti minn dak il-pajjiż fuq ċittadini tiegħu.

Artikolu 51

1. Il-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi regolat mid-disposizzjonijiet ta' l-intestatura dwar it-trasport.

2. Il-liberalizzazzjoni ta’ l-attivitajiet bankarji u s-servizzi ta’ l-assigurazzjoni marbuta mal-movimenti tal-kapital għandha sseħħ f’armonija mal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital.

Artikolu 52

1. Għall-fini li tintlaħaq il-liberalizzazzjoni ta’ servizzi speċifiċi, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jiġu kkonsultati l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Parlament Ewropew, għandu joħroġ direttivi.

2. Fir-rigward tad-direttivi msemmija fil-paragrafu 1, jirrelataw, b'mod ġenerali, qabel kollox għas-servizzi li jaffettwaw direttament l-ispejjeż tal-produzzjoni, jew li l-liberalizzazzjoni tagħhom sejra tikkontribwixxi sabiex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ merkanzija.

Artikolu 53

L-Istati Membri jiddikjaraw ruħhom disposti li jipproċedu għal-liberaliżżazzjoni tas-servizzi ’l hinn mil-limitu magħmul obbligatorju mid-direttivi maħruġa b'implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 52 (1), jekk dan ikun permess mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħhom u mis-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet f'dan is-sens lill-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 54

Sakemm l-abolizzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-għoti tas-servizzi ma tiġix effettwata, kull Stat Membru għandu japplika dawn ir-restrizzjonijiet mingħajr distinzjoni minħabba ċittadinanza jew residenza għal dawk kollha li jagħtu servizz msemmija fl-Artikolu 49, paragrafu 1.

Artikolu 55

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 45 sa 48, inklużi, għandhom japplikaw għal ħwejjeġ regolati b’ dan il-Kapitolu.

KAPITOLU 4

IL-KAPITAL U L-PAGAMENT

Artikolu 56

1. Fil-kwadru tad-disposizzjonijiet indikati f’dan il-Kapitolu, kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi tkun projbita.

2. Fil-kwadru tad-disposizzjonijiet indikati f’dan il-Kapitolu, kull restrizzjoni fuq pagamenti bejn l-Istati Membri u l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandha tkun projbita.

Artikolu 57 [2]

1. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 73b ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta' xi restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil- 31 ta’ Diċembru 1993 skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi komunitarja dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett - inkluż ukoll investiment f’beni immobbli - l-istabbiliment, il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. Rigward ir-restrizzjonijiet li jeżistu fil-liġi nazzjonali ta' l-Estonja u ta' l-Ungerija, id-data relevanti għandha tkun il- 31 ta' Diċembru 1999.

2. Filwaqt li jaħdem biex jikseb il-mira ta’ moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sa fejn huwa l-aktar possibbli u mingħajr ħsara għall-Kapitoli l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri dwar il-moviment ta’ kapital lejn u minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett - li jinkludi investiment f’beni immobbli - l-istabbiliment, il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. L-unanimità għandha tkun meħtieġa għal miżuri taħt dan il-paragrafu li jikkostitwixxu pass lura fil-liġi komunitarja fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment ta’ kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.

Artikolu 58

1. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 56 m’għandhomx jippreġudikaw id-dritt ta’ l-Istati Membri:

a) li japplikaw id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi fiskali tagħhom li jagħmlu distinzjoni bejn persuni li jħallsu t-taxxa li mhumiex fl-istess sitwazzjoni rigward il-post ta’ residenza tagħhom jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit.

b) li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw il-ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali, partikolarment fil-qasam fiskali u fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji, jew li jimponu proċeduri għal skopijiet ta’ informazzjoni amministrattiva jew ta’ statistika għad-dikjarazzjoni ta’ movimenti ta’ kapital, jew li jieħdu miżuri li jkunu ġustifikabbli minħabba fl-interess pubbliku jew is-sigurtà pubblika.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu bla ħsara għall-applikabilità ta’ restrizzjoni fuq id-dritt ta’ stabbiliment li huma kompatibbli ma’ dan it-Trattat.

3. Il-miżuri u l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 56.

Artikolu 59

Fejn, f’każijiet eċċezzjonali, il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi joħolqu, jew jheddu li joħolqu diffikultajiet serji għat-tħaddim ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-BĊE, jista’ jieħu miżuri ta’ salvagwardja rigward il-pajjiżi terzi għal żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur, jekk dawk il-miżuri jkunu strettament meħtieġa.

Artikolu 60

1. Jekk, fil-każijiet kontemplati fl-Artikolu 301, azzjoni mill-Komunità tiġi kkunsidrata meħtieġa, il-Kunsill jista’ skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 301, jieħu l-miżuri urġenti u neċessarji dwar il-moviment tal-kapital u dwar il-pagamenti għar-rigward tal-pajjiżi terzi in kwistjoni.

2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 297 u sakemm il-Kunsill ma jkunx ħa miżuri skond il-paragrafu 1, Stat Membru jista’, għal raġunjijiet politiċi serji u minħabba raġunjijiet ta’ urġenza, jieħu miżuri unilaterali kontra pajjiż terz rigward il-movimenti kapitali u r-rimessi ta' ħlasijiet. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu informati b' dawk il-miżuri mhux aktar tard mid-data li dawn ikunu daħlu fis-seħħ.

Il-Kunsilll jista’, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi illi l-Istat Membru konċernat għandu jemenda jew ineħħi dawk il-miżuri. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b’kull deċiżjoni bħal din li tkun ittieħdet mill-Kunsill.

TITOLU IV

IL-VISA, L-ASIL, L-IMMIGRAZZJONI U POLITIKI OĦRA RELATATI MAL-MOVIMENT LIBERU TA' PERSUNI

Artikolu 61

Sabiex jistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurta' u ġustizzja, il-Kunsill għandu jadotta:

a) f' terminu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, miżuri maħsuba li jassiguraw il-moviment liberu ta’ persuni skond l-Artikolu 14, flimkien ma' miżuri ta' appoġġ direttament relatati ma' dak li għandu x’jaqsam ma' kontrolli fil-fruntieri esterni, ma' asil u immigrazzjoni, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63 (2) u (3) u l-Artikolu 63 (1)(a) u (2)(a), u miżuri li jimpedixxu u jiġġieldu l-kriminalità skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 31 (e) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

b) miżuri oħra fl-oqsma ta’ asil, immigrazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63;

ċ) miżuri fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili kif previsti fl-Artikolu 65;

d) miżuri xierqa li jinkoraġixxu u jsaħħu l-kooperazzjoni amministrativa, skond kif provdut fl-Artikolu 66;

e) miżuri fil-qasam ta’ pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li jkollhom l-iskop ta’ sigurtà ta’ livell għoli billi timpedixxi u tiġġieled il-kriminalita' fl-Unjoni skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 62

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, għandu, f'terminu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, jadotta:

1) miżuri bl-iskop li jassiguraw, konformi ma' l-Artikolu 14, l-assenza ta’ kull kontroll fuq il-persuni, sew jekk ikunu ċittadini ta' l-Unjoni sew jekk ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi, meta jaqsmu l-fruntieri interni;

2) miżuri dwar il-qsim ta’ fruntieri esterni ta' l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu:

a) standards u proċeduri li għandhom ikunu segwiti minn Stati Membri fit-twettieq ta’ kontrolli fuq persuni f’dawn il-fruntieri;

b) regoli dwar visa għal soġġorn b' intenzjoni ta’ mhux aktar minn tlett xhur, inklużi:

i) il-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu visa meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dawn il-ħtiġiet;

ii) il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ visa minn Stati Membri;

iii) format uniformi għal visa;

iv) regoli għal visa uniformi;

3) miżuri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom persuni ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi jista jkollhom il-libertà ta' l-ivjaġġar fit-territorju ta' l-Istati Membri matul perijodu ta’ mhux aktar minn tlett xhur.

Artikolu 63

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, għandu, f' terminu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, jadotta:

1) miżuri dwar l-asil, skond il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat- 28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll tal- 31 ta’ Jannar 1967 li għandu x’jaqsam mal-qagħda ta’ refuġjati u t-trattati l-oħra rilevanti, f’dawn l-oqsma li ġejjin:

a) kriterji u mekkaniżmi biex jiġi determinat liema Stat Membru jkun responsabbli biex jikkonsidra l-applikazzjoni għal asil sottomessa minn persuna ta’ ċittadinanza ta’ xi pajjiż terz f’wieħed mill-Istati Membri,

b) standards minimi dwar kif jintlaqgħu dawk li jfittxu asil fi Stati Membri,

ċ) standards minimi f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalifika bħala refuġjati ta' persuni ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi,

d) standards minimi dwar il-proċeduri fi Stati Membri għar-rikonoxximent jew it-tneħħija ta' l-istat ta’ refuġjat;

2) miżuri dwar refuġjati u persuni maqlugħa minn pajjiżhom li jaqgħu taħt dawn l-oqsma li ġejjin:

a) standards minimi għall-protezzjoni temporanja ta' persuni maqlugħa minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu jerġgħu lura lejn il-pajjiż tagħhom ta' l-oriġini u għal persuni li għal xi raġuni oħra ikollhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali,

b) il-promozzjoni ta’ bilanċ ta’ sforzi bejn Stati Membri li jirċievu u jsofru l-konsegwenzi talli jirċievu refuġjati u persuni maqlugħa minn pajjiżhom;

3) miżuri dwar politika dwar l-immigrazzjoni f’dawn l-oqsma li ġejjin:

a) il-kondizzjonijiet tad-dħul u r-residenza, u standards dwar proċeduri għall-għoti minn Stati Membri ta’ visa għal termini twal u permessi għal residenza, inklużi dawk għall-iskopijiet tar-riunjoni tal-familji,

b) l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali, inkluża r-ripatrijazzjoni ta’ residenti illegali;

4) miżuri li jiddefinixxu d-drittijiet u l-kondizzjonijiet li bihom persuni ta’ ċittadinanza ta' pajjiżi terzi li jkunu legalment residenti fi Stat Membru jkunu jistgħu jabitaw fi Stati Membri oħra.

Miżuri adottati mill-Kunsill skond il-punti 3 u 4 m’għandhomx ifixklu xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi fl-oqsma kkonċernati disposizzjonijiet nazzjonali li jkunu kompatibbli ma' dan it-Trattat u ma' ftehim internazzjonali.

Miżuri li għandhom ikunu adottati skond il-punti 2(b), 3(a) u 4 m’għandhomx ikunu soġġetti għat-terminu ta’ ħames snin imsemmi hawn fuq.

Artikolu 64

1. Dan it-Titolu m’għandux jaffetwa l-eżerċizzju tar-responsabiltajiet li jkunu fid-dmir ta’ Stati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-manteniment tal-liġi u ta' l-ordni u mal-ħarsien tas-sigurtà nterna.

2. Fil-każ li xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri jkun ikkonfrontat b’sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratteriżżata b’influss għall-għarrieda ta’ persuni ta’ ċittadinanza ta' pajjiżi terzi u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta miżuri proviżżorji ta’ tul ta’ żmien li ma jeċċedix sitt xhur għall-benefiċċju ta' l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 65

Il-Miżuri fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 67 u sa fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, għandhom jinkludu:

a) it-titjib u s-simplifikazzjoni:

- tas-sistema tan-notifiki f'pajjiż ieħor ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji;

- tal-kooperazzjoni fil-mod kif jiġu akkwiżiti l-provi;

- tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ċivili u kummerċjali, inklużi deċiżjonijiet f’każijiet exta-ġudizzjarji;

b) il-promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt bejn il-liġijiet u l-ġurisdizzjonijiet;

ċ) l-eliminazzjoni ta’ ostakoli għall-funzjonament tajjeb ta’ proċeduri ċivili, jekk meħtieġ bil-promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli tal-proċeduri ċivili applikabbli fl-Istati Membri.

Artikolu 66

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 67, għandu jieħu miżuri biex jiżgura kooperazzjoni bejn id-dipartimenti rilevanti u l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri fl-oqsma koperti b’dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk id-dipartimenti u l-Kummissjoni.

Artikolu 67

1. Matul perijodu transitorju ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva minn xi Stat Membru u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew.

2. Wara dan il-perijodu ta’ ħames snin:

- il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposti mill-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha teżamina kull talba li ssirilha minn xi Stat Membru u tissottometti proposta lill-Kunsill;

- il-Kunsill, li jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jieħu deċiżjoni bl-iskop li jipprovdi li l-oqsma kollha li huma koperti b’dan it-Titolu jew parti minnhom ikunu regolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u jadotta disposizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mal-poteri tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3. B’deroga minn paragrafi 1 u 2, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 62 (2)(b) (i) u (iii) għandhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew;

4. B’deroga mill-paragrafu 2 il-miżuri msemmija fl-Artikolu 62(2)(b) (ii) u (iv) għandhom, wara perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ikunu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251.

5. B’deroga għall-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251:

- il-miżuri maħsuba fl-Artikolu 63(1) u (2)(a) basta l-Kunsill ikun minn qabel adotta, skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-leġislazzjoni tal-Komunità li tiddefinixxi ir-regoli komuni u l-prinċipji bażiċi li jirregolaw dawn il-materji;

- il-miżuri maħsuba fl-Artikolu 65 b’esklużjoni ta’ l-aspetti li jolqtu il-liġi tal-familja.

Artikolu 68

1. L-Artikolu 234 għandu japplika għal dan it-Titolu skond iċ-ċirkostanzi u bil-kondizzjonijiet li ġejjin: meta kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu jew dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta’ atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità ibbażati fuq dan it-Titolu jitqajjmu f’każ li jkun pendenti quddiem qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru li kontra d-deċiżjoni tagħha ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju skond il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew tribunal għandha, jekk tikkonsidra li deċiżjoni dwar il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex tkun tista' tagħti sentenza, titlob lill-Qorti tal-Ġustizja li tagħti deċiżjoni dwar dan.

2. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja m’għandhiex ikollha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq xi miżuri jew deċiżjonijiet meħudha skond l-Artikolu 62 (1) li għandhom x’jaqsmu mal-manteniment ta' l-ordni u l-liġi u l-ħarsien tas-sigurtà interna.

3. Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew Stat Membru jista' jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dan it-Titolu jew ta’ atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità bażati fuq dan it-Titolu. Id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja bi tweġiba għal talba bħal din m’għandhiex tapplika għall-ġudizzju mill-qrati jew mit-tribunali ta' l-Istati Membri li jkunu saru res judicata.

Artikolu 69

L-applikazzjoni ta’ dan it-titolu għandha tkun soġġetta għad-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda u tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka u mingħajr preġudizzju għall-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda.

TITOLU V

IT-TRASPORT

Artikolu 70

Rigward il-materji f’dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom isegwu l-għanijiet tat-Trattat fil-kwadru ta’ politika komuni tat-trasport.

Artikolu 71

1. Bl-iskop li jwettaq l-Artikolu 70, u filwaqt illi jqis il-fatturi partikolari tat-trasport, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jistabbilixxi:

a) regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

b) il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru;

ċ) miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport;

d) provvedimenti oħra xierqa.

2. Bħala deroga mill-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, meta l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-prinċipji tas-sistema regolatorja għat-trasport jista’ jkollha effett serju fuq il-livell ta’ għajxien u fuq l-impjieg f’ ċerti arei u fuq l-operat tal-faċilitajiet tat-trasporti, dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. Filwaqt li jagħmel dan, il-Kunsill għandu jqis il-bżonn għall-adattament għall-iżvilupp ekonomiku li jkun se jirriżulta mill-istabbiliment tas-suq komuni.

Artikolu 72

Sakemm jiġu magħmula d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 71 (1), u sakemm il-Kunsill ma jagħtix il-kunsens unanimu tiegħu, ebda Stat Membru m’għandu japplika d-diversi disposizzjonijiet tat-trasport li jirregolaw il-materja fl- 1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, id-data ta' l-Adeżjoni tagħhom, b'mod li jagħmilhom inqas favorevoli, fl-effett dirett jew indirett tagħhom, għat-trasportaturi ta’ Stati Membri oħra meta mqabbla mat-trasportaturi tagħhom nazzjonali.

Artikolu 73

Miżuri ta’ għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma’ rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan it-Trattat.

Artikolu 74

Kull miżura dwar prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport, adottati fil-kwadru ta’ dan it-Trattat, għandha tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ekonomika tat-trasportaturi.

Artikolu 75

1. Id-diskriminazzjonijiet kollha li jikkonsistu fl-applikazzjoni minn trasportaturi dwar l-istess merkanzija ittrasportata fl-istess rotot, ta’ prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport li jvarjaw skond il-pajjiż ta’ l-origini jew tad-destinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr, għandhom jiġu aboliti fi ħdan il-Komunità.

2. Il-Paragrafu 1 ma jeskludix l-adozzjoni ta’ miżuri oħra mill-Kunsill fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 (1).

3. Il-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu, jagħmel regolamenti għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Il-Kunsill jista’, partikolarment jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità ikunu jistgħu jassiguraw li r-regola li hemm fil-paragrafu 1 tiġi osservata u li dawk li jużawha jgawdu l-vantaġġi li jakkumulaw minnha.

4. Il-Kummissjoni għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, teżamina il-każijiet ta’ diskriminazzjoni msemmija f’paragrafu 1, u, wara li tikkonsulta kull Stat Membru interessat, għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa skond ir-regolamenti magħmula skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3.

Artikolu 76

1. Dwar trasport effettwat fi ħdan il-Komunità, l-applikazzjoni imposta minn Stat Membru ta’ prezzijiet u kondizzjonijiet li jinvolvu element ta’ sostenn jew protezzjoni, għall-benefiċċju ta’ impriża jew industrija waħda jew iktar partikolari, għandha tkun projbita, sakemm ma tkunx awtoriżżata mill-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, teżamina l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1, b’kunsiderazzjoni partikolari, min-naħa l-waħda, għall-esiġenzi ta’ politika ekonomika reġjonali adegwata, l-bżonnijiet ta’ reġjuni sottożviluppati, u l-problemi ta’ reġjuni milqutin serjament minn ċirkostanzi politiċi u, min-naħa l-oħra, għall-effetti ta’ dawk il-prezzijiet u kondizzjonjiet fuq il-kompetizzjoni bejn il-forom differenti ta’ trasport.

Wara li tikkonsulta kull Stat Membru interessat, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

3. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal tariffi ta' kompetizzjoni.

Artikolu 77

Ħlasijiet jew drittijiet miġbura minn trasportatur, biż-żieda tal-prezzijiet tat-trasport, għat-trasport li jaqsam il-fruntieri, ma għandhomx jeċċedu livell raġonevoli, meħuda kunsiderazzjoni xierqa ta' l-ispejjeż reali ta’ dak it-trasport.

L-Istati Membri għandhom iħabirku biex inaqqsu progressivament dawn l-ispejjeż.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 78

Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma għandomx jostakolaw l-applikazzjoni ta' miżuri adottati fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, safejn dawn huma meħtieġa biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ekonomiċi kaġunati mid-divisjoni tal-Ġermanja, għall-ekonomija ta’ ċerti arej tar-Repubblika Federali milquta minn dik id-divisjoni.

Artikolu 79

Kumitat konsultattiv, magħmul minn esperti maħtura mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri, għandu jiġi anness mal-Kummissjoni, li għandha tikkonsultah fuq kwistjonijiet ta’ trasport kull meta tqis li jkun opportun mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Artikolu 80

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għat-trasport bil-ferrovija, fit-triq, u bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

2. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi jekk safejn u b'liema proċedura disposizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu addottati għat-traffiku fil-baħar u bl-ajru.

Id-disposizzjonijiet proċedurali ta' l-Artikolu 71 għandhom japplikaw.

TITOLU VI

REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET

KAPITOLU 1

REGOLI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONI

SEZZJONI 1

REGOLI LI JAPPLIKAW GĦAL IMPRIŻI

Artikolu 81

1. Is-segwenti għandhom ikunu inkompatibbli mas-suq komuni u għandhom ikunu projbiti: l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta' assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiċi kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni, partikolarment dawk li jinvolvu:

a) l-iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kondizzjonijiet oħra tan-negozju;

b) il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni, tas-swieq, ta' l-iżvilupp tekniku jew ta' l-investiment;

ċ) it-tqassim tas-swieq jew it-tqassim ta’ fonti ta’ provvista;

d) l-applikazzjoni ta' kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma partijiet oħra, li b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv;

e) Is-suġġettar tal-konklużjoni ta’ kuntratt għall-aċċettazzjoni, mill-parti l-oħra, ta’ obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

2. L-akkordji jew deċiżjonijiet projbiti bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkunu awtomatikament nulli.

3. Madankollu, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu dikjarati inapplikabbli fil-każ ta’ xi wieħed milli ġejjin, jiġifieri:

- akkordji jew kategoriji ta’ akkordji bejn impriżi;

- deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew kategoriji ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi;

- prattiċi miftiehma jew kategoriji ta’ prattiċi miftiehma

li jikkontribwixxu biex itejbu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ prodotti, jew biex jippromwovu progress tekniku jew ekonomiku waqt li fl-istess ħin, jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnhom, izda li ma:

a) jimponux fuq l-impriżi interessati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba ta' l-għanijiet ta’ hawn fuq;

b) jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

Artikolu 82

Safejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista’ jiġi milqut, kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn posizzjoni dominanti fi ħdan is-suq komuni, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu, jkun inkompatibbli mas-suq komuni u jkun projbit.

Eżempji ta’ abbuż bħal dan huma:

a) l-impożizzjoni diretta jew indiretta ta’ prezzijiet inġusti ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew kondizzjonijiet oħra inġusti ta’ kummerċ;

b) il-limitazzjoni tal-produzzjoni, tas-swieq jew ta' l-iżvilupp tekniku bi ħsara għall-konsumaturi;

ċ) l-applikazzjoni ta’ kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra, l i b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv;

d) is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratti għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

Artikolu 83

1. Ir-regolamenti jew id-direttivi xierqa għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew..

2. Id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu maħsuba, partikolarment:

a) biex jassiguraw l-osservanza tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 81 u fl-Artikolu 82, bl-istituzzjoni ta’ multi jew penali perjodiċi;

b) biex jiddeterminaw il-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 81, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa li jassiguraw superviżjoni adegwata flimkien ma’ l-iktar simplifikazzjoni massima possibbli ta’ kontroll amministrattiv;

ċ) fejn meħtieġ, biex jiddefinixxu l-iskop ta’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 81 u 82 dwar id-diversi setturi ekonomiċi;

(d) biex jispeċifikaw il-kompiti rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu;

(e) biex jispeċifikaw ir-relazzjoni tal-liġijiet nazzjonali mad-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni u dawk adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 84

Sakemm il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 83 jidħlu fis-seħħ, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq l-ammissibilità ta' akkordji u fuq kwistjonijiet dwar kull abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq komuni, skond il-liġijiet tal-pajjiżi tagħhom u d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81, speċjalment il-paragrafu 3, u ta’ l-Artikolu 82.

Artikolu 85

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 84, il-Kummissjoni għandha, tissorvelja l-applikazzjoni tal-prinċipji li hemm fl-Artikoli 81 u 82. Fuq talba ta’ Stat Membru, jew fuq inizjattiva tagħha stess, hija għandha tinvestiga, flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jipprestaw l-assistenza tagħhom, kull ksur suspettat tal-prinċipji msemmija hawn fuq. Jekk isib li dak il-ksur ikun ġara, hija għandha tipproponi mezzi xierqa biex twaqqfu.

2. Jekk dak il-ksur ikompli, il-Kummissjoni għandha toħroġ deċiżjoni motivata li tirreġistra l-ksur tal-prinċipji. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika d-deċiżjoni tagħha u tista’ tawtorizza lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni skond il-kondizzjonijiet u fil-modalitajiet li jiġu preskritti mill-Kummissjoni.

Artikolu 86

1. Dwar impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom jagħtu drittijiet speċjali jew esklusivi, l-Istati Membri ma għandhom la jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli f’dan it-Trattat, b’mod partikolari, għal dawk li hemm fl-Artikolu 12 u fl-Artikoli 81 sa 89 inklużi.

2. Kull impriża responsabbli biex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun soġġetta għar-regoli ta' dan it-Trattat, b’mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi tal-Komunità.

3. Il-Kummissjoni għandha tassigura l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u għandha, fejn meħtieġ, toħroġ direttivi jew deċiżjonijiet opportuni lill-Istati Membri.

SEZZJONI 2

GĦAJNUNA MILL-ISTATI

Artikolu 87

1. Bla ħsara ta' kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

2. It-tipi ta’ għajnuna li ġejja tkun kompatibbli mas-suq komuni:

a) għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, basta dik l-għajnuna tiġi mogħtija mingħajr diskriminazzjoni bażata fuq l-oriġini tal-prodotti konċernati;

b) kull għajnuna mogħtija biex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji;

ċ) l-għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta’ ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta bid-diviżjoni tal-Ġermanja, safejn dik l-għajnuna tkun meħtieġa sabiex tikkompensa għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati b’dik id-diviżjoni.

3. It-tipi ta’ għajnuna li ġejja tista' tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni:

a) għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell ta' l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg;

b) għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew, jew biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru;

ċ) għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni;

d) għajnuna biex tiġi promossa l-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fil-komunità sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

e) dawk il-kategoriji oħra ta’ għajnuna li jistgħu jiġu speċifikati b’deċiżjoni tal-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 88

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma' l-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżiżtu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta' l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq komuni.

2. Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta’ għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat, m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni.

Jekk l-Istat interessat ma joqgħodx għal din id-deċiżjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew kull Stat ieħor interessat ikun jista' jissottometti l-materja direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’deroga għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 226 u 227.

Fuq talba ta’ kull Stat Membru, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, b’vot unanimu, li miżura ta’ għajnuna mogħtija jew li trid tingħata minn dak l-Istat għandha tkun ikkonsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni, b’deroga għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 87 jew tar-regolamenti previsti fl-Artikolu 89, jekk din id-deċiżjoni tkun ġustifikata b’ċirkostanzi eċċezzjonali. Jekk il-Kummissjoni diġà tkun bdiet il-proċedura preskritta fl-ewwel sub-paragrafu ta’ dan il-paragrafu, rigward l-għajnuna in kwistjoni, it-talba magħmula lill-Kunsill mill-Istat interessat għandha ġġib is-sospensjoni ta’ dik il-proċedura sakemm il-Kunsill ikun iddeċieda l-pożizzjoni tiegħu.

Madankollu, jekk il-Kunsill ma jkunx għarraf il-pożizzjoni tiegħu f’egħluq tliet xhur minn dik it-talba, għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni skond it-termini ta’ l-Artikolu 87, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali.

Artikolu 89

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jista' jagħmel regoli approprijati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 u jista' partikolarment jiffissa l-kundizzjonijiet li fihom l-Artikolu 88(3) għandu japplika u l-kategoriji ta’ għajnuna eżenti minn din il-proċedura.

KAPITOLU 2

DISPOSIZZJONIJIET FISKALI

Artikolu 90

Ebda Stat Membru ma għandu japplika, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali.

Barra dan, ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra.

Artikolu 91

Il-prodotti esportati għat-territorju ta’ Stat Membru ma jistgħux jibbenefikaw minn rifużjoni ta’ taxxi interni ogħla mit-taxxi li jkunu ġew imposti, direttament jew indirettament, fuqhom.

Artikolu 92

Rigward il-ħlasijiet ħlief ħlasijiet fuq it-turnover, dazji tas-sisa u miżuri oħra ta’ tassazjoni indiretta, eżenzjonijiet u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet għal Stati Membri oħra ma jistgħux jingħataw, u taxxi li jikkumpensaw fuq importazzjonijiet minn Stati Membri oħra ma jistgħux jiġu imposti, ħlief safejn il-miżuri kontemplati jkunu ġew approvati minn qabel għal perjodu limitat mill-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 93

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta disposizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ leġislazzjoni li tittratta dwar taxxi fuq it-turnover, dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta daqs kemm din l-armonizzazzjoni tkun neċessarja biex tiżgura l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 14

KAPITOLU 3

APROSSIMAZZJONI TA' LIĠIJIET

Artikolu 94

Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi unanimament, fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq komuni.

Artikolu 95

1. B’deroga mill-Artikolu 94 u ħlief fejn provdut xort'oħra f’dan it-Trattat, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba ta’l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

2. Il-paragrafu 1 m’ għandux japplika għal disposizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu ta' persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi ta' l-impjegati.

3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta’ kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.

4. Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-disposizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dawn id-disposizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.

5. Aktar minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi disposizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-disposizzjonijiet nazzjonali invlouti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le meżż ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perijodu, d-disposizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m' hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perijodu msemmi f’dan il-paragrafu jista' jittawwal b’perijodu ieħor sa sitt xhur.

7. Meta, bis-saħħa tal-paragrafu 6, xi Stat Membru jkun awtoriżżat li jżomm jew jintroduċi disposizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjetament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.

8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.

9. B' deroga mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u xi Stat Membru jista' jressaq il-materja direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk jikkunsidraw li xi Stat Membru ieħor ikun qiegħed jgħamel użu mhux xieraq tal-poteri previsti f’dan l-Artikolu.

10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawsola ta’ salvagwardja li tawtoriżża lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li m' hijiex ta' natura ekonomika imsemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità.

Artikolu 96

Jekk il-Kummissjomi issib li d-differenzi li jeżistu bejn il-liġijiet, regolamenti jew regoli amministrattivi ta’ l-Istati Membri qed twassal għal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni distorti fis-suq komuni, u b'hekk iġibu nuqqas ta’ bilanċ li jitlob korrezzjoni, hija għandha tikkonsulta ma’ l-Istati Membri interessati.

Jekk dawk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal ftehim li bih in-nuqqas ta’ bilanċ imsemmi jiġi korrett, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu joħroġ id-direttivi meħtieġa għal dan il-għan. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu jieħdu kull miżura oħra xierqa provduta f’dan it-Trattat.

Artikolu 97

1. Jekk ikollu raġuni għax jibża’ li l-adozzjoni jew emenda ta’ liġi, regolament jew regola amministrattiva tkun se ġġib f’nuqqas ta’ bilanċ fis-sens ta’ l-Artikolu 96, l-Istat Membru li jkun irid jipproċedi għal dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Istati interessati dawk il-miżuri li jistgħu jkunu xierqa biex jevitaw in-nuqqas ta’ bilanċ imsemmi.

2. Jekk l-Istat li jkun jixtieq jintroduċi jew jemenda disposizzjonijiet nazzjonali ma jwettaqx ir-rakkomandazzjoni magħmula lilu mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra ma għandhomx jintalbu, skond it-termini ta’ l-Artikolu 96, biex jemendaw id-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom stess sabiex jikkoreġu dak in-nuqqas ta’ bilanċ. Jekk l-Istat Membru li jinjora r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jġib nuqqas ta’ bilanċ bi ħsara tiegħu nnifsu biss, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 96 ma għandhomx japplikaw.

TITOLU VII

POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA

KAPITOLU 1

POLITIKA EKONOMIKA

Artikolu 98

L-Istati Membri għandhom imexxu l-politika ekonomika tagħhom bil-għan li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-iskopijiet tal-Komunità, kif imfissra fl-Artikolu 2, u fil-kuntest tal-linji direttivi ġenerali imsemmija fl-Artikolu 99(2). L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jaġixxu skond il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera, li jiffavorixxi allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi, u b'mod konformi mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 99

1. L-Istati Membri għandhom iqisu il-linji tal-politika ekonomika tagħhom bħala materja ta' interess komuni u għandhom jikkordinawhom fi ħdan il-Kunsill, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 98.

2. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata u fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jifformola abbozz għal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunità, u għandu jirrapporta r-riżultati lill-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew għandu, jiddiskuti x'konklużjoni għandu jasal għaliha dwar il-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunità, filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi tar-rapport tal-Kunsill.

Fuq il-bażi ta’ din il-konklużjoni, il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jadotta rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni tiegħu.

3. Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta' politika ekonomika u l-konverġenża kontinwa fl-attività ekonomika ta' l-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta’ rapporti sottomessi mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f'kull Stat Membru u fil-Komunità, kif ukoll il-konformità ta’ kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali imsemmijja fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment.

Għall-finijiet ta’ din is-sorveljanza multilaterali, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri importanti li jkunu ttieħdu minnhom fil-qasam tal-politika ekonomika tagħhom kif ukoll kull informazzjoni oħra li jqisu li tista' tkun meħtieġa.

4. Meta jiġi stabbilit, skond il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-linji ta' politika ekonomika ta’ Stat Membru mhumiex koherenti mal-linji direttivi ġenerali imsemmija fil-paragrafu 2, jew jekk ikun hemm possibiltà li dawn ifixklu l-funzjonament tajjeb ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kunsill jista', b’maġġoranza kkwalifikata u fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Istat Membru involut. Il-Kunsill jista', b’maġġoranza kwalifikata u fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Il-President tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali. Il-President tal-Kunsill jista' jiġi mistieden biex jidher quddiem il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, jekk il-Kunsill ikun għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu pubbliċi.

5. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmijja fl-Artikolu 252, jista' jadotta regoli dettaljati sabiex jirregola l-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 100

1. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri oħra provduti f’dan it-Trattat, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi rigward miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, partikolarment jekk iqumu diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti.

2. Meta Stat Membru jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded b’diffikultajiet serji kkawżati min diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li fuqhom ma jkollux kontroll, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, jagħti għajnuna finanzjarja lill-Istat Membru konċernat. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.

Artikolu 101

1. Faċilitajiet ta’ overdraft jew ta’ xi tip ieħor ta’ faċilità ta’ kreditu mill-BĊE jew mill-banek ċentrali ta' l-Istati Membri (hawnekk iżjed 'il quddiem imsejħa "banek ċentrali nazzjonali") favur istituzzjonijiet jew korpi komunitarji, gvernijiet ċentrali, reġjonali jew awtoritajiet lokali jew pubbliċi oħra, jew korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi ta’ Stati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kif għandu ukoll ikun pprojbit ix-xiri dirett mingħand dawn ta' strumenti ta' debitu mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali.

2. Il-paragrafu 1 m’għandhux japplikax fil-każ ta’ istituzzjonijiet publiċi ta’ kreditu li, fil-kuntest tal-provvista ta’ riservi mill-banek ċentrali, għandhom jingħataw l-istess trattament mill-banek ċentrali nazzjonali u mill-BĊE bħal ma jingħataw istituzzjonijiet ta’kreditu privati.

Artikolu 102

1. Kull miżura, li mhijiex ibbażata fuq konsiderazzjonijiet prudenzjali u li tistabbilixxi aċċess privileġġat lill-istituzzjonijiet jew korpi komunitarji, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali, jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew korpi oħra li huma regolati bid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi ta' l-Istati Membri għall-istituzzjonijiet finanzjarji għandha tkun ipprojbita.

2. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmijja fl-Artikolu 252, għandu, qabel l- 1 ta’ Jannar 1994, jiddefinixxi t-tifsiriet għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 103

1. Il-Komunità m’għandhiex tkun responsabbli għal, jew tassumi l-obbligazzjonijiet ta' gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali, jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew korpi oħra li huma regolati bid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi ta’ Stat Membru bla ħsara għall-għoti ta' garanziji finanzjarji reċiproċi għall-esekuzzjoni konġunta ta' proġett speċifiku. Stat Membru m’għandhux ikun responsabbli jew jassumi l-obbligazzjonjiet ta' gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku jew impriżi pubbliċi ta' Stat Membru ieħor, bla ħsara għall-għoti ta' garanziji finanzjarji reċiproċi għall-eżekuzzjoni konġunta ta' xi proġett speċifiku.

2. Jekk ikun neċessarju, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 252, jista' jiddefinixxi t-tifsiriet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101 u f'dan l-Artikolu.

Artikolu 104

1. L-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-Gvern.

2. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ta' l-estimi u ta' kull stock tad-dejn tal-gvern fl-Istati Membri bl-iskop illi tidentifika żbalji kbar. B'mod partikolari għandha teżamina l-konformità mad-dixxipplina ta' l-estimi abbażi taż-żewġ kriterji li ġejjin:

a) jekk il-proporzjon ta' l-iżbilanċ tal-gvern ippjanat jew attwali għall-prodott gross domestiku ikunx jeċċedi xi valur ta' referenza, ħlief

- jekk il-proporzjon ikun niżel b’mod sostanzjali u kontinwu u laħaq livell qrib tal-valur ta' referenza;

- jew, alternattivament jekk, l-eċċess fuq il-valur ta' referenza jkun biss eċċezzjonali u temporanju u l-proporzjon jibqa' viċin tal-valur ta' referenza;

b) Jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-prodott gross domestiku ikunx jeċċedi xi valur ta' referenza, ħlief jekk l-proporzjon ikun qiegħed jonqos b’mod suffiċjenti u li joqrob lejn il-valur ta' referenza b’pass sodisfaċenti.

Il-valuri ta' referenza huma speċifikati fil-Protokoll dwar il-proċedura fuq żbilanċ eċċessiv anness ma’ dan it-Trattat

3. Jekk Stat Membru ma jwettaqx il-ħtiġiet taħt xi wieħed jew it-tnejn minn dawn il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis ukoll jekk id-dejn tal-gvern ikunx jeċċedi n-nefqa tal-gvern f'investiment u jqis il-fatturi l-oħra kollha rilevanti, inkluża l-pożizzjoni ekonomika u ta' l-estimi għall-futur medju ta' l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni tista' wkoll tipprepara rapport jekk, minkejja t-twettiq tal-ħtigiet taħt il-kriterji, tkun ta’ l-opinjoni li hemm riskju ta’ żbilanċ eċċessiv ġewwa xi Stat Membru.

4. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 114 għandu jifformola opinjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni.

5. Jekk il-Kummissjoni jidhrilha illi jkun hemm jew jista' jkun hemm fi Stat Membru żbilanċ eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar dan lill-Kunsill.

6. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru interessat ikun jixtieq jagħmel, jiddeċiedi wara stima komplessiva jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv.

7. Meta l-eżistenza ta’ deficit eċċessiv tiġi deċiża skond il-paragrafu 6, il-Kunsill għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru interessat, bl-iskop illi dik is-sitwazzjoni tiġi mitmuma fi żmien li determinat. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 8, dawn ir-rakkomandazzjonijiet m’għandhomx jiġu pubblikati.

8. Meta l-Kunsill jistabbilixxi illi ma’ kien hemm ebda azzjoni effettiva bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-perjodu stipulat, huwa jista' jippubblika dawn ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

9. Jekk Stat Membru jippersisti filli ma jieħux passi biex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, il-Kunsill jista' jiddeċiedi illi javża lill-Istat Membru sabiex, fi żmien speċifiku stipulat, jieħu l-miżuri biex inaqqas id-deficit kif meqjus neċessarju mill-Kunsill biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

F’dak il-każ, il-Kunsill jista' jitlob lill-Istat Membru interessat biex jippreżenta rapporti skond programm speċifiku sabiex jiġi eżaminat kull sforz ta’ aġġustament ta' dak l-Istat Membru.

10. Il-jedd li jinbdew il-proċeduri li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 226 u 227 ma jistax jiġi eżerċitat fil-kuntest ta' dak li hemm fil-paragrafi 1 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

11. Sakemm Stat Membru jibqa' ma jikkonformax ruħu ma' deċiżjoni li tkun ittieħdet skond il-paragrafu 9, il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika jew, skond il-każ, jintensifika xi wieħed jew aktar minn dawn il-miżuri li ġejjin:

- jeżiġi li l-Istat Membru interessat jippubblika informazzjoni addizzjonali, kif speċifikata mill-Kunsill, qabel il-ħruġ ta’ bonds u titoli;

- jistieden lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment biex jerġa' jikkonsidra l-politika tas-self tiegħu lejn l-Istat Membru interessat;

- jeżiġi mingħand l-Istat Membru interessat li jagħmel kontijiet ta’ depożitu mingħajr imgħax ta’ ammont xieraq, mal-Komunità sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ġie, fil-fehma tal-Kunsill, korrett.

- jimponi multi ta’ ammont adattat.

Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b’ deċiżjonijiet lijkunu ttieħdu.

12. Il-Kunsill għandu jabroga x'uħud jew id-deċiżjonijiet kollha msemmijja fil-paragrafi 6 sa 9 u 11 sakemml-iżbilanċ eċċessiv fl-Istat Membru interessat, ikun ġie, fil-fehma tal-Kunsill, korrett. Jekk il-Kunsill ikun għamel rakkomandazzjonijiet pubbliċi, huwa għandu, hekk kif id-deċiżjoni taħt il-paragrafu 8 tkun ġiet abrogata, jagħmel dikjarazzjoni pubblika li l-iżbilanċ eċċessiv fl-Istat Membru interessat ma jkunx għadu jeżisti.

13. Meta jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 7 sa 9, 11 u 12, il-Kunsill għandu jimxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-membri tiegħu, peżati skond l-Artikolu 205 (2), bl-esklużjoni tal-voti tar-rappreżentant ta' l-Istat Membru interessat.

14. Disposizzjonijiet ulterjuri rigward l-implimentazzjoni tal-proċedura deskritta f’dan l-Artikolu huma indikati fil-Protokoll fuq il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness ma' dan it-Trattat.

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-BĊE, jadotta d-disposizzjonijiet approprijati li mbagħad għandhom jieħdu post il- Protokoll imsemmi.

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-paragrafu il-Kunsill għandu, qabel l- 1 ta’ Jannar 1994, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, joħroġ regoli u definizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Protokoll.

KAPITOLU 2

POLITIKA MONETARJA

Artikolu 105

1. L-iskop primarju tas-SEBĊ għandu jkun li iżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għall-iskop ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġa l-linji ta' politika ekonomika ġenerali fil-Komunità bl-iskop li tikkontribwixxi għall-ksib ta’ l-oġġettivi tal-Komunità kif stipulati fl-Artikolu 2. Is-SEBĊ għandha tagixxi skond il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera, li jiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi, u b'mod konformi mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4.

2. Il-ħidmiet bażiċi li jridu jiġu mwettqa permezz tas-SEBĊ jkunu:

- li tiġi definita u implimentata l-politika monetarja tal-Komunità;

- li jitwettqu operazzjonijiet ta’ kambju konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 111;

- li jinżammu in depositu u jiġu amministrati r-riżervi barranin uffiċjali ta' l-Istati Membri;

- li tiġi promossa l-ħidma bla ostakoli ta' sistemi ta’ħlas.

3. It-tielet subinċiż tal-paragrafu 2 għandu jkun bla ħsara għaż-żamma in depositu u l-amministrazzjoni mill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri ta’ bilanċi operattivi ta’ valuta barranija.

4. Il-BĊE għandu jiġi ikkonsultat:

- dwar kull att propost mill-Komunità fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

- minn awtoritajiet nazzjonali dwar xi abbozz ta' disposizzjoni leġiżlattiva fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, iżda fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 107 paragrafu 6.

Il-BĊE jista’ jippreżenta opinjonijiet lill-istituzzjonijiet jew korpi approprijati tal-Komunità jew lill- awtoritajiet nazzjonali fuq kwistjonijiet fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu.

5. S-SEBĊ għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija bla ostakoli ta' kull politika segwita mill-awtoritajiet kompetenti relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

6. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-BĊE u wara li jirċievi l-assent tal-Parlament Ewropew, jikkonferixxi lill-BĊE kompiti speċifiċi li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni.

Artikolu 106

1. L-BĊE għandu jkollu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti ta' flus fil-Komunità. Il-BĊE u -banek ċentrali nazzjonali jistgħu joħorġu dawn il-karti tal-flus. Il-karti tal-flus li jinħarġu mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali jkunu l-uniċi karti tal-flus bi status ta’ valuta legali fil-Komunità.

2. L-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti soġġetti għall-approvazzjoni mill-BĊE dwar il-volum tal-ħruġ. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 252 u wara li jikkonsulta l-BĊE, jista' jadotta miżuri biex jarmonizza d-denominazzjonijiet u il-karatteristiċi tekniċi tal- munitikollha intiżi għaċ-ċirkolazzjoni safejn dan ikun neċessarju għaċ-ċirkolazzjoni faċli fil-Komunità.

Artikolu 107

1. S-SEBĊ għandha tkun magħmula mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali.

2. S-SEBĊ għandu ikollha personalità ġuridika.

3. S-SEBĊ għandha tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE li għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv.

4. L-Istatut tas-SEBĊ huwa stipulat f’Protokoll anness ma’ dan it-Trattat.

5. L-Artikoli 5.1, 5.2, 5.3, 17, 18, 19.1, 22, 23, 24, 26, 32.2, 32.3, 32.4, 32.6, 33.1(a) u 36 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi jew b'maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE u wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni jew unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsultata lill-BĊE. Fi kwalunkwe każ, ikun neċessarju il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

6. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-BĊE jew fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kummisjoni, għandu jadotta id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 5.4, 19.2, 20, 28.1, 29.2, 30.4, u 34.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.

Artikolu 108

Fl-eżerċizzju tas-setgħat u fit-twettiq tal-kompiti u d-dmirijiet tagħhom mgħotija lilhom b’dan it-Trattat u bl-Istatut tas-SEBĊ, la l-BĊE, u lanqas bank ċentrali nazzjonali, jew membru tal-korpi deċiżjonali tagħhom ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp ieħor. L-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-korpi u l-gvernijiet ta' Stati Membri jintrabtu li jirrispettaw dan il-prinċipju u li ma jfittxux li jinfluwenzaw il-membri tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE jew tal-bank ċentrali nazzjonali fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 109

Kull Stat Membru għandu jiżgura, l-aktar tard sad-data ta' l-istabbiliment tas-SEBĊ, li l-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, inkluż l-istatuti tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu, tkun kumpatibbli ma' dan it-Trattat u ma' l-istatut tas-SEBĊ.

Artikolu 110

1. Sabiex jiġu eżegwiti l-kompiti fdati lis-SEBĊ, l-BĊE għandu, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Istatut tas-SEBĊ:

- jagħmel ir-regolamenti sa fejn ikun neċessarju biex jiġu implimentati l-kompiti definiti fl-Artikolu 3.1, l-ewwel subinċiż, fl-Artikoli 19.1, 22 u 25.2 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ u f’dawk il-każijiet li ser ikunu indikati fl-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 107(6);

- jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex jiġu esegwiti l-kompiti fdati lis-SEBĊ taħt dan it-Trattat u fl-Istatut tas-SEBĊ;

- jagħmel rakkomandazzjonijiet u jagħti opinjonijiet.

2. Regolament għandu jkollu applikazzjoni ġenerali. Għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet m'għandu jkollhom ebda forza vinkolanti.

Deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha għal dawk li lejhom tkun indirizzata.

L-Artikoli 253, 254 u 256 għandhom japplikaw għar-regolamenti u għad-deċiżjonijiet adottati mill-BĊE.

Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu.

3. Fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet adottati mill-Kunsill bil-proċedura stipulata fl-Artikolu 107(6), il-BĊE għandu jkollu l-jedd li jimponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi fuq impriżi jekk dawn jonqsu milli jħarsu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tiegħu.

Artikolu 111

1. B'deroga mill-Artikolu 300, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE jew mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-BĊE fi sforz li jasal għal konsensus konformi ma’ l-iskop ta’ l-istabbliltà tal-prezzijiet, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew skond il-proċedura fil-paragrafu 3, jista' jikkonkludi arranġamenti formali, biex jiġu stabbiliti l-arranġamenti, fuq sistema ta’ rati ta’ kambju għall-ECU ma' valuta mhux tal-Komunità. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE jew mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-BĊE fi sforz biex jilħaq konsensus konformi ma' l-iskop ta’ l-istabbiltà fil-prezzijiet, jista' jadotta, jaġġusta jew jabbanduna r-rati ċentrali ta’ l-ECU fis-sistema ta' rata ta' kambju. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-adozzjoni, l-aġġustament jew l-abbandun tar-rati ċentrali ta’ l-ECU.

2. Meta ma jkunx hemm sistema ta' rata ta' kambju in relazzjoni ma' valuta waħda jew aktar mhux tal-Komunità kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata jew fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-BĊE, jew fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE, jista’ jifformula orjentazzjonijiet ġenerali għall-politika ta’ rata ta’kambju ma' dawn il-valuti. Dawn l-orjentazzjonijiet ġenerali m'għandhomx jippreġudikaw l-iskop primarju tas-SEBĊ li tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet.

3. B' deroga mill-Artikolu 300, fejn kun hemm il-bżonn li xi ftehim rigward kwistjonijiet monetari jew tas-sistema ta’kambju jiġi negozjat mill-Komunità ma' xi Stat jew Stati jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-BĊE, għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti għan-negozjati u l-konkluzjoni ta' dan il-ftehim. Dawn l-arranġamenti għandhom jassiguraw li l-Komunità tesprimi pożizzjoni unika. Il-Kummissjoni għandha tkun għal kollox assoċjata ma' dawn in-negozjati.

Kull ftehim magħmul skond dan il-paragrafu għandu jkun jorbot fuq l-istituzzjonijiet tal-Komunità, fuq il-BĊE u fuq l-Istati Membri.

4. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-BĊE, għandu jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni tal-Komunità f’livell internazzjonali rigward materji ta’ rilevanza partikolari għall-unjoni ekonomika u monetarja u dwar ir-rappreżentanza tagħha, f’konformità ma’ l-allokazzjoni tal-kompetenzi kif hemm fl-Artikoli 99 u 105.

5. Bla ħsara għall-kompetenza tal-Komunità u għal kull ftehim tal-Komunità dwar l-unjoni ekonomika u monetarja, Stati Membri jistgħu jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u jikkonkludu ftehim internazzjonali.

KAPITOLU 3

DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 112

1. Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jkollu fih il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali.

2. a) Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompost minn President, Viċi President u erba’ membri oħra.

b) Il-President, il-Viċi-President u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru minn fost persuni ta’ statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji bi ftehim komuni tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE.

Il-mandat tagħhom għandu ikun ta' tmien snin u ma jistax jiġi mġedded.

Huma biss il-persuni li jkollhom ċittadinanza ta' l-Istati Membi li jistgħu jkunu membri tal-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 113

1. Il-President tal-Kunsill u membru tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw, bla dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE.

Il-President tal-Kunsill jista’ jissottometti mozzjoni għad-deliberazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE.

2. Il-President tal-BĊE għandu jkun mistieden biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill meta l-Kunsill ikun qed jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ l-iskopijiet u l-kompiti tas-SEBĊ.

3. Il-BĊE għandu jindirizza rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-SEBĊ u dwar il-politika monetarja kemm tas-sena ta’qabel kif ukoll tas-sena korrenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Kunsill Ewropew. Il-President tal-BĊE għandu jippreżenta dan ir-rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, li jistgħu jkollhom dibattitu ġenerali fuqu.

Il-President tal-BĊE u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jistgħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew jew b'inizjattiva tagħhom stess, jinstemgħu mill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 114

1. Kumitat Monetarju bi status konsultattiv qiegħed jiġi stabbilit sabiex jippromwovi l-koordinazzjoni tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri sa fejn hu l-iktar possibbli għall-funzjonament tas-suq intern.

Dan għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:

- li jżomm taħt sorveljanza s-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u s-sistema ta' ħlasijiet ġenerali ta' l-Istati Membri u li jirrapporta regolarment dwar dan lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

- li jagħti opinjonijiet fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tiegħu stess sabiex jiġu ppreżentati lil dawk l-istituzzjonijiet;

- bla ħsara għall-Artikolu 207, biex jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill imsemmi fl-Artikoli 59, 60, 99(2), (3) (4) u (5), 100, 102, 103, 104, 116(2), 117(6), 119, 120, 121(2) u 122(l);

- biex jeżamina, ta’ l- anqas darba fis-sena, s-sitwazzjoni dwar il-moviment ta’ kapital u t-trasferimenti ta’ ħlasijiet, kif jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat u ta' miżuri addottati mill-Kunsill; l-eżami għandu jkopri l-miżuri kollha relatati ma' kull movimenti ta’ kapital u ta’ ħlasijiet; il-kumitat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fuq ir-riżultat ta’ dan l-eżami.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru kull wieħed żewġ membri tal-Kumitat Monetarju.

2. Fil-bidu tat-tielet stadju, għandu jiġi stabbilit Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Il-Kumitat Monetarju li hemm provdut dwaru fil-paragrafu 1 għandu jiġi xolt.

Il-Kumitat Ekonomiku u Finazjarju għandu jkollu dawn il-mandati li ġejjin:

- li jagħti opinjonijiet fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tiegħu stess sabiex dawn jiġu ppreżentati lil dawk l-istituzzjonijiet;

- li jżomm taħt sorveljanza s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u li jirraporta regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, partikolarment fuq ir-relazzjonijiet finanzjarji ma' pajjiżi terzi u ma' istituzzjonijiet internazzjonali;

- bla ħsara għall-Artikolu 207, biex jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli 59, 60, 99, (2), (3), (4) u (5), 100, 102, 103, 104, 105(6), 106(2), 107(5) u (6), 111, 119, 120(2) u (3), 122(2), 123(4) u (5), u li jagħmel xogħol ieħor konsultattiv u preparatorju assenjat lilu mill-Kunsill;

- li jeżamina, għall-inqas darba fis-sena, s-sitwazzjoni tal-moviment ta’ kapital u libertà tat-trasferimenti tal-pagamenti, kif dawn jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat u tal-miżuri adottati mill-Kunsill; l-eżami għandu jkopri il-miżuri kollha relatati mal-movimenti tal-kapital u ma’ trasferimenti tal-ħlasijiet; il-Kumitat għandu jirraporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fuq l-eżitu ta' dan l-eżami;

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jaħtru mhux aktar minn żewġ membri tal-Kumitat, kull wieħed.

3. Il-Kunsill għandu, b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-BĊE u mal-Kumitat imsemmi f’dan l-Artikolu, jindika disposizzjonijiet dettaljati dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni.

4. Minbarra l-kompiti imniżżla f’paragrafu 2, jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b’ deroga bħal dik imsemmija fl-Artikoli 122 u 123, il-Kumitat għandu jżomm taħt sorveljanza s-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja u s-sistema ta’ ħlasijiet ġenerali ta’ dawk l-Istati Membri u jirrapporta regolarment dwar dan lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 115

Għall-dawk l-affarijiet li jaqgħu taħt l-iskop ta’ l-Artikoli 99(4), 104 bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 14, 111, 121, 122 u 123(4) u (5), il-Kunsill jew Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel rakkomandazzjoni jew proposta, skond kif ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Kunsill mingħajr dewmien.

KAPITOLU 4

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 116

1. It-tieni stadju għall-attwazzjoni ta’ unjoni ekonomika u monetarja jibda fl- 1 ta’ Jannar 1994.

2. Qabel dik id-data

a) kull Stat Membru għandu:

- jadotta, meta neċessarju, miżuri adattati biex iħares il-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 56 u fl-Artikoli 101 u 102(1);

- jadotta, jekk ikun meħtieġ, bil-għan li jippermetti l-eżami li dwaru hemm provdut fis-subparagrafu (b), programmi multiannwali li għandhom l-għan li jassiguraw il-konverġenza permanenti neċessarja għall-attwazzjoni ta’ unjoni ekonomika u monetarja, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam l-istabbiltà fil-prezzjijiet u l-finanzi pubbliċi sodi;

b) il-Kunsill għandu, abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, jistma l-progress magħmul fil-konverġernza ekonomika u monetarja, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam l-istabbiltà fil-prezzjijiet u l-finanzi pubbliċi sodi u l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Komunità fejn għandu x’jaqsam is-suq intern.

3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 101, 102(1), 103(1) u 104 bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 1, 9, 11 u 14 ser jibdew japplikaw mill-bidu tat-tieni stadju.

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 100(2), 104(1), (9) u (11), 105, 106, 108, 111, 112, 113 u 114 (2) u (4) għandhom japplikaw mill-bidu tat-tielet stadju.

4. Fit-tieni stadju, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw kull żbilanċ eċċessiv min-naħa tal-gvern.

5. Matul it-tieni stadju, kull Stat Membru għandu, kif ikun xieraq, jibda l-proċess li jwassal għall-indipendanza tal-bank entrali tiegħu, skond kif hemm provdut fl-Artikolu 109.

Artikolu 117

1. Fil-bidu tat-tieni stadju, għandu jiġi stabbilit u jibda jopera Istitut Monetarju Ewropew (hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-"IME"); dan għandu jkollu personalità ġuridika u għandu jiġi dirett u mmexxi minn Kunsill, li jkun jikkonsisti fi President u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali, u li wieħed minnhom ikun Viċi-President.

Il-President għandu jiġi magħżul bi ftehim komuni bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta’ Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill ta’ l-IME, u wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-President għandu jiġi magħżul minn fost persuni ta’ statura rikonoxxuta u ta' esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji. Huma biss persuni ta' ċittadinanza ta' l-Istati Membri li jistgħu jkunu President ta’ l-IME. Il-Viċi President għandu jiġi maħtur mill-Kunsill ta’ l-IME.

L-istatut ta’ L-IME jinsab stipulat fi Protokoll anness ma' dan it-Trattat.

2. L-IME għandu:

- jsaħħaħ l-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali nazzjonali;

- jsaħħaħ l-koordinazzjoni tal-politika monetarja ta' l-Istati Membri, bl-iskop li jiżgura stabbiltà fil-prezzijiet.

- jissorvelja l-funzjonament tas-Sistema Monetarja Ewropea;

- jagħmel konsultazzjonijiet dwar dawk l-affarjiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-banek ċentrali nazzjonali u li jolqtu l-istabbiltà ta' istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq;

- jassumi l-kompiti tal-Fond ta' Kooperazzjoni Monetarja Ewropea, li għandu jiġi xolt; il-modalitajiet kif isir dan ix-xoljiment jinsabu stipulati fl-Istatut ta’ l-IME;

- jiffaċilita l-użu ta’ l-ECU u jissorvelja l-iżvilupp relattiv, inkluż il-funzjonament faċli tas-sistema ta' likwidazzjoni ta’ kontijiet ta’ L-ECU.

3. Għall-preparazzjoni tat-tielet stadju, l-IME għandu:

- jipprepara l-istrumenti u l-proċeduri neċessarji għat-twettiq ta’ politika monetarja unika fit-tielet stadju;

- jippromwovi l-armoniżżazzjoni, fejn ikun meħtieġ tar-regoli u l-użanzi li jirregolaw il-ġbir, il-kumpilazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kull statistika fl-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' kompetenza tiegħu;

- jipprepara r-regoli għall-kompiti li għandhom isiru mill-banek ċentrali nazzjonali fl-qafas tas-SEBĊ;

- jippromwovi l-effiċjenza ta’ ħlasijiet trans-konfini;

- jissorvelja l-preparazzjoni teknika ta' karti tal-flus ta’ l-ECU.

Mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 1996, l-IME għandu jispeċifika l-istruttura regolatorja, organizzattiva, u loġistika meħtieġa għas-SEBĊ sabiex din tkun tista’ taqdi dmirijietha fit-tielet stadju. Din l-istruttura għandha tiġi ppreżentata għad-deċiżjoni tas-SEBĊ fid-data ta' l-istabbiliment tagħha.

4. l-IME, li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, jista’:

- jifformola opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fuq l-orjentament ġenerali tal-politika monetarja u tal-politika tar-rata tal-kambju kif ukoll dwar miżuri relatati introdotti f’kull Stat Membru;

- jissottometti opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet lill-Gvernijiet u lill-Kunsill dwar kull politika li tista' teffettwa s-sitwazzjoni monetarja interna jew esterna fil-Komunità u, b’mod partikolari, il-funzjonament tas-Sistema Monetarja Ewropea;

- jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet monetarji ta' l-Istati Membri dwar il-kondotta tal-politika monetarja tagħhom.

5. L-IME, li jaġixxi b’ mod unanimu, jista’ jiddeċiedi li jippubblika l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

6. L-IME għandu jiġi kkonsultat mill-Kunsill dwar kull att propost mill-Komunità fil-kamp tal-kompetenza tiegħu.

L-IME għandu jiġi kkonsultat mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri fuq kull abbozz ta' leġislazzjoni fil-kamp tal-kompetenza tagħha, fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-IME.

7. Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-IME, jassenja lill-IME ħidmiet oħra għat-tħejjija tat-tielet stadju.

8. Fejn dan it-Trattat jipprovdi għal rwol konsultattiv għall-BĊE, referenzi għall-BĊE għandhom jinqraw bħala li jirreferu għall-IME qabel ma jkun ġie stabbilit il-BĊE.

9. Matul it-tieni stadju it-terminu BĊE użat fl-Artikoli 230, 232, 233, 234, 237 u 288 għandu jinqara u jinftiehem bħala l-IME.

Artikolu 118

Il-kompożizzjoni tal-muniti fil-basket ta' l-ECU m'għandiex tiġi mibdula

Mill-bidu tat-tielet stadju, l-valur ta’ l-ECU għandu jiġi stabbilit darba għal dejjem skond ma hemm fl-Artikolu 123(4).

Artikolu 119

1. Meta Stat Membru ikollu diffikultajiet jew ikun mhedded b’mod serju b’diffikultajiet dwar il-bilanċ tal-pagamenti tiegħu bħala riżultat ta' skwilibriju totali fil-bilanċ tal-pagamenti tiegħu, jew bħala riżultat tat-tip ta’ munita li jkollu għad-disposizzjoni tiegħu, u meta dawk id-diffikultajiet x'aktarx li jistgħu b'mod partikolari jipperikolaw il-funzjonament tas-suq komuni jew l-implimentazzjoni progressiva tal-politika kummerċjali komuni, il-Kummissjoni għandha minnufih, tinvestiga il-pożizzjoni ta’ l-Istat partikolari u l-azzjoni li dak l-Istat ikun ħa jew jista' jieħu waqt li juża l-meżżi kollha għad-disposizzjoni tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tgħid liema miżuri tkun qegħda tirrakkomanda lil dak l-Istat biex jieħu.

Jekk l-azzjoni meħuda minn Stat Membru u l-miżuri ssuġġeriti mill-Kummissjoni ma jkunux suffiċjenti sabiex jingħelbu d-diffikultajiet li jkunu qamu jew li jheddu li jqumu, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 114, tirrakkomanda lill-Kunsill li tiġi mogħtija assistenza reċiproka u l-metodi adattati għaldaqshekk.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kunsill regolarment informat bis-sitwazzjoni u kif din tkun qiegħda tiżviluppa.

2. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jagħti din l-assistenza reċiproka; huwa għandu jadotta direttivi jew deċiżjonijiet li jiffissaw il-kundizzjonijiet u d-dettalji ta’ dik l-assistenza, li tista’ tieħu forom bħal:

a) konċertazzjoni dwar il-mod kif wieħed jittratta ma' jew fi ħdan kull organiżżazzjoni internazzjonali li għaliha l-Istati Membri jistgħu jirrikorru;

b) miżuri neċessarji li jevitaw tibdil tar-rotta tal-kummerċ meta l-Istat li jkun jinsab f’diffikultà iżomm jew jintroduċi mill-ġdid restrizzjonijiet kwantitattivi kontra pajjiżi terzi;

ċ) l-għoti ta' kreditu limitat minn Stati Membri oħra, soġġett għall-qbil tagħhom ma' dan.

3. Jekk l-assistenza reċiproka rrakomandata mill-Kummissjoni ma tingħatax mill-Kunsill jew jekk dik l-assistenza reċiproka u l-passi li jittieħdu ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat li jkun jinstab f’diffikultajiet biex jieħu miżuri protettivi, li l-kundizzjonijiet u d-dettalji tagħhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

Dik l-awtoriżżazzjoni tista’ tiġi rrevokata u dawk il-kundizzjonijiet u d-dettalji jistgħu jiġu mibdula mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata.

4. Bla ħsara għall-Artikolu 122(6), dan l-Artikolu jtemm li japplika mill-bidu tat-tielet stadju.

Artikolu 120

1. Meta tinqala' kriżi f'daqqa fil-bilanċ ta’ pagamenti, u deċizjoni bħalma hemm fl-Artikolu 119(2) ma titteħidx immedjatament, l-Istat Membru nvolut jista', bħala prekawzjoni, jadotta l-miżuri protettivi neċessarji. Dawk il-miżuri għandhom jikkawżaw l-inqas disturb possibli fil-funzjonament tas-suq komuni u ma għandhomx ikunu aktar wiesa’ mill-iskop ta' dak li jkun tabilħaqq meħtieġ sabiex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet li jkunu nqalgħu f'daqqa.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati b’dawk il-miżuri protettivi mhux aktar tard minn meta jibdew iseħħu. Il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jagħti l-assistenza reċiproka taħt l-Artikolu 119.

3. Wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni u l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 114 jkun ġie konsultat, il-Kunsill jista’, b’maġġoranza kkwalifikata, jiddeċiedi li l-Istat involut għandu jemenda, jissospendi, jew jabolixxi għal kollox il-miżuri protettivi msemmija hawn qabel.

4. Bla ħsara għall-Artikolu 122(6), dan l-Artikolu ma jibqax jgħodd mill-bidu tat-tielet stadju.

Artikolu 121

1. Il-Kummissjoni u l-IME għandhom jirrapportaw lill-Kunsill fuq il-progress magħmul mill-Istati Membri sabiex dawn jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom dwar it-twettiq ta’ unjoni ekonomika u monetarja. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu eżami tal-kompatibilità bejn il-leġislazzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru, inklużi l-istatuti tal-banek ċentralitagħhom, u l-Artikoli 108 u 109 ta’ dan it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. Ir-rapporti għandhom jeżaminaw jekk ikunx intlaħaq grad għoli ta’ konverġenza sostenibbli b’ referenza għal jekk kull Stat Membru ikunx issodisfa dawn il-kriterji:

- il-ksib ta’ livell għoli ta’ stabbiltà fil-prezzijiet; dan jirriżulta minn rata ta’ inflazzjoni li l-iżjed tkun tixbaħ lil dik tat-tlett Stati Membri li jkunu qed imorru l-aħjar f'dik li hija l-istabbiltà fil-prezzijiet;

- pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern sostenibbli; dan jirriżulta meta ikun wasal għall-pożizzjoni fl-estimi tkun mingħajr żbilanċ eċċessiv kif stabbilit fl-Artikolu 104 (6);

- osservanza il-marġni ta’ fluttwazzjoni normali li dwarhom hemm provdut bil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea, għal mill-inqas sentejn, mingħajr żvalutazzjoni fil-konfront tal-munita ta’ xi Stat Membru ieħor;

- id-durabilità tal-konverġenza miksuba mill-Istat Membru u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea kif jidher fil-livelli tar-rati ta’ mgħax f'perjodi fit-tul.

Il-Protokoll anness ma' dan it-Trattat jispjega aħjar l-erba' kriterji msemmija f'dan il-paragrafu u ż-żminijiet rilevanti li fihom għandhom jiġu rispettati u żviluppati. Ir-rapporti tal-Kummissjoni u l-IME għandhom jikkonsidraw ukoll l-iżvilupp ta’ l-ECU, ir-riżultati ta’ l-integrazzjoni tas-swieq, is-sitwazzjoni u l-iżvilupp tal-bilanċi tal-pagamenti fuq il-kont kurrenti u eżami ta’ l-iżvilupp tal-kost ta' unità lavorattiva u indiċijiet oħra ta’ prezzijiet.

2. Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jistma:

- Fir-rigward ta' kull Stat Membru, jekk dan ikunx jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ munita unika;

- Jekk il-maġġoranza ta' l-Istati Membri tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ munita unika,

u tirrakkomanda r-riżultanzi tagħha lill-Kunsill, li jiltaqa' kompost minn Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat u jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kunsill, li jiltaqa' kompost minn Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern.

3. Filwaqt li jikkunsidra kif dovut ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 u l-opinjoni tal-Parlament Ewropew msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, li jiltaqa' kompost minn Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, għandu, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 1996:

- jiddeċiedi, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 2, jekk il-maġġoranza ta' l-Istati Membri tkunx tissodisfa l-kriterji meħtieġa għall-adozzjoni ta’ munita unika;

- jiddeċiedi jekk ikunx adattat għall-Komunità li tidħol fit-tielet stadju,

u jekk ikun hekk

- jagħżel data għall-bidu tat-tielet stadju.

4. Jekk sa l-aħħar ta’ 1997 id-data għall-bidu tat-tielet stadju ma tkunx għadha ġiet stabbilita, it-tielet stadju jibda fl- 1 ta’ Jannar 1999. Qabel l- 1 ta’ Lulju 1998, il-Kunsill, li jiltaqa' kompost minn Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, wara ripetizzjoni tal-proċedura li hemm provdut dwarha fil-paragrafi 1 u 2, bl-eċċezzjoni tat-tieni subinċiż tal-paragrafu 2, waqt li jikkunsidra ir-rapporti imsemmija fil-paragrafu 1 u l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill imsemmi fil-paragrafu 2, jikkonferma liema Stati Membri ikunu qed iwettqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni ta’ munita unika.

Artikolu 122

1. Jekk tkun ġiet meħuda d-deċiżjoni sabiex tingħażel id-data skond ma hemm fl-Artikolu 121(3), il-Kunsill għandu, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 121(2), filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi jekk ikunx hemm xi Stat Membru, u jekk ikun hemm liema minnhom ikunu ser jieħu deroga kif imfissra fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-Istati Membri għandhom f’dan it-Trattat jiġu msemmija bħala "l-Istati Membri b’deroga".

Jekk il-Kunsill ikun ikkonferma liema Stati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni ta’ munita unika, skond kif hemm fl-Artikolu 121(4), dawk l-Istati Membri li ma jissodissfawx il-kundizzjonijiet jieħdu deroga kif imfisser fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-Istati Membri għandhom f’dan it-Trattat jissejħu bħala "Stati Membri b’deroga".

2. Mill-inqas darba kull sentejn, jew fuq it-talba ta' xi wieħed mill-Istati Membri b'deroga, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jibagħtu rapporti lill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(1). Wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u wara diskussjoni fil-Kunsill, imlaqqa' kompost minn Kapijiet ta' l-Istati Membri jew tal-Gvernijiet tagħhom, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi liema Stati Membri b'deroga jissodisfaw il-kondizzjonjiet meħtieġa fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 121(1), u jabrogaw id-derogi ta' l-Istati Membri interessati.

3. Id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 għandha twassal sabiex l-Artikoli li ġejjin ma japplikawx għall-Istat Membru interessat: L-Artikoli 104(9) u (11), 105(1), (2), (3) u (5), 106, 110, 111, u 112(2)(b). L-esklużjoni ta' dan l-Istat Membru u l-bank ċentrali nazzjonali tiegħu mid-drittijiet u l-obbligi li jinsabu fis-SEBĊ hija stabbilita fil-Kapitolu IX ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

4. Fl-Artikolu 105(1), (2) u (3), 106, 110, 111 u 112(2)(b), it-terminu "Stati Membri" għandu jittieħed bħala "l-Istati Membri mingħajr deroga".

5. Id-drittijiet tal-vot ta' l-Istati Membri b'deroga għandhom jiġu sospiżi sakemm il-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikoli ta' dan it-Trattat imsemmija fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, permezz ta' deroga mill-Artikoli 205 and 250(1), maġġoranza kkwalifikata għandha tfisser żewġ terzi tal-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri mingħajr deroga peżati skond l-Artikolu 205(2), u l-unanimità ta' dawk l-Istati Membri għandha tkun meħtieġa għal att li jirrikjedi l-unanimità.

6. L-Artikoli 119 u 120 għandhom jibqgħu japplikaw għall-Istat Membru b'deroga.

Artikolu 123

1. Immedjatament wara li tkun ittieħdet deċiżjoni għall-bidu tat-tielet stadju bi qbil ma' l-Artikolu 121(3), jew, skond il-każ, immedjatament wara l- 1 Lulju 1998:

- Il-Kunsill għandu jadotta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(6);

- il-gvernijiet ta' l-Istati Membri mingħajr deroga għandhom jaħtru, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, il-President, il-Viċi-President u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv ta'-BĊE. Jekk ikun hemm Stati Membri b'deroga, in-numru tal-membri tal-Bord Eżekuttiv jista' jkun iżgħar minn dak provdut fl-Artikolu 11.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jkun inqas minn erbgħa.

Malli jinħatar il-Bord Eżekuttiv, għandhom jiġu stabbiliti is-SEBĊ u l-BĊE u dawn għandhom iħejju biex jidħlu joperaw għal kollox kif deskritt f'dan it-Trattat u fl-Istatut tas-SEBĊ. L-eżerċizzju totali tal-poteri tagħhom għandu jibda mill-ewwel jum tat-tielet stadju.

2. Hekk kif jiġi stabbilit il-BĊE, għandu, jekk ikun meħtieġ, jassumi x-xogħol ta' l-IME. L-IME għandu jidħol f'likwidazzjoni hekk kif jiġi stabbilit il-BĊE; il-modalitajiet tal-likwidazzjoni huma stabbiliti fl-Istatut ta' l-IME.

3. Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(3) ta' dan it-Trattat, il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE riferit fl-Artikolu 45 ta' l-Istatut tas-SEBĊ għandu jiġi stabbilit bħala t-tielet korp deċiżjonali tal-BĊE.

4. Fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-tielet fażi, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi bl-unanimità ta’ l-Istati Membri mingħajr deroga, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-BĊE, jadotta r-rati tal-kambju li fihom il-valuta tagħhom tiġi iffissata irrevokabilment u b’liema rata irrevokabilment iffissata l-ECU għandha tidħol flok dawn il-valuti u l-ECU għandha ssir valuta hi stess. Din il-miżura minnha nfisha m’għandhiex timmodifika l-valur estern ta' l-ECU. Il-Kunsill waqt li jkun jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata ta’ l-Istati Membri msemmija, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-BĊE, għandu jieħu l-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-introduzzjoni rapida ta' l-ECU bħala valuta waħda ta’ dawk l-Istati Membri. It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 122(5) għandha tapplika.

5. Jekk jiġi deċiż, skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 122(2), li tiġi abrogata deroga, il-Kunsill, waqt li jaġixxi bl-unanimità ta' l-Istati Membri mingħajr deroga u l-Istat Membru interessat, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-BĊE, għandu jadotta r-rata li biha l-ECU għandu jissostitwixxi l-munita korrenti ta' l-Istat Membru interessat, u jieħu l-miżuri l-oħra meħtieġa għad-dħul ta' l-ECU bħala l-munita kurrenti unika fl-Istat Membru interessat.

Artikolu 124

1. Sakemm jibda t-tielet stadju, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jittratta l-politika tiegħu ta' rata tal-kambju bħala materja ta' interess komuni. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ ta' l-esperjenza akkwiżita f'kooperazzjoni fil-qafas tas-Sistema Monetarja Ewropea (SME) u fl-iżvilupp ta' l-ECU, u għandhom jirrispettaw il-poteri eżistenti f'dan il-qasam.

2. Mill-bidu tat-tielet stadju u sakemm Stat Membru jkollu deroga, il-paragrafu 1 għandu japplika b'analoġija għall-politika tal-kambju ta' dak l-Istat Membru.

TITOLU VIII

L-IMPJIEG

Artikolu 125

L-Istati Membri u l-Komunità għandhom, skond dan it-Titolu, jaħdmu lejn żvilupp ta' strateġija koordinata għall-impjieg u partikolarment sabiex il-ħaddiema jkunu kwalifikati, imħarrġa u flessibbli u biex is-suq tax-xogħol jirrispondi għat-tibdil ekonomiku biex jistgħu jintlaħqu l-objettivi definiti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 2 ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 126

1. L-Istati Membri, permezz tal-politika tagħhom għall-impjieg, għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi li hemm imsemmija fl-Artikolu 125 b’mod konsistenti ma linji ta’ gwida ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunità adottati skond l-Artikolu 99(2).

2. L-Istati Membri, wara li jikkunsidraw il-prattiċi nazzjonali fejn għandhom x'jaqsmu r-responsabbilitajiet ta' min imexxi u tal-ħaddiema, għandhom iqisu l-promozzjoni ta' l-impjiegi bħala materja ta’ interess komuni u għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma' dan fi ħdan il-Kunsill, skond id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 128.

Artikolu 127

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi lejn livell għoli ta’ mpjieg billi tinkoraġixxi kooperazzjoni bejn Stati Membri u billi ssostni u, jekk meħtieġ, tikkomplimenta l-azzjoni tagħhom. Meta tagħmel dan, il-kompetenzi ta' l-Istati Membri għandhom ikunu rrispettati.

2. Il-mira ta’ livell għoli ta’ mpiegi għandha tittieħed in konsiderazzjoni fil-formolazzjoni u l-implementazzjoni tal-politika u l-attivitajiet Komuntarji.

Artikolu 128

1. Il-Kunsill Ewropew għandu kull sena jikkonsidra il-qagħda ta' l-impjieg fil-Komunità u jadotta konklużjonijiet dwarhom, fuq il-bażi ta’ rapport konġunt annwali mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat ta' l-Impjieg imsemmi fl-Artikolu 130, għandu kull sena jħejji linji ta’ gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu konsistenti mal-linji ta’ gwida ġenerali adottati skond l-Artikolu 99(2).

3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħudha għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta’ linji ta’ gwida għall-impjiegi imsemmija fil-paragrafu 2.

4. Il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti imsemmija fil-paragrafu 3 u wara li jkun irċieva il-kummenti mill-Kumitat ta' l-Impjieg, għandu kull sena iwettaq eżami dwar l-implementazzjoni tal-politika ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta’ gwida għall-impjieg. Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista, jekk jikkunsidra li jkun xieraq fid-dawl ta’ dak l-eżami, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

5. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ dak l-eżami, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu rapport konġunt annwali lill-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda ta' l-Impjieg fil-Komunità u dwar l-implementazzjoni tal-linji ta’ gwida għall-impjieg.

Artikolu 129

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jista' jadotta miżuri ta’ nċentiva li jkunu mmirati biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn Stati Membri u biex isostnu l-azzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-impjiegi permezz ta’ inizjattivi li jkollhom l-iskop li jkun żvilupat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ l-aħjar prattiċi, li tkun provduta l-analiżi kumparattiva u pariri kif ukoll li ssir promozzjoni ta' atteġġjamneti innovattivi u l-valutazzjoni ta' l-esperjenzi, partikolarment billi wieħed jirrikorri għall-proġetti pilota.

Dawk il-miżuri m’għandhomx jinkludu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 130

Il-Kunsill, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi Kumitat ta' l-Impjieg bi status ta' natura konsultattiva biex jipromwovi l-koordinament bejn l-Istati Membri dwar il-politika ta’ l-impjieg u tas-suq tax-xogħol. Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu:

- li jissorvelja l-qagħda ta' l-impjieg u l-politika ta' l-impjieg fl-Istati Membri u fil-Komunità;

- mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207, li jifformula opinjonijiet fuq talba jew tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew inkella fuq l-inizjattiva tiegħu stess, u biex jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tal-proċedimenti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 128.

Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jikkonsulta lil min imexxi u lill-ħaddiema.

Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat.

TITOLU IX

IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Artikolu 131

Bl-istabbiliment ta' unjoni doganali bejniethom, l-Istati Membri għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu, skond l-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u għat-tnaqqis ta’ ostakoli tariffarji.

Il-politika kummerċjali komuni għandha tieħu qies ta’ l-effett favorevoli li tista’ ġġib l-abolizzjoni tad-dazju bejn l-Istati Membri fuq l-iżvilupp tal-qawwa kompetittiva ta’ l-impriżi ta’ dawk l-Istati.

Artikolu 132

1. Bla preġudizzju għall-obbligi ta' Stati Membri bħala membri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, il-miżuri li dawn jieħdu biex jgħinu l-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi, għandhom jiġu armonizzati progressivament, sal punt meħtieġ biex jiġi assigurat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi fil-Komunità ma tiġix milquta ħażin.

Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti d-direttivi meħtieġa għal dan il-għan.

2. Id-disposizzjonijiet preċedenti ma japplikawx għal rifużjonijiet ta' dazji doganali jew ta' piżijiet b'effett ekwivalenti, u lanqas għal rimborsi ta' taxxi indiretti kompriżi taxxi fuq turnover, taxxi tas-sisa u taxxi oħra indiretti konnessi fl-esportazzjoni ta' merkanzija minn Stat Membri għal pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rifużjonijiet u rimborsi ma jeċċedux it-taxxi jew id-dazji li jkunu ġew imposti, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti esportati..

Artikolu 133

1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ tibdil fit-tariffi, il-konklużjoni ta’ ftehim dwar tariffi u kummerċ, il-kisba ta’ uniformità f’miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika ta’ l-esportazzjoni u miżuri biex jipproteġu l-kummerċ bħal dawk li jittieħdu f’każi ta’dumping u fil-każ ta’ sussidji.

2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.

3. Meta jkun meħtieg li jiġu negozjati ftehim ma’ Stat jew Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu responsabbli li jiżguraw li l-ftehim li jiġu negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill biex jgħin lill-Kummissjoni f’dan ix-xogħol u fil-qafas tad-direttivi li l-Kunsill jista’ joħroġlu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali dwar il-progress tan-negozjati.

Id-disposizzjonijiet relattivi li għandhom x’jaqsmu ta’ l-Artikolu 300 japplikaw.

4. Fl-eżerċizzju tal-poteri lilu konferiti b’dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

5. Il-paragafi 1 sa 4 japplikaw ukoll għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim fl-oqsma tal-kummerċ f’servizzi u fl-aspetti kummerċjali tal-propjetà intellettwali, safejn dawn il-ftehim ma jkunux koperti bil-paragrafu msemmi u bla preġudizzju għall-paragrafu 6.

B’deroga għall-paragrafu 4, il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità meta jkun jinnegozja u jikkonkludi ftehim f’wieħed mill-oqsma msemmija fl-ewwel subparagrafu meta dak il-ftehim jkun jinkludi disposizzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa l-unanimità għall-adozzjoni ta’ regoli interni jew meta jirrigwarda xi qasam li fih il-Komunità tkun għadha ma eżerċitatx il-poteri lilha konferiti minn dan it-Trattat bl-adozzjoni ta’ regoli interni.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità fir-rigward tan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ natura oriżżontali safejn dan ikun jirrigwarda wkoll is-subparagrafu preċedenti jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.

Dan il-paragrafu m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jżommu u jikkonkludu ftehim ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm dan il-ftehim ikun jaqbel mal-liġi tal-Komunità u ftehim ieħor internazzjonali pertinenti.

6. Il-Kunsill ma jistax jikkonkludi ftehim li jkun jinkludi disposizzjoniiet li jeċċedu l-poteri interni tal-Komunità, partikolarment meta jwasslu għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’qasam li fih dan it-Trattat jeskludi din l-armonizzazzjoni.

F’dan ir-rigward, b’deroga għall-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 5, ftehim li għandu x’jaqsam mal-kummerċ f’servizzi kulturali u awdjoviżivi, servizzi edukattivi, servizzi soċjali u tas-saħħa umana, għandhom jaqgħu fil-kompetenza komuni tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Għaldaqstant, barra minn deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond id-disposizzjonijiet relattivi ta’ l-Artikolu 300, in-negozjar ta’ ftehim bħal dawn, ikun jeħtieġ il-kunsens komuni ta’ l-Istati Membri. Ftehim hekk negozjat għandu jiġi konkluż flimkien mill-Komunità u l-Istati Membri.

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport għandhom jibqgħu jiġu regolati bid-disposizzjonijiet tat-Titolu V u ta' l-Artikolu 300.

7. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għan-negozjati u ftehim internazzjonali dwar proprjetà intellettwali sakemm dawn ma jkunux koperti bil-paragrafu 5.

Artikolu 134

Il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda l-metodi approprijati ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-eżekuzzjoni ta' miżuri tal-politika kummerċjali li jittieħdu skond dan it-Trattat minn xi wieħed mill-Istati Membri ma tkunx imfixkla minn devjazzjoni fin-negozju jew meta id-differenzi bejn miżuri bħal dawn iwasslu għal diffikultajiet ekonomiċi f'xi wieħed mill-istati Membri jew iktar. Fin-nuqqas ta' dan, il-Kummissjoni tista' tawtoriżża lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri protettivi meħtieġa, bil-kundizzjonijiet u d-dettalji li tistabbilixxi.

F'każ ta' urġenza, l-Istati Membri għandhom jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex tawtorizzahom kemm jista' jkun malajr li jieħdu huma stess il-miżuri neċessarji; l-Istati Membri nteressati għandhom mbagħad u mbagħad jinnotifikawhom lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi f'kull ħin li l-Istati Membri involuti għandhom jemendaw jew jabolixxu l-miżuri in kwistjoni.

Fil-għażla ta' miżuri bħal dawn, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-inqas jikkawżaw disturb għall-funzjonament tas-suq komuni.

TITOLU X

IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI

Artikolu 135

Fil-limiti ta' l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jieħu miżuri sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni doganali bejn Stati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni. Dawn il-miżuri m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew ta' l-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja.

TITOLU XI

POLITIKA SOĊJALI, EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI U ŻGĦAŻAGĦ

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET SOĊJALI

Artikolu 136

Il-Komunità u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit- 18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità ta' l-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni ta' l-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

B'dan l-iskop il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jieħdu kont tad-diversi forom ta’ prattiċi nazzjonali, partikolarment fil-qasam ta’ relazzjonijiet kontrattwalli, u l-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija Komunitarja.

Huma jemmnu li żvilupp bħal dan għandu jirriżulta mhux biss mill-funzjonament tas-suq komuni, li għandu jiffavorixxi l-armonizzazzjoni ta’ sistemi soċjali, imma wkoll mill-proċeduri previsti f'dan it-Trattat u mill-approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva.

Artikolu 137

1. Bl-iskop li jintlaħqu il-miri ta’ l-Artikolu 136, il-Komunità għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma:

a) it-titjib in partikolari ta’ l-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-siġurtà tal-ħaddiema;

b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

ċ) is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema;

d) il-protezzjoni tal-ħaddiema f’każ li jintemmilhom il-kuntratt ta’ l-impjieg;

e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

f) ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva ta’ l-interessi tal-ħaddiema u s-sidien, inkluża it-tmexxija konġunta, bla ħsara għall-paragrafu 5;

g) il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Komunità;

h) l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 150;

i) l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

k) il-moderniżżazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali bla preġudizzju għall-punt (ċ).

2. Għal dan l-iskop, il-Kunsill:

a) jista’ jadotta miżuri intiżi biex iħajjar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta’ inizjattivi mmirati biex jameljoraw l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi, jippromwovu affronti innovattivi u jivvalutaw l-esperjenzi, b’esklużjoni ta’ kull armoniżżazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri;

b) jista’ jadotta fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar u medji.

Il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, ħlief fl-oqsma msemmija fil-paragrafu l(ċ), (d), (f),u (g) ta’ dan l-Artikolu, fejn il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitati msemmija. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jiddeċidi li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tkun applikabbli għall-paragrafu l(d), (f) u (g) ta’ dan l-Artikolu.

3. Stat Membru jista’ jafda f’idejn il-partijiet soċjali, fuq talba konġunta, l-implimentazzjoni tad-direttivi adottati skond il-paragrafu 2.

F’dan il-każ għandu jiżgura li, mhux aktar tard mid-data li fiha d-direttiva jkollha tiġi trasposta skond l-Artikolu 249, il-partijiet soċjali jkunu ntroduċew bi ftehim il-miżuri meħtieġa waqt li l-Istat Membru jkun obbligat jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista’ f’kull ħin ikun f’pożizzjoni li jiggarantixxi r-riżultati imposti b’dik id-direttiva.

4. Id-disposizzjonijiet adottatti skond dan l-Artikolu:

- ma jaffettwawx id-dritt ta’ l-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-ewilibriju finanzjarju tagħhom.

- ma jipprekludu ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti ta’ protezzjoni kompatibbli ma’ dan it-Trattat.

5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu la japplikaw għall-pagi, la għad-dritt ta’ assoċjazzjoni, la għad-dritt ta’ l-istrike u lanqas għad dritt li jiġi mpost lock out.

Artiklu 138

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dmir li tippromwovi l-konsultazzjoni ta' min imexxi u tal-ħaddiema fil-livell Komunitarju u għandha tieħu l-miżuri rilevanti biex tiffaċilita id-djalogu ta’ bejniethom billi tassigura sostenn bilanċjat għal dawn il-partijiet.

2. B'dan il-għan, qabel ma tissottometti proposti fil-qasam tal-politika soċjali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-min imexxi u lill-ħaddiema dwar id-direzzjoni possibli ta’ l-azzjoni mill-Komunità.

3. Jekk, wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li azzjoni mill-Komunità tkun ta' min jirrakomandaha, hi għandha tikkonsulta lill-min imexxi u l-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba. Min imexxi u l-ħaddiema għandhom iwasslu lill-Kummissjoni opinjoni jew, fejn jixraq, rakkomandazzjoni.

4. Fl-okkażjoni ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, min imexxi u l-ħaddiema jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess previst fl-Artikolu 139. It-tul ta' żmien tal-proċedura m’għandux jeċċedi disa’ xhur, sakemm min imexxi u l-ħaddiema kkonċernati u l-Kummissjoni, flimkien jiddeċiedu li jestenduh.

Artiklu 139

1. Jekk min imexxi u l-ħaddiema hekk jixtiequ, id-djalogu bejniethom fil-livell Komunitarju jista' jwassal għal relazzjonijiet kontrattwali, inkluż ftehim.

2. Il-Ftehim konklużi fil-livell Komunitarju għandhom jkunu implementati skond il-proċeduri u prattiċi speċifiċi għal min imexxi u l-ħaddiema u l-Istati Membri, jew, f’materji li huma koperti mill-Artikolu 137, fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ħlief meta l-ftehim in kwistjoni jkun fih disposizzjoni waħda jew aktar konnessi ma’ wieħed mill-oqsma li għalihom hija meħtieġa l-unanimità skond l-Artikolu 137(2). F’dak il-każ, għandu jaġixxi b’mod unanimu.

Artiklu 140

Bl-iskop li jintlaħħqu il-miri ta’ l-Artikolu 136 u mingħajr preġidizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali skond dan il-kapitolu, partikolarment f’materji li għandhom x’jaqsmu ma':

- l-impjieg;

- il-liġi tax-xogħol u l-kondizzjonijiet tax-xogħol;

- it-taħriġ professjonali bażiku u avvanzat;

- is-sigurtà soċjali;

- il-prevenzjoni ta' l-inċidenti u l-mard kaġunati mix-xogħol;

- l-iġjene fl-impjieg;

- id-dritt ta' l-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv bejn min iħaddem u l-ħaddiema.

B'dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri billi tagħmel studji, twassal opinjonijiet u tirranġa konsultazzjonijiet kemm fuq il-problemi li jqumu f’livell nazzjonali u wkoll f'dak li jikkonċerna l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Qabel twassal l-opinjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Artiklu 141

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

2. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, "paga" tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, minngħand min iħaddmu.

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

a) dik il-paga għall-istess xogħol bl-imqieta għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta’ l-istess unità ta' kejl;

b) dik il-paga għal xogħol li jitħallas bil-ħin tkun l-istess għall-istess xogħol.

3. Il-Kunsill li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f’materji ta’ mpiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

4. Bl-iskop li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat biex jfittex attività professjonali jew biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

Artikolu 142

L-Istati Membri għandhom jgħamlu ħilithom biex jżommu l-ugwaljanza eżistenti bejn skemi ta’ vaganzi bil-ħlas.

Artikolu 143

Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport kull sena dwar il-progress fir-realizzazzjoni ta' l-objettivi ta’ l-Artikolu 136, inkluża s-sitwazzjoni demografika fil-Komunità. Hi għandha twassal ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji rapporti dwar problemi partikolari li jirrigwardaw is-sitwazzjoni soċjali.

Artikolu 144

Il-Kunsill, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali ta’ xorta konsultattiva biex jippromwovi kooperazzjoni dwar il-protezzjoni soċjali bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun:

- li jissorvelja s-sitwazzjoni soċjali u l-iżvilupp ta’ politika ta’ protezzjoni soċjali fl-Istati Membri u fil-Komunità.

- biex jippromwovi skambju ta’ informazzjoni, esperjenzi u prattiċi tajbin bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni;

- bla preġudizzju għall-Artikolu 207, li jipprepara rapporti, jifformula opinjonijiet jew jidħol għal attivitajiet oħra fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu, fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Fit-twettieq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jistabbilixxi kuntatti xierqa mal-partijiet soċjali.

Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat.

Artikolu 145

Fir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddedika kapitolu speċjali għall-evoluzzjoni tal-qagħda soċjali fil-Komunità.

Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel rapporti dwar problemi speċjali li jirrigwardaw is-sitwazzjoni soċjali.

KAPITOLU 2

FOND SOĊJALI EWROPEW

Artikolu 146

Sabiex jittejbu l-opportunitajiet ta' impjieg għall-ħaddiema fis-suq intern u sabiex b'hekk ikun hemm kontribut biex jogħla il- fil-livell tal-għixien għandu għalhekk jiġi stabbilit Fond Soċjali Ewropew bi qbil mad-disposizzjonijiet stipulati iktar 'l isfel; għandu jkollu l-iskop li jirrendi eħfef l-impjieg tal-ħaddiema u li jżid il-mobbiltà geografika u fl-impjiegi tagħhom ġewwa l-Komunità, u li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal tibdiliet industrijali u tibdiliet fis-sistemi ta' produzzjoni, partikolarment permezz ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid.

Artikolu 147 (ex Artikolu 124)

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Fond.

F’din il-ħidma l-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ippresedut minn membru tal-Kummissjoni li jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ Gvernijiet, ta’ trade unions u ta' assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem.

Artikolu 148

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Soċjali Ewropew.

KAPITOLU 3

EDUKAZZJONI, FORMAZZJONI VOKAZZJONALI U ŻGĦAŻAGĦ

Artikolu 149

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta' kwalità billi tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta' tagħlim u l-organizzazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom.

2. L-azzjoni komunitarja għandha tkun immirata lejn:

- l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, partikolarment permezz tat-tagħlim u t-tixrid tal-lingwi ta' l-Istati Membri;

- l-inkoraġġiment tal-mobilità fost l-istudenti u l-għalliema, inter alia billi tinkoraġġixxi ir-rikonoxximnet akkademiku ta' diplomi u perjodi ta' studju;

- il-promozzjoni ta' kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi;

- l-iżvilupp ta' skambji ta' informazzjoni u esperjenzi dwar kwistjonijiet komuni għas-sistemi ta' edukazzjoni fl-Istati Membri;

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta’ skambji fost iż-żgħażagħ u skambji ta' edukaturi soċjo-edukattivi;

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' edukazzjoni mill-bogħod.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam ta' l-edukazzjoni, partikularment il- Kunsill ta' l-Ewropa.

4. Sabiex jikkontribwixxi għal għat-twettiq tal-miri msemmija f'dan l-Artikolu, il-Kunsill:

- waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta inċentivi li ma jinkludux l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti ta' l-Istati Membri;

- waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 150

1. Il-Komunità għandha timplimenta politika ta' taħriġ vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

2. L-azzjoni komunitarja għandha jkollha l-mira li:

- tħaffef l-adattament għal bidliet industrijali, partikolarment permezz ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid;

- ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tħaffef l-integrazzjoni u r-re-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

- tħaffef l-aċċess għall-formazzjoni vokazzjonali u tinkoraġġixxi l-mobilità ta' l-edukaturi u ta' min ikun qiegħed jitħarreġ u partikolarment taż-żgħażagħ;

- tistimula l-kooperazzjoni dwar taħriġ bejn istituzzjonijiet edukattivi jew ta' taħriġ ul-impriżi;

- tiżviluppa skambji ta' nformazzjoni u ta' esperjenza fuq kwistjonijiet komuni fis-sistemi ta' taħriġ ta' l-Istati Membri.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.

4. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta miżuri li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta' l-objettivi imsemmija f’dan l-Artikolu, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

TITOLU XII

KULTURA

Artikolu 151

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta il-wirt kulturali komuni.

2. L-azzjoni tal-Komunità għandha jkollha il-mira li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk jinħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li ġejjin:

- it-titjib fit-tagħrif u fit-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej;

- il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti;

- skambji kulturali li mhumiex ta' natura kummerċjali;

- il-kreazzjoni artistika u letterarja, inklużi dawk fis-settur awdjo-viżiv.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, partikolarment il-Kunsill ta' l-Ewropa.

4. Il-Komunità għandha tagħti każ ta' l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt disposizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha.

5. Sabiex jikkontribwixxi għat-twettiq tal-miri indikati f'dan l-Artikolu, il-Kunsill:

- li jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta miżuri ta' inċentiv, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament tul il-proċeduri kollha msemmija fl-Artikolu 251;

- waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jadotta rakkomandazzjonijiet.

TITOLU XIII

IS-SAĦĦA PUBBLIKA

Artikolu 152

1. Il-Livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.

L-Azzjoni tal-Komunità, li għandha tikkumplimenta l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta' periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa.

Il-Komunità għandha tikkumplimenta l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

2. Il-Komunità għanda tinkoraġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma kollha imsemmija f’dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom, b ’kuntatt mal-Kummissjoni, jikoordinaw bejniethom l-politiċi tagħhom u l-programmi fl-oqsma imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista', b’kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja biex tinkoraġixxi dan il-koordinament.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa publika.

4. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ l-objettivi imsemmija f’dan l-Artikolu, billi jadotta:

a) miżuri li joħolqu parametri għolja ta’ kwalità u sigurtà għar-rigward ta’ organi u sustanzi ta’ oriġini umana, demm u derivati tad-demm; dawn il-miżuri m’għandhom ifixklu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti.

b) b' deroga mill-Artikolu 37, miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa publika;

ċ) miżuri ta’ inċentivi mmirati biex iħarsu u jtejbu is-saħħa umana, eskluż l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta rakkomandazzjonijiet għall-iskopijiet kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. L-Azzjoni Komunitarja fl-oqsma tas-saħħa pubblika għandha tirrispetta bi sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u l-kura medika. Partikolarment, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 4(a) m’għandhomx jaffettwaw id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar id-donazzjoni jew l-użu mediku ta' organi u demm.

TITOLU XIV

PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Artikolu 153

1. Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, s-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.

2. Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ politika u attivitajiet oħra tal-Komunità għandu jingħata' kont tal-ħtiġiet tal-ħarsien tal-konsumatur.

3. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' l-objettivi imsemmija fil-paragrafu 1, permezz ta’:

a) miżuri adottati skond l-Artikolu 95 fil-kuntest tal-kompletament tas-suq intern;

b) miżuri li jgħinu, jissuplimentaw u jissorveljaw l-politika użata mill-Istati Membri.

4. Il-Kunsill li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 (b).

5. Il-Miżuri adottati skond il-paragrafu 4 m’għandhomx jimpedixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kumpattibli ma' dan it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa bihom.

TITOLU XV

NETWORKS TRANS-EWROPEJ

Artikolu 154

1. Sabiex jintlaħħqu l-miri msemmija fl-Artikoli 14 u 158 u sabiex iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-Komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu igawdu mill-benefiċċji ta' l-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni, il-Komunità għandha tagħti l-kontribut tagħha sabiex jiġu stabbiliti u jiġu żviluppati networks trans-Ewropej fl-oqsma ta’ l-infrastrutturi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet u enerġija.

2. Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni mill-Komunità għandha tfittex li tiffaċilita l-interkonnessjoni u l-interoperabiltà ta' networks nazzjonali kif ukoll l-aċċess għal dawk in-networks. Għandha tqis b’mod partikolari il-ħtieġa li jingħaqdu l-gżejjer u r-reġjuni kemm dawk maqtugħa mill-baħar kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Komunità.

Artikolu 155

1. Sabiex jintlaħqu il-miri imsemmija fl-Artikolu 154, il-Komunità:

- għandha tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida dwar il-miri, prioritatjiet u l-linji ġenerali tal-miżuri kontemplati fl-isfera tan-networks trans-Ewropej; dawn il-linji gwida għandhom jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni;

- għandha timplementa kull miżura li titqies neċessarja sabiex tiżgura l-inter-operabilità tan-networks, b’mod partikolari fil qasam ta' l-istandardizzazzjoni teknika;

- jista' jappoġġa proġetti ta’ nteress komuni li jkunu mogħtija sostenn mill-Istati Membri, li huma identifikati fil-qafas tal-linji ta’ gwida imsemmija fl-ewwel inċiż, partikolarment permezz ta’ studji ta' possibiltà, garanziji għal self jew sussidji fuq ir-rati ta’ l-interessi; il-Komunità tista’ wkoll tikkontribwixxi, permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni stabbilit skond l-Artikolu 161, sabiex jiġu finanzjati proġetti speċifiċi fl-Istati Membri fil-qasam ta’ l-infrastruttura tat-trasport.

L-attivitajiet tal-Komunità għandhom jagħtu konsiderazzjoni meħtieġa lill-validità ekonomika potenzjali tal-proġetti.

2. L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-linji politiċi nazzjonali li jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-ksib tal-miri msemmija fl-Artikolu 154. Il-Kummissjoni tista', b’ħidma mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tieħu kull inizzjattiva utli biex tippromwovi dik il-koordinazzjoni.

3. Il-Komunità tista’ tiddeċiedi li tikkopera ma’ pajjiżi terzi biex tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku u biex tiżgura l-interoperabiltà ta' networks.

Artikolu 156

Il-linji gwida u l-miżuri l-oħra previsti fl-Artikolu 155(1) għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni;

Il-linji gwida u l-proġetti ta’ interess komuni li jirrigwardaw it-territorju ta’ Stat Membru partikolari għandhom ikunu jeħtieġu l-approvazzjoni ta' l-Istat Membru interessat.

TITOLU XVI

L-INDUSTRIJA

Artikolu 157

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività ta' l-industrija tal-Komunità.

Għal dan l-iskop, skond is-sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni tagħhom għandha tfittex li:

- tħaffef l-adattament ta’ l-industrija għal bidliet strutturali;

- tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp ta’ l-impriżi fi ħdan il-Komunità kollha, partikolarment ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

- tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi;

- tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal- politika ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku.

2. L-Istati Membri, għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin, b’konnessjoni mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva utli biex tippromwovi dik il-koordinazzjoni.

3. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi biex jitlaħqu l-miri kif imniżżla fil-paragrafu 1 permezz tal-politika u l-attivitajiet li ssegwi skond disposizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jista’ jiddeċidi dwar miżuri speċifiċi b’appoġġ għall-azzjoni meħuda fl-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri mniżżla fil-paragrafu 1.

Dan it-Titolu m’għandux iservi ta’ bażi għall-introduzzjoni mill-Komunità ta’ xi miżura li tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkun fiha disposizzjonijiet fiskali jew disposizzjonijiet relatati mad-drittijiet jew l-interessi ta’ l-impjegati.

TITOLU XVII

IL-KOEŻJONI EKONOMIKA U SOĊJALI

Artikolu 158

Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, il-Komunità għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdanha.

B'mod partikolari, il-Komunità għandu jkollha l-iskop li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, inklużi iż-żoni rurali.

Artikolu 159

L-Istati Membri għandhom imexxu l-linji politiċi ekonomiċi tagħhom u jikkordinawhom b’tali mod li, jintlaħqu wkoll il-miri msemmija fl-Artikolu 158. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni tal-Komunità u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni il-miri imsemmija fl-Artikolu 158 u jwasslu għat-twettiq tagħhom. Il-Komunità għandha wkoll tappoġġa t-twettiq ta’ dawn il-miri imsemmija, bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), il-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-bqija ta’ l-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, kull tliet snin, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, dwar il-progress li jkun sar sabiex tintlaħaq il-koeżjoni ekonomika u soċjali u dwar il-mod ta’ kif il-mezzi varji msemmija f’dan l-Artikolu ikunu wasslu għal dan l-iskop. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun hekk meħtieġ, jinkludi l-proposti xierqa.

Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Komunità, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill li jkun jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 160

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa intiż biex jgħin biex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fi ħdan il-Komunità permezz tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp u t-tibdil strutturali tar-reġjuni li jkunu għadhom lura kif ukoll fir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura.

Artikolu 161

Mingħajr ebda preġudizzju għall-Artikolu 162, il-Kunsill, li jimxi fuq proposta unanima tal-Kummissjoni u wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew kif ukoll wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jagħti definizzjoni tal-kompiti, ta' l-għanijiet prioritarji u ta' l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali, li jistgħu jinvolvu t-tqassim tal-Fondi. Il-Kunsill, permezz ta’ l-istess proċedura, għandu wkoll jiddefinixxi r-regoli ġenerali applikabbli għalihom u l-provvedimenti meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tagħhom, u l-kordinazzjoni tal-Fondi ma' xulxin kif ukoll mal-bqija ta’ l-istrumenti finanzjari eżistenti.

Il-Kunsill, li jimxi permezz ta’ l-istess proċedura, għandu qabel il- 31 ta’ Diċembru 1993 jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni biex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma ta’ l-ambjent u ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta’ l-infrastruttura tat-trasport.

Mill- 1 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew u wara li jiġu konsultati il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni jekk, sa dik id-data, il-perspettiva finanzjarja pluriannwali applikabbli mill- 1 ta’ Jannar 2007 u l-Ftehim Interistituzzjonali relattivi ikunu ġew adottati. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-proċedura prevista f’dan il-paragrfu tibda tgħodd mid-data ta’ l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 162

Deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali għandha ssir mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida, u mal-Fond Soċjali Ewropew, l-Artikolu 37 u 148 rispettivament għandhom jibqgħu japplikaw.

TITOLU XVIII

L-IŻVILUPP FIR-RIĊERKA U T-TEKNOLOĠIJA

Artikolu 163

1. Il-Komunità għandha taħdem bil-għan li ssaħħaħ il-bażi xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ l-industrija tal-Komunità u tħeġġiha biex issir aktar kompetittiva fuq livell internazzjonali, waqt li tippromwovi l-attività ta’ riċerka meħtieġa bis-saħħa tal-Kapitoli l-oħra ta’ dan it-Trattat.

2. Għal dan l-iskop il-Komunità għandha tinkoraġġixxi, fil-Komunità kollha, lill-impriżi inklużi l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju, liċ-ċentri ta’ riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli; għandha wkoll tappoġġa l-isforzi tagħhom li jikkoperaw ma’ xulxin, u timmira fuq kollox li tagħti l-opportunità lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu ta’ suq intern, speċjalment bill-ftuħ ta’appalti pubbliċi nazzjonali jinfetħu u bid-definizzjoni ta’ standards komuni u bit-tneħħija ta' xkiel legali u fiskali għal dik il-kooperazzjoni.

3. L-attivitajiet kollha tal-Komunità skond dan it-Trattat fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, inklużi proġetti dimostrattivi, għandhom jiġu deċiżi u implimentati skond il-provvedimenti ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 164

Filwaqt li tfittex li tilħaq dawn il-miri, il-Komunità għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkumplimentaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:

a) l-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet;

b) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni komunitarji;

ċ) id-disseminazzjoni u l-valoriżżazzjoni tar-riżultati ta’ attivitajiet fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni komunitarji;

d) l-istmolu tat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi fl-Komunità.

Artikolu 165

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex jiżguraw li kull politika nazzjonali u dik tal-Komunità ikunu koerenti ma’ xulxin.

2. B’ħidma mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tieħu kull inizjattiva siewja biex tippromwovi l-kordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 166

1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta programm multi-annwali, li iservi ta' kwadru li fih jitqiegħdu l-attivitajiet kollha tal-Komunità.

Il-qafas tal-programm għandu:

- jistabbilixxi l-iskopijiet xjentifiċi u teknologiċi li jridu jintlaħqu permezz ta’ l-attivitajiet li hemm previsti fl-Artikolu 164 u jiddetermina l-prioritajiet rilevanti;

- jindika l-linji ġenerali ta’ dawk l-attivitajiet;

- jistabbilixxi l-ammont massimu totali u r-regoli dettaljati applikabbli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-programmta’ qafas, kif ukoll id-diversi ishma f’kull attività prevista.

2. Il- programm ta’ qafas għandu jiġi adattat jew supplimentat skond kif tinbidel is-sitwazzjoni.

3. Il- programm ta’ qafas għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi żviluppati f’kull attività. Kull programm speċifiku għandu jiddefinixxi r-regoli dettaljati biex dan jiġi implimentat, biex jiġi stabbilit kemm idum, kif ukoll biex jiġu provduti il-mezzi li jitqiesu meħtieġa. It-total ta’ l-ammonti li jitqiesu meħtieġa, stabbiliti fil-programmi speċifiċi, ma jistax jeċċedi l-ammont massimu totali stabbilit għall- programm ta’ qafas u għal kull attività.

4. Il-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, għandu jadotta l-programmi speċifiċi.

Artikolu 167

Sabiex jimplimenta il-programm ta’ qafas pluriannwali, il-Kunsill għandu:

- jiddetermina r-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni ta’impriżi, ċentri ta’ riċerka w universitajiet;

- jipprovdi regoli dwar id-disseminazzjoni tar-riżultati ta’ riċerka.

Artikolu 168

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’qafas pluriannali jistgħu jiġu deċiżi programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni biss ta’ ċerti Stati Membri, li jkunu jiffinanzjawhom soġġetti għall-parteċipazzjoni possibli mill-Kommunita.

Il-Kunsill għandu jadotta r-regoli applikabli għall-programmi supplimentari, partikolarment dwar it-tixrid ta’ konoxxenzi u aċċess minn Stati Membri oħra.

Artikolu 169

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ qafas pluriannali, il-Komunità tista’ bi ftehim mal-Istati Membri involuti, tipprovdi dwar parteċipazzjoni tagħha fi programmi ta’ riċerka w żvilupp mnedija minn diversi Stati Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istutturi maħluqa għall-esekuzzjoni ta’ dawn il-programmi.

Artikolu 170

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ qafas pluriannali, il-Komunità tista’ tipprovdi għall-kooperazzjoni ma' stati terzi jew organiżżazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, ta' l-iżvilupp teknoloġiku w tad-dimonstrazzjoni komunitarji.

L-arranġamenti dettaljati għal din il-kooperazzjoni jistgħu jkunu s-soġġetti ta' akkordji bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi involuti, li jkunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300.

Artikolu 171

Il-Komunità tista’ toħloq impriżi komuni jew kull struttura oħra neċessarja għall-esekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tar-riċerka ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimonstrażżjoni komunitarji.

Artikolu 172

Il-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 171.

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 167, 168 u 169. L-adozzjoni tal-programmi supplimentari teħtieġ il-ftehim ta' l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 173

Fil-bidu tal-kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ żvilupp teknoloġiku, u d-disseminazzjoni tar-riżultati matul is-sena ta’ qabel, u l-programm ta’ xogħol għas-sena kurrenti.

TITOLU XIX

L-AMBJENT

Artikolu 174

1. Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu dawn il-miri li ġejjin:

- Is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent;

- il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem;

- l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali;

- il-promozzjoni ta’ miżuri fuq livell internazzjonali li jittrattaw problemi ambjentali kemm reġjonali kif ukoll globali.

2. Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.

F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’armoniżżazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġiet ta’ protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawsola ta’ salvagwardja li tħalli l-Istati Membri li jieħdu miżuri proviżżorji għal raġunijiet ambjentali non-ekonomiċi, suġġett għall-proċedura ta’ ispezzjoni mill-Komunità.

3. Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, l-Komunità għandha tieħu in konsiderazzjoni:

- dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti;

- l-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Komunità;

- il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni;

- l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Komunità in ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha.

4. Fil-qafas ta' l-isferi ta' kompetenza rispettiva tagħhom tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjizi terzi u mal-organizazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni tal-Komunità jistgħu jkunu s-suġġett ta’ akkordju bejn il-Komunità u t-terzi involuti, li għandhom ikunu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300.

Is-subparagrafu preċedenti m’għanduxjippreġudika il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.

Artikolu 175

1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex tilħaq l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 174.

2. B’deroga għall-proċedura ta’ deċizjoni prevista fil-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 95, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta:

a) disposizzjonijiet essenzjalment ta’ natura fiskali;

b) miżuri li jaffettwaw:

- l-ippjanar ta' l-art;

- l-immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi ta’ l-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibbiltà ta’ dawn ir-riżorsi;

- l-użu ta’ l-art, bl-eċċezzjoni ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart

ċ) miżuri li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-għażla ta’ Stat Membru bejn fonti differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ l-enerġija.

Il-Kunsill jista’, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, jistabbilixxi dawk il-materji msemmija f’dan il-paragrafu li għalihom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bil-maġġoranza kwalifikata.

3. F'oqsma oħra, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta programmi ta' azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jintlaħqu.

Il-Kunsill li jaġixxi skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 skond il-każ, għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi.

4. Bla ħsara għall-ċerti mizuri ta’ natura komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika dwar l-ambjent.

5. Bla ħsara għall-prinċipju li min iniġġes jħallas, jekk miżura li tkun ibbażata fuq id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 tirrekjedi spejjeż li jitqiesu sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru, il-Kunsill għandu fl-att li bih jadotta dik il-miżura, jistabbilixxi disposizzjonijiet approprijati fl-għamla ta’:

- derogi temporanji u/jew

- appoġġ finanzjarju mill-Fond ta’ Koeżjoni stabbilit skond l-Artikolu 161.

Artikolu 176

Il-miżuri protettivi adottati skond l-Artikolu 175, m’għandhomx jimpedixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar iebsa. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan it-Trattat. Dawn għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni.

TITOLU XX

IL-KOOPERAZZJONI FL-IŻVILUPP

Artikolu 177

1. Il-politika komunitarja fil-qasam ta’ l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li għandha tkun tikkumplimenta kull politika li jkollhom l-Istati Membri, għandha tiffavorixxi:

- l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari ta' dawk li huma l-aktar svantaġġati;

- l-integrazzjoni b’mod armonjuż u gradwali tal-pajjizi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija tad-dinja;

- il-kampanja kontra l-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

2. Il-politika komunitarja, f’dan il-qasam għandha tagħti kontribut għall-fini ġenerali tal-iżvilupp u l- konsolidazzjoni tad-demokrazija ur-regola tal-liġi, u tar-rispett tad-drittijiet umani u l-libertajiet fondamentali.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jonoraw l-impenji tagħhom u jieħdu in konsiderazzjoni l-miri li jkunu approvaw fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra kompetenti.

Artikolu 178

Il-Komunità għandha tqis il-miri imsemmija fl-Artikolu 177 f’kull politika li timplimenta u li tista' taffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Artikolu 179

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjinijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex imexxi 'l quddiem l-objettivi msemmija fl-Artikolu 177. Miżuri bħal dawn jistgħu jieħdu l-forma ta’ programmi multi-annwali.

2. Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jikkontribwixxi, skond kif provdut fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jaffettwaw il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku fil-qafas tal-Konvenzjoni AKP-KEE.

Artikolu 180

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-linji ta' politika tagħhom dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-programmi tagħhom ta’ għajnuna, ukoll fl-organiżżazzjonijiet internazzjonali u f'konferenzi internazzjonali. Huma jistgħu jieħdu azzjoni konġunta. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ għajnuna komunitarji.

2. Il-Kummissjoni tista’ tieħu kull inizjattiva utli biex tippromwovi l-koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 181

Fl-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi u ma’ l-organiżżazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti għall-kooperazzjoni komunitarja jistgħu jkunu s-suġġett ta’ akkordji li għandhom jiġu negozjati u jsiru skond l-Artikolu 300 bejn il-Komunità u terzi involuti.

Il-paragragrafu preċedenti għandu jkun bla ħsara għall-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jinnegozjaw f’entitajiet internazzjonali u jikkonkludu ftehim internazzjonali.

TITOLU XXI

KOOPERAZZJONI EKONOMIKA, FINANZJARJA U TEKNIKA MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 181a

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, u b’mod partikulari għal dawk tat-Titolu XX, il-Komunità għandha twettaq, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu komplimentari ma’ dawk imwettqa minn Stati Membri u koerenti mal-politika ta’ l-izvilupp tal-Komunità.

Il-politika tal-Komunità f’dan il-qasam għandha tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u konsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u għall-fini li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali.

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu dwar il-ftehim ta’ assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 310 u dwar il-ftehim li għandhom jiġu konklużima’ l-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni.

3. Fil-kwadru tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Komunità jistgħu jkunu l-oġġett ta’ ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi involuti, u dawn għandhom jiġu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300.

L-ewwel subparagrafu ma jippregudikax il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jinnegozjaw f’sedi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.

IR-RABA' PARTI

L-ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

Artikolu 182

L-Istati Membri jaqblu li jassoċjaw mal-Komunità dawk il-pajjiżi u t-territorji mhux Ewropej u li għandhom relazzjonijiet speċjali mad-Danimarka, Franza, l-Olanda u r-Renju Unit. Dawn il-pajjiżi u territorji (hawn aktar ’l isfel imsejħa bħala "il-pajjizi u t-territorji") huma elenkati fl-Anness II ta’ dan it-Trattat.

L-iskop ta’ din l-assoċjazzjoni huwa li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji, u li tistabbilixxi relazzjonijiet ekonomiċi viċini bejnhom u l-Komunità kollha.

B’mod konformi mal-prinċipji enunzjati fil-Preambolu ta’ dan it-Trattat, din l-assoċjazzjoni għandha, fl-ewwel lok, tippermetti it-titjib ta' l-interessi u tal-prosperità ta' l-abitanti ta' dawn il-pajjizi u territorji sabiex twassalhom għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali li jistennew.

Artikolu 183

L-għanijiet ta’ l-assoċjazzjoni huma s-segwenti:

1. Fil-kummerċ tagħhom mal-pajjiżi u t-territorji, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet li jagħtu lil xulxin permezz ta’ dan it-Trattat.

2. Kull pajjiż jew territorju għandu japplika għall-kummerċ tiegħu ma’ l-Istati Membri u mal-pajjiżi jew territorji oħra l-istess kondizzjonijiet li japplika ma’ l-istat Ewropew li miegħu għandu relazzjonijiet speċjali.

3. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-investimenti meħtieġa għall-iżvilupp progressiv ta’ dawn il-pajjiżi u t-territorji.

4. Fir-rigward ta’ investimenti iffinanzjati mill-Komunità, il-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti u provvisti tkun miftuħa, b’mod indaqs, għall-persuni naturali u ġuridiċi kollha, ċittadini ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi u t-territorji.

5. Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji, id-dritt ta' l-istabbiliment taċ- ċittadini u kumpanniji għandu jiġi regolat skond id-disposizzjonijiet, u bl-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-Kapitolu li jittratta d-dritt ta' l-istabbiliment, u fuq bażi mhux diskriminatorja, bla ħsara għall-miżuri speċjali meħuda taħt l-Artikolu 187.

Artikolu 184

1. Id-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet fl-Istati Membri ta' merkanzija li toriġina mill-pajjiżi u t-territorji għandhom jiġu projbiti f' konformita ma' l-projbizzjoni tad-dazji tad-dwana bejn l-istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat..

2. Dazji tad-dwana fuq il-merkanzija importata mill-Istati Membri u minn pajjiżi u territorji oħra mad-dħul f’xi wieħed mill-pajjiżi jew territorji għandhom jiġu projbiti skond id-dispozizzjonijiet ta’ l-Artikoli 25.

3. Madankollu, il-pajjiżi u t-territorji jistgħu jiġbru dazji tad-dwana sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-iżvilupp u l-ħtiġiet ta’ l-industrijalizzazzjoni tagħhom, jew il-merkanzija mportata ta’ xorta fiskali li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-finanzi tagħhom.

Id-dazji tad-dwana msemmija fis-subparagrafu ta’ qabel għandhom, ma jistgħux jeċċedu il-livell ta’ dawk imposti fuq l-importazzjoni ta’ prodotti ġejjin mill-Istat Membru li miegħu kull pajjiż jew territoru jkollu relazzjonijiet speċjali. Il-perċentwali u t-tempestività tat-tnaqqis previsti f’dan it-Trattat għandhom japplikaw għad-differenza bejn it-taxxa imposta fuq id-dħul fil-pajjiż jew it-territorju fuq prodott li jkun ġej mill-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-pajjiż jew mat-territorju konċernat u t-taxxa imposta fuq l-istess prodott li ġej mill-Komunità.

4. Il-paragrafu 2 ma japplikax għall-pajjizi u t-territorji li, minħabba l-obbligi internazzjonali partikolari li jorbtuhom, ikunu qegħdin diġà japplikaw tariffa doganali mhux diskriminatorja.

5. L-introduzzjoni jew l-emenda ta’ dazji imposti fuq merkanzija mportata fil-pajjizi u t-territorji ma għandhomx, de jure jew de facto, iwasslu għal diskriminazzjoni diretta jew indiretta bejn merkanzija importata li ġejja mid-diversi Stati Membri.

Artikolu 185

Jekk il-livell tad-dazji applikabbli fuq merkanzija li tkun ġejja minn pajjiż terz, mad-dħul f' pajjiż jew territorju, aktarx li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 184 (1), l-ewwel paragrafu, iġib devjazzjoni tal-kummerċ b'detriment ta' xi Stat Membru, dan ta' l-aħħar jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi lil Stati Membri oħra biex jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

Artikolu 186 (ex Artikolu 135)

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet fuq is-saħħa pubblika, is-sigurta' pubblika u l-ordni pubbliku, il-moviment liberu ta’ ħaddiema mill-pajjiżi u t-territorji fi Stati Membri, u tal-ħaddiema mill-Istati Membri fil-pajjiżi u t-territorji, għandu jiġi regolat b' konvenzjonijiet sussegwenti li jkunu jeħtieġu l-unanimità ta' l-Istati Membri.

Artikolu 187 (ex Artikolu 136)

Il-Kunsill, b' mod unanimu, għandu, abbażi ta' l-esperjenza akkwistata taħt l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji mal-Komunità u tal-prinċipji mniżżla f' dan it-Trattat, jistabbilixxi disposizzjonijiet dwar ir-regoli dettaljati u l-proċedura għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji mal-Komunità.

Artikolu 188 (ex Artikolu 136a)

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 182 sa 187 għandhom japplikaw għall-Groenlandja, suġġetti għad-disposizzjonijiet speċifiċi għall-Groenlandja mniżżla fil-Protokoll dwar l-arranġamenti speċjali għall-Groenlandja, annessi ma dan it-Trattat.

IL-HAMES PARTI

ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITA'

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET

KAPITOLU 1

L-ISTITUZZJONIJIET

SEZZJONI 1

IL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 189

Il-Parlament Ewropew, li għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-popli ta’l-Istati miġbura flimkien fil-Komunità, għandu jeżerċita dawk il-poteri lilu attribwiti b’dan it-Trattat.

In-numru tal-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandux jeċċedi s-732.

Artikolu 190 [3]

1. Ir-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew, tal-popli tal-Istati mlaqqgħin flimkien fil-Komunità għandhom ikunu eletti b’vot universali dirett.

2. In-numru ta' rappreżentanti eletti minn kull Stat Membru għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju | 24 |

Ir-Repubblika Ċeka | 24 |

Id-Danimarka | 14 |

Il-Ġermanja | 99 |

L-Estonja | 6 |

Il-Greċja | 24 |

Spanja | 54 |

Franza | 78 |

L-Irlanda | 13 |

L-Italja | 78 |

Ċipru | 6 |

Il-Latvja | 9 |

Il-Litwanja | 13 |

Il-Lussemburgu | 6 |

L-Ungerija | 24 |

Malta | 5 |

L-Olanda | 27 |

L-Awstrija | 18 |

Il-Polonja | 54 |

Il-Portugall | 24 |

Is-Slovenja | 7 |

Is-Slovakkja | 14 |

Il-Finlandja | 14 |

L-Isvezja | 19 |

Ir-Renju Unit | 78 |

Fil-każ ta' emendi għal dan il-paragrafu, in-numru ta’ rappreżentanti eletti f’kull Stat Membru għandu jassigura rappreżentanza xierqa tal-popli ta' l-Istati miġburin flimkien fil-Komunità.

3. Ir-Rappreżentanti għandhom jiġu eletti għal terminu ta’ ħames snin.

4. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta għal elezzjonijiet b’vot dirett universali skond il-poċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skond il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.

Il-Kunsill għandu, b’vot unanimu, wara li jkollu l-kunsens tal-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri li jikkomponuh, jistipula d-disposizzjonijiet adatti, li huwa għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiġu addottati skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom

5. Il-Parlament Ewropew, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta’ qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill.

Artikolu 191

Il-partiti politiċi fuq livell Ewropew huma importanti bħala fattur ta’ integrazzjoni fl-Unjoni. Dawn jgħinu biex tinħoloq kuxjenza Ewropea u biex jesprimu r-rieda politika taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jagħmel ir-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom.

Artikolu 192

Fil-mod kif provdut f’dan it-Trattat, il-Parlament Ewropew għandu jipparteċipa fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni ta’atti komunitarji billi jeżerċita l-poteri li jkollu taħt il-proċeduri indikati fl-Artikoli 251 u 252 u billi jagħti l-kunsens tiegħu jew opinjonijiet konsultattivi.

Il-Parlament Ewropew jista’, b’maġġoranza tal-membri tiegħu, jitlob lill-Kummissjoni tissottemetti proposti adegwati fuq dawk il-kwistjonijiet li dwarhom ikun iqis li hu neċessarju li jsir att komunitarju biex jiġi mplimentat dan it-Trattat.

Artikolu 193

Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-Parlament Ewropew jista’, fuq talba ta’ kwart tal-membri tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija minn dan it-Trattat, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Komunità ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu soġġett għall-proċeduri legali.

Il-Kumitat ta' Inkjesta temporanju għandu jiġi xolt meta jissottometti ir-rapport tiegħu.

Id-disposizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 194

Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew legali li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu jkollhom d-dritt li tippreżenta petizzjoni, individwalment jew flimkien ma’ ċittadini jew persuni oħra, lill-Parlament Ewropew dwar kull suġġett li jaqa’ fl-isfera ta’ attività tal-Komunità u li tkun tolqothom direttament.

Artikolu 195

1. Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar Ombudsman bis-setgħa li jilqa’ l-ilmenti ta’ kull ċittadin ta’ l-Unjoni jew ta' kull persuna, kemm fiżika kif ukoll legali li toqgħod jew ikollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, li jinvolvu każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim' Istanza fil-kompetenza ġudizzjarja tagħhom.

Konformi mal-missjoni tiegħu, l-Ombudsman għandu jagħmel stħarriġ li jaħseb li jkun ġustifikat, sew fuq inizjattiva tiegħu stess sew abbażi ta' ilmenti li jaslu direttament għandu jew permezz ta’ xi membru tal-Parlament Ewropew, ħlief meta l-fatti allegati mressqa jkunu jew kienu soġġetti għal proċeduri legali. Meta l-Ombudsman jistabbilixxi każ ta’ amministrazzjoni ħażina, għandu jirreferi l-każ lill-istituzzjoni interessata, li għandu jkollha perjodu ta’ tlett xhur biex tinfurmah bir-raġunijiet tagħha. L-Ombudsman għandu imbagħad iressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjoni interessata. Il-persuna li tkun ressqet l-ilment, għandha tiġi infurmata bir-riżultat ta’ dak l-istħarriġ.

L-Ombudsman għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew fuq l-eżitu ta’ kull stħarriġ li jagħmel.

2. L-Ombudsman għandu jinħatar wara kull elezzjoni tal-Parlament Ewropew għat-tul tal-leġislatura tiegħu. L-Ombudsman jista’ jerga’ jinħatar.

L-Ombudsman jista’ jitneħħa mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq talba tal-Parlament Ewropew jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew jekk ikun ħati ta’ mġieba ħażina serja.

3. L-Ombudsman għandu jkun indipendenti għal kollox fil-qadi ta’ dmirijietu. Fil-qadi ta’ dawk id-dmirijiet, huwa m’għandu la jitlob u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd. L-Ombudsman ma jistax, sakemm idum fil-kariga, jinvolvi ruħu f’attivita professjonali oħra, kemm jekk bi qligħ kif ukoll mingħajr.

4. Il-Parlament Ewropew, wara li jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu jistabbilixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dmirijiet ta’ l-Ombudsman.

Artikolu 196

Il-Parlament Ewropew għandu jżomm sessjoni annwali. Għandu jiltaqa’ awtomatikament fit-tielet nhar ta’ Tlieta ta’ Ottubru.

Fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tagħha, jew fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jiltaqa’ f’sessjoni straordinarja.

Artikolu 197

Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar il-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

Il-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jattendu għal-laqgħat kollha u għandhom, fuq talba tagħhom stess, jinstemgħu f’isem il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub il-mistoqsijiet magħmulha lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-membri tiegħu.

Il-Kunsill għandu jinstama’ mill-Parlament Ewropew skond il-kondizzjonijiet stipulati mill-Kunsill fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 198

Ħlief fejn provdut xort’oħra f’dan it-Trattat, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza assoluta tal-voti espressi.

In-numru għal quorum għandu jiġi stipulat fir-regoli ta' proċedura.

Artikolu 199

Il-Parlament Ewropew għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tagħha b’vot tal-maġġoranza tal-membri tiegħu.

L-atti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu pubblikati skond id-disposizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura.

Artikolu 200

Il-Parlament Ewropew għandu jiddiskuti f' seduta pubblika ir-rapport ġenerali annwali ppreżentat lilu mill-Kummissjoni.

Artikolu 201

Jekk mozzjoni ta’ ċensura fuq l-operat tal-Kummissjoni tiġi ppreżentata fil-Parlament Ewropew, il-vot dwarha jista' jittieħed biss wara terminu ta' mhux anqas minn tlett ijiem mill-preżentata tal-mozzjoni u biss b’vot miftuħ.

Jekk il-mozzjoni ta’ ċensura tiġi adottata b' maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrapreżentaw maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw bħala korp mill-kariga tagħhom. Huma għandhom jibqgħu iwettqu ix-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 214. F’dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni magħżula biex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.

SEZZJONI 2

IL-KUNSILL

Artikolu 202

Sabiex jiġi assigurat li jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan it-Trattat, u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fih, il-Kunsill għandu

- jkun responsabbli biex jikkoordina il-politika ekonomika ġenerali ta’ l-Istati Membri,

- jkollu s-setgħa ta’ deċizjoni.

- jagħti lill-Kummissjoni, fl-atti li jadotta l-Kunsill, il-poteri għall-implimentazzjoni tar-regoli li l-Kunsill jippreskrivi. Il-Kunsill jista' jimponi ċerti rekwiżiti fl-eżerċizzju ta' dawn il-poteri. Il-Kunsill jista' wkoll jirriserva d-dritt, f'każi speċifiċi, li jeżerċita huwa nnifsu direttament il-poteri ta' implimentazzjoni. Il-proċedura msemmija hawn fuq għandha tkun taqbel mal-priċipji u mar-regoli li jkunu preskritti minn qabel mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikseb l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew

Artikolu 203

Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta’kull Stat Membru fil-livell ministerjali u abilitat li jorbot lill-gvern tiegħu minn kull Stat Membru.

L-uffiċċju ta’ President għandu jittieħed skond it-turn minn kull Stat Membru fil-Kunsill għal terminu ta’ sitt xhur fl-orni deċiż mill-Kunsill b’vot unanimu.

Artikolu 204

Il-Kunsill għandu jiltaqa’ meta jiġi msejjaħ mill-President tiegħu fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni.

Artikolu 205 [4]

1. Ħlief fejn provdut xort’oħra f’dan it-Trattat, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu bil-maġġoranza tal-membri tiegħu.

2. Meta l-Kunsill ikun jeħtieġlu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif ġej:

Il-Belġju | 12 |

Ir-Repubblika Ċeka | 12 |

Id-Danimarka | 7 |

Il-Ġermanja | 29 |

L-Estonja | 4 |

Il-Greċja | 12 |

Spanja | 27 |

Franza | 29 |

L-Irlanda | 7 |

L-Italja | 29 |

Ċipru | 4 |

Il-Latvja | 4 |

Il-Litwanja | 7 |

Il-Lussemburgu | 4 |

L-Ungerija | 12 |

Malta | 3 |

L-Olanda | 13 |

L-Awstrija | 10 |

Il-Polonja | 27 |

Il-Portugall | 12 |

Is-Slovenja | 4 |

Is-Slovakkja | 7 |

Il-Finlandja | 7 |

L-Isvezja | 10 |

Ir-Renju Unit | 29 |

Sabiex jiġu adottati, l-atti tal-Kunsill jeħtieġu maġġoranza ta' mill-anqas 232 vot favur espress minn maġġoranza tal-membri fejn dan it-Trattat jeħtieġ li jiġu adottati abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

Fil-każijiet l-oħra, sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill jeħtieġu mill-anqas 232 vot favur, espress mill-anqas minn żewġ-terzi tal-membri.

3. L-astensjonijiet minn membri sew jekk presenti personalment sew jekk rappreżentati ma għandhomx jimpedixxu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill li jeħtieġu unanimità.

4. Fejn deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ntlaħqitx, id-deċiżjoni msemmija ma għandhiex tiġi adottata.

Artikolu 206

Meta jittieħed vot, kull membru tal-Kunsill jista’ jaġixxi bħala prokuratur għal mhux iżjed minn membru wieħed ieħor.

Artikolu 207

1. Kumitat kompost mir-Rappreżentanti Permanenti ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tax-xogħol tal-Kunsill u biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu mill-Kunsill. Il-Kumitat jista' jadotta deċiżjonijiet ta' proċedura fil-każijiet previsti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

2. Il-Kunsill jiġi assistit minn Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà ta’ Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni, li jkun assistit minn Deputat Segretarju Ġenerali li jkun responsabbli mit-tmexxija tas-Segretarjat Ġenerali. Is-Segretarju Ġenerali u d-Deputat Segretarju Ġenerali jinħatru mill-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Il-Kunsill jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali.

3. Il-Kunsill għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 255(3), il-Kunsill għandu jelabora f’dawn ir-Regoli l-kondizzjonijiet li bihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill. Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jiddefenixxi l-każijiet li fihom għandu jitqies li jkun jaġixxi fil-kapaċità leġislattiva tiegħu, bil-ħsieb li jħalli aċċess akbar għad-dokumenti f’dawk il-każijioet, waqt li fl-istess ħin jippreserva l-effettività tiegħu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. F’kull każ, meta l-Kunsill jaġixxi fil-kapaċita leġislattiva tiegħu, ir-riżultati tal-voti u l-ispjegazzjoni tal-voti kif ukoll l-istqarrijiet fil-minuti għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 208

Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istudji kollha li l-Kunsill jikkunsidra mixtieqa bl-iskop li jinkisbu l-għanjiet komuni, u biex jissottometti quddiemha kull proposta xierqa

Artikolu 209

Wara li jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jippreskrivi r-regoli li jirregolaw il-Kumitati previsti f’dan it-Trattat.

Artikolu 210

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jiffissa s-salarji, l-indennizzi u l-pensjonijiet tal-President u tal-membri tal-Kummissjoni, u tal-President, ta’ l-Imħallfin, ta’ l-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Membri u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza. Jiffissa wkoll, u anki hawn b’maġġoranza kwalifikata, kull ħlas li għandu jsir minflok remunerazzjoni.

SEZZJONI 3:

IL-KUMMISSJONI

Artikolu 211

Bil-għan li tassigura l-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha

- tissorvelja l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità bis-saħħa tagħhom,

- tifformula rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet trattati f’dan it-Trattat, f’każijiet fejn dan huwa preskritt espliċitament jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġ;

- ikollha kompetenza indipendenti ta’ deċiżjoni, u tieħu parti fil-preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, skond il-kondizzjonijiet imniżżla f’dan it-Trattat;

- teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mill-Kunsill bil-għan li tesegwixxi r-regoli preskritti minn dan tal-aħħar.

Artikolu 212

Il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena, mhux aktar tard minn xahar qabel il-ftuħ tas-sessjoni tal-Parlament Ewropew, rapport ġenerali fuq l-attivitajiet tal-Komunità.

Artikolu 213 [5]

1. Il-Membri tal-Kummissjoni jintgħażlu fuq bażi tal-kapaċità ġenerali tagħhom u ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom.

Il-Kummissjoni tinkludi ċittadin ta' kull Stat Membru.

In-numru tal-Membri tal-Kummissjoni jista’ jinbidel mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità..

2. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Komunità.

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew minn ebda korp ieħor. Huma m’għandhomx jieħdu azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom. Kull Stat Membru jintrabat li jirrispetta dan il-prinċipju u ma jippruvax jinfluwenza l-membri tal-Kummissjoni fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi jew bla qligħ. Meta jidħlu fil-kariga tagħhom, huma jridu jorbtu rwieħhom b’mod solenni li, kemm waqt il-kariga, kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, huma jirrispettaw l-obligazzjonijiet li joħorġu minnha b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jġibu rwieħhom b’integrità, u jeżerċitaw diskrezzjoni meta jaċċettaw, wara li jtemmu l-kariga tagħhom, ċerti ħatriet jew benefiċċji. F’każ ta’ xi ksur ta' dawn l-obligazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq l-applikazzjoni tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-membru involut ikun imġiegħel, jew jirtira bilfors skond l-Artikolu 216 jew jitlef id-dritt tiegħu għall-penzjoni jew xi benefiċċju minflokha, skond iċ-ċirkostanzi.

Artikolu 214

1. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jinħatru, skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, għal perjodu ta’ ħames snin, bla ħsara, jekk ikun il-każ, għall-Artikolu 201.

Il-kariga tagħhom tista’ tiġġedded.

2. Il-Kunsill, imlaqqa’ fil-livell ta’ kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, b’maġġoranza kwalifikata, għandu jinnomina l-persuna li jkun fi ħsiebu jaħtar bħala President tal-Kummissjoni; din in-nomina għandha tiġi approvata mill-Parlament Ewropew

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u bi qbil mal-persuna nominata għal President għandu jadotta l-lista tal-persuni l-oħra li jkun bi ħsiebu jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni, magħmula skond il-proposti li jkunu saru minn kull Stat Membru.

Il-President u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni hekk nominati jkunu suġġetti kollettivament għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-President u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 215

Barra minn b’tiġdid regolari, jew bil-mewt, il-funzjonijiet ta’ Membru tal-Kummissjoni jintemmu individwalment meta dan jirriżenja minn jeddu jew għax imġiegħel.

Il-Membru li jkun irriżenja jew li jkun miet, jiġi, għall-bqija taż-żmien tal-kariga tiegħu sostitwit b’Membru ġdid maħtur mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi b’unanimità, jiddeċidi li dak il-post battal ma jkollux għalfejn jimtela'.

F’każ ta’ riżenja, voluntarja jew imġiegħla, jew f’każ ta’ mewt tal-President, huwa għandu jiġi sostitwit għall-bqija taż-żmien tal-kariga tiegħu. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 214(2) għandha applikabbli għas-sostituzzjoni tal-President.

Barra minn fil-każ ta’ riżenja mġiegħla skond l-Artikolu 216, il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jibqgħu fil-kariga sakem jiġu sostitwiti jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi li l-post battal ma jkunx hemmx għalfejn jimtela, kif provdut fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 216

Jekk xi membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew ikun ħati ta’ mġiba ħażina serjament, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, ġġiegħlu jirtira ta' bilfors.

Artikolu 217

1. Il-Kummissjoni għandha taħdem taħt id-direzzjoni politika tal-President tagħha, li għandu jiddeċidi dwar l-organizzazzjoni interna tagħha biex jiżgura l-koerenza, l-effiċjenza, u l-kolleġġjalità.

2. Ir-reponsabbiltajiet li terfa’ l-Kummissjoni għandhom jiġu strutturati u mqassma bejn il-Membri tagħha mill-President. Il-President jista’ jqalleb l-allokazzjoni ta’ dawk ir-responsabbiltajiet matul iż-żmien li l-Kummissjoni tkun fil-kariga. Il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom mill-President taħt l-awtorità tiegħu.

3. Wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kulleġġ, il-President jaħtar Viċi-Presidenti minn fost il-Membri tiegħu.

4. Membru tal-Kummissjoni għandu jirriżenja jekk il-President, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kulleġġ jitolbu jagħmel hekk.

Artikolu 218

1. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jistabbilixxu b’kunsens il-mod ta’ kooperazzjoni bejniethom.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha biex tiżgura li kemm hi u kemm id-dipartiment tagħha joperaw skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat. Għandha tiżgura li dawn ir-regoli jiġu ppubblikati.

Artikolu 219

Il-Kummissjoni għandha taġixxi b’maġġoranza ta' l-għadd tal-membri skond l-Artikolu 213.

Laqgħa tal-Kummissjoni għandha tkun biss valida jekk ikun preżenti in-numru ta’ membri indikat fir-regoli ta' proċedura tagħha.

SEZZJONI 4

IL-QORTI TAL-GUSTIZZJA

Artikolu 220

Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim' Istanza, kull waħda fil-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jiżguraw li jiġi osservat id-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.

Barra minn hekk, mat-Tribunal tal-Prim' Istanza jistgħu jiġu annessi taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 225a awli ġurisdizzjonali biex f’ċerta oqsma speċifiċi, jeżerċitaw kompetenzi ġurisdizzjonali previsti f’dan it-Trattat.

Artikolu 221

Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun komposta minn Imħallef wieħed għal kull Stat Membru.

Il-Qorti tal-Ġustizzja iżżomm is-seduti tagħha f’awli jew f' Awla Manja, skond ir-regoli stabbiliti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta jkun hekk provdut fl-Istatut, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiltaqa’ wkoll f’seduta plenarja.

Artikolu 222

Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun assistita minn tmien Avukati Ġenerali. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hekk titlob, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’unanimità, jista jżid in-numru ta’ l-Avukati Ġenerali.

L-Avukat Generali għandu d-dmir li pubblikament bl-ikbar imparzjalita u b’ indipendenza sħiha jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li skond l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jeħtieġu l-intervent tiegħu.

Artikolu 223

L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu magħżula minn fost persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa biex fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet ġudizzjarji, jew li huma ġurikonsulti ta’ kompetenza magħrufa, jiġu maħturin bi qbil komuni għal sitt snin mill-gvernijiet ta l-Istati Membri.

Kull tliet snin jiġi magħmul tibdil parzjali ta’ l-Imħallfin u ta’ l-Avukati Ġenerali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

L-Imħallfin jaħtru minn fosthom il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għal tliet snin. Jista’ jarġa’ jinħatar.

L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li jirtiraw jistgħu jerġgħu jinħatru.

Il-Qorti tal-Ġustizzja taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tagħha. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 224

Il-Qorti ta' Prim' Istanza hija komposta minn għall-inqas imħallef wieħed għal kull Stat Memebru. In-numru ta’ l-Imħallfin jiġi stabbilit mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-Istatut jista’ jipprovdi li l-Qorti ta' Prim' Istanza tkun assistita minn Avukati Ġenerali.

Il-membri tal-Qorti ta' Prim' Istanza jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kapaċità li jeżerċitaw funzjonijiet għolja fil-ġudikatura. Dawn jiġu maħtura bi qbil komuni mill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għal sitt snin. Il-kompożizzjoni tal-Qorti tiġġedded parżjalment kull tliet snin. Il-membri li jirtiraw ikunu eliġibbli biex jerġgħu jinħatru.

L-Imħallfin jaħtru l-President tal-Qorti ta' Prim' Istanza minn fosthom għal perjodu ta’ tliet snin. Dan jista’ jarġa’ jinħatar.

Il-Qorti ta' Prim' Istanza taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu.

Il-Qorti ta' Prim' Istanza għandha tistabbilixxi r-regoli tal-Proċedura tagħha bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Sakemm l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprovdix mod ieħor, id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-Qorti ta' Prim' Istanza.

Artikolu 225

1. Il-Qorti ta' Prim' Istanza hija kompetenti biex tieħu konjizzjoni fl-ewwel istanza tar-rikorsi msemmija fl-Artikoli 230, 232, 235, 236 u 238, bl-eċċezzjoni ta’ dawk assenjati lil xi awla ġurisdizzjonali u ta’ dawk li l-Istatut jirriserva għall-Qorti tal-Ġustizzja. L-Istatut jista’ jipprovdi li Qorti ta’ Prim' Istanza tkun kompetenti għal kategoriji oħra ta’ rikorsi.

Id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti ta’ Prim' Istanza skond dan il-paragrafu jistgħu ikunu suġġetti għall-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja limitatament għal punti ta’ dritt, skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti previsti fl-Istatut.

2. Il-Qorti ta' Prim' Istanza hija kompetenti tieħu konjizzjoni ta’ rikorsi magħmula kontra d-deċiżjonijiet ta’ l-awli ġurisdizzjonali stabbiliti bl-Artikolu 225a.

Id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti ta' Prim' Istanza skond dan il-paragrafu jistgħu eċċezzjonalment ikunu suġġetti għal eżami mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti mill-Istatut, fejn ikun hemm periklu serju li l-unità jew il-koerenza tal-liġi tal-Komunità tiġi mittiefsa.

3. Il-Qorti ta' Prim' Istanza hija kompetenti biex tieħu konjizzjoni tal-kwistjonijiet imressqa għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234, f’oqsma speċifiċi stabbiliti fl-Istatut.

Meta l-Qorti ta’ Prim' Istanza ikun jidhrilha li l-kawża teħtieg deċiżjoni li tista’ tikkomprometti l-unità jew il-koerenza tal-liġi tal-Komunità, tista’ tibgħat il-kawza għal deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza dwar kwistjonijiet imressqa għal deċiżjoni preliminari jistgħu eċċezzjonalment ikunu suġġetti għal eżami mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti fl-Istatut, fejn hemm periklu serju għall-unita jew għall-koerenza tal-liġi tal-Komunità.

Artikolu 225A

Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament dwar proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja, jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jista’ joħloq awli ġurisdizzjonali biex jieħdu konjizzjoni fil-Prim' istanza ta’ xi kategoriji ta’ rikorsi magħmula dwar oqsma speċifiċi.

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi awla ġurisdizzjonali tistabbilixxi r-regoli dwar il-kompożizzjoni ta’ l-awla u safejn għandha tasal il-kompetenza tagħha.

Id-deċiżjonijiet ta' l-awli ġurisdizzjonali jistgħu jkunu suġġetti għall-appell fuq punti ta’ dritt biss, jew meta jkun hekk provdut fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-awla ukoll fuq kwistjonijiet ta’ fatt, quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza.

Il-membri ta’ l-awli ġurisdizzjonali jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kapaċità meħtieġa biex jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji. Jiġu maħtura mill-Kunsill waqt li jaġixxi unanimament.

L-awli ġurisdizzjonali jistabbilixxu r-Regoli ta’ Proċedura tagħhom bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Sakemm id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-awla ġurisdizzjonali ma tipprovdix mod ieħor, id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja u d-disposizzjonijiet ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-awli ġurisdizzjonali.

Artikolu 226

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 227

Kull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Qabel Stat Membru jibda, kontra Stat Membru ieħor, proċeduri dwar l-allegata vjolazzjoni allegata ta’ l-obbligi li jinkombu lil dak l-Istat Membru l-ieħor bis-saħħa ta’ dan it-Trattat, għandu jġib il-materja quddiem il-Kummissjoni.

Il-Kummisjoni għandha toħroġ opinjoni motivita wara li l-Istati interessati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet u r-risposti għal dawn, kemm verbalment kemm bil-kitba.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx ħarġet din l-opinjoni fi żmien tlett xhur mid-data tat-talbiet, l-assenza tad-dikjarazzjoni tagħha ma timpedix milli l-materja tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 228

1. Jekk lill-Qorti tal-Ġustizzja issib li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan it-Trattat, l-Istat ikun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru involut ma jkunx ħa dawn il-miżuri hija, għandha, wara li tagħti l-opportunità lill-Istat biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, tagħti opinjoni motivata fejn tispeċifika l-punti li dwarhom l-Istat Membru involut ma jkunx ikkonforma ruħu mal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Jekk l-Istat Membru involut jonqos milli jieħu l-passi neċessarji biex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti fiż-żmien indikat mill-Kummissjoni, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Meta tagħmel hekk, għandha tindika is-somma ta’ ħlas f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penalitàli tikkonsidra illi l-Istat Membru involut għandu jħallas skond iċ-ċirkostanzi.

Jekk lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżultalha li l-Istat Membru involut ma jkunx mexa skond is-sentenza tagħha, din tista' timponi fuqu l-ħlas ta’ somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta’ penalità.

Din il-proċedura ma tippreġudikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 227.

Artikolu 229

Ir-Regolamenti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien, u mill-Kunsill, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, jistgħu jagħtu kompetenza assoluta lill-Qorti tal-Ġustizzja rigward is-sanzjonijiet li jkunu previsti f'dawn ir-regolamenti.

Artikolu 229A

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan Trattat, il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament, fuq proposta tal-Kumissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jadotta disposizzjonijiet li bihom jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-miżura li huwa stess jistabbilixxi, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar tilwim konness ma’ l-applikazzjoni ta’ l-atti adottati taħt dan it-Trattat li joħolqu drittijiet Komunitarji ta’ proprjetà industrijali. Il-Kunsill għandu jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ dawn id-disposizzjonijiet mill-Istati Membri skond ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Artikolu 230

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina l-legalità ta’ l-atti adottati flimkien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ta’ l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-BĊE, minbarra ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, u ta’ atti tal-Parlament Ewropew maħsuba li joħolqu effetti legali għar-rigward ta' terzi.

Għal dan il-għan, il-Qorti hija kompetenti biex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta' kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur ta' dan it-Trattat jew ta' xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew inkella dwar l-iżvijar tal-poter.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti taħt l-istess kondizzjonijiet biex tiddeċiedi rikorsi mill-Qorti ta' l-Awdituri u mill-BĊE bil-għan li jipproteġu l-prerogattivi tagħhom.

Kull persuna fisika jew legali tista’, taħt l-istess kundizzjonijiet, tippresenta rikors kontra deċiżjoni indirizzata lejn dik il-persuna jew kontra deċiżjoni li għalkemm, fil-forma ta’ regolament jew deċiżjoni indirizzata lil xi persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinbdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-miżura, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrent, jew, fin-nuqqas ta' dan, mill-ġurnata minn meta ir-rikorrent ikun sar jaf bih, skond il-każ.

Artikolu 231

Jekk l-azzjoni tkun fondata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara d-deċiżjoni in kwistjoni bħala nulla.

Madankollu, fil-każ ta’ regolamenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk tikkunsidrah meħtieġ, tiddikjara liema mill-effetti tar-regolamenti annullati għandhom jitqiesu li jibqgħu fis-seħħ.

Artikolu 232

Jekk il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, bi ksur ta’ dan it-Trattat, ma jieħdux azzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità jistgħu jiftħu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex dan il-ksur jiġi ikkonstatat.

Ir-rikors ikun ammissibli biss jekk l-istituzzjoni involuta tkun l-ewwel ġiet imsejħa biex tieħu azzjoni. Jekk fi zmien xahrejn minn meta tkun ġiet hekk imsejħa, l-istituzzjoni involuta ma tkunx spjegat il-posizzjoni tagħha, ir-rikors jista' jinġieb f'terminu ġdid ta' xahrejn.

Kull persuna fiżika jew legali tista’, taħt il-kundizzjonijiet indikati fil-paragrafi ta’ hawn fuq, tilmenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li xi istituzzjoni tal-Komunità tkun naqset milli tagħmel xi att fir-rigward ta' dik il-persuna barra minn rakkomandazzjoni jew opinjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-kompetenza, taħt l-istess kundizzjonijiet, f’rikorsi miġjuba mill-BĊE f’dawk l-oqsma li jaqgħu fil-kompetenza relattiva tiegħu u rikorsi miġjuba kontra tiegħu.

Artikolu 233

L-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet li l-att tagħhom ikun ġie iddikjarat null jew li n-nuqqas tagħhom li jaġixxu jkun ġie iddikjarat kuntrarju għal dan it-Trattat għandhom ikunu marbuta li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw rwieħhom mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Din l-obligazzjoni ma tippreġudikax xi obligazzjoni li tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-BĊE.

Artikolu 234

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-kompetenza li tagħti sentenzi preliminari dwar:

a) l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat;

b) il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità u tal-BĊE;

ċ) l-interpretazzjoni ta’ l-istatuti ta’ korpi kostitwiti b'xi att tal-Kunsill, meta dawk l-istatuti jkunu hekk jipprovdu.

Meta l-kwistjoni titqajjem quddiem xi qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru, dik il-Qorti jew tribunal jistgħu, jekk ikun jidhrilhom li deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni dwarha.

Meta l-kwistjoni titqajjem f’każ pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal, għandhom jirriferu l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 235

Il-Qorti tal-Ġustizzja hi kompetenti li tittratta każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kumpens għal danni kif previst fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288.

Artikolu 236

Il-Qorti tal-Ġustizzja hi kompetenti tiddeċiedi kull tilwima bejn il-Komunità u l-aġenti tagħha, fil-limiti u taħt il-kondizzjonjijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.

Artikolu 237

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-limiti indikati hawn aktar 'il quddiem, kompetenza f’ kawżi li jirrigwardaw:

a) it-twettiq mill-Istati Membri ta' l-obbligi tagħhom taħt l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' Investiment. F’dan ir-rigward, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank igawdi l-poteri mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 226;

b) miżuri adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. F’dan ir-rigward, kull Stat Membru, il-Kummissjoni jew il-Bord tad-Diretturi tal-Bank jistgħu jippreżentaw rikorsi taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 230;

ċ) mizuri adottati mill-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jinbdew biss minn Stati Membri jew mill-Kummissjoni, taħt il-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 230, u biss abbażi ta’ nonkonformità mal-proċedura indikata fl-Artikolu 21 (2), (5), (6) and (7) ta’ l-Istatut tal-Bank;

d) it-twettiq minn banek ċentrali nazzjonali ta’ obligazzjonijiet taħt dan it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. F’dan ir-rigward il-poteri tal-Kunsill tal-BĊE, fir-rigward ta’ banek ċentrali nazzjonali, ikunu l-istess bħal dawk mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ Stati Membri bl-Artikolu 226. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li bank ċentrali nazzjonali ikun naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan it-Trattat, dak il-bank ikun mitlub jieħu il-miżuri neċessarji biex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 238

Il-Qorti tal-Ġustizzja hi kompetenti li tiddeċiedi bis-saħħa ta' klawżola ta' l-arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt li jkun sar, skond id-dritt pubbliku jew privat, mill-Komunità jew f'isimha.

Artikolu 239

Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun kompetenti li tiddeċiedi kull tilwim bejn l-Istati Membri konness ma' l-għanjiet ta' dan it-Trattat, jekk dan it-tilwim jitressaq quddiemha skond it-termini ta' ftehim ta' kompromess.

Artikolu 240

Bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja minn dan it-Trattat, tilwim li fih il-Komunità tkun parti, m’għandhomx għal dik ir-raġuni jkunu esklużi mill-kompetenza ta’ qrati jew tribunali nazzjonali.

Artikolu 241

Fil-każ ta' kontroversja dwar regolament adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jew regolament tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, jew tal-BĊE, kull parti tista' tibbaża ruħha fuq it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 230 sabiex tinvoka quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-inapplikabiltà ta’ dak ir-regolament għalkemm ikun skada il-perjodu previst fil-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 230.

Artikolu 242

L-Azzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma ikollhomx l-effett ta' sospensjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’dana kollu, jekk tikkonsidra li ċ-ċirkostanzi hekk jenħtieġu, tordna s-sospenzjoni ta' l-eżekuzjoni ta’ l-att li jkun sar ir-rikors kontra tiegħu.

Artikolu 243

Fil-kawżi miġjuba quddiemha, l-Qorti tal-Ġustizzja tista' tordna kull miżura provviżorja.

Artikolu 244

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollhom forza eżekuttiva taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 256.

Artikolu 245

L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġi stabbilit bi Protokoll separat.

Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament fuqa talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, jew fuq talba tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja, jista’ jemenda d-disposizzjonijiet ta’ l-Istatut b’eċċezzjoni tat-Titolu I tiegħu.

SEZZJONI 5

QORTI TA' L-AWDITURI

Artikolu 246

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tagħmel il-verifika.

Artikolu 247

1. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija komposta minn ċittadin ta' kull Stat Membru.

2. Il- Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu magħżula minn fost persuni li jagħmlu parti jew kienu jagħmlu parti, fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, minn korpi esterni ta’ verifika jew li huma kkkwalifikati b'mod speċjali għal din il-kariga. Għandhom joffru kull garanzija ta' ndipendenza.

3. Il-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta l-lista tal-Membri magħmula skond il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jista’ jiġġedded.

Huma jaħtru minn fosthom il-Pesident tal-Qorti ta' l-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin. Il-President jista’ jerġa’ jinħatar.

4. Il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu, fl-interess ġenerali tal-Komunità, għal kollox indipendenti fil-qadi tad-doveri tagħhom.

Fil-qadi ta’ dawn id-doveri, la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor. Għandhom jastjenu minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-doveri tagħhom.

5. Il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri ma jistgħux, matul iż-żmien tal-kariga tagħhom, jagħmlu xogħol ieħor, sew jekk bi ħlas sew jekk le. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom.

6. Id-dmirijiet ta’ membru tal-Qorti ta' l-Awdituri jispiċċaw meta huwa jirriżenja, jew ikun imġiegħel jirtira b'xi sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skond il-paragrafu 7 kif ukoll bit-tibdil normali jew bil-mewt.

Il-post vakanti li jkun inħoloq għandu jimtela għall-bqija taż-żmien tal-kariga ta’ dak il-membru.

Ħlief fil-każ ta’ rtirar furzat, il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti.

7. Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jittneħħielu d-dritt tiegħu għall-pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha biss jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq talba tal-Qorti ta' l-Awdituri, ssib li m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, jew li mhux qieħed jaqdi, l-obbligazzjonijiet tal-kariga tiegħu.

8. Il-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-President u tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri u b’mod partikolari s-salarji tagħhom, gratifikazzjonijiet u pensjonijiet. Bl-istess maġġoranza, għandha wkoll tiddetermina kull ħlas li għandu jsir minflok ir-rimunerazzjoni.

9. Il-provvedimenti tal-Protokoll fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea applikabli għall-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għanhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri.

Artikolu 248

1. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollha tal-Komunità. Teżamina wkoll il-kontijiet ta’ kull dħul u ħruġ ta’ l-entitajiet kollha stabbiliti mill-Komunità safejn l-att kostitutiv rilevanti ma jipprekludix dan l-eżami.

Il-Qorti ta' l-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni li biha tiċċertifika l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi kompletata b’valutazzjoni speċifika għal kull qasam maġġuri ta’ l-attività tal-Komunità’;.

2. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżamina jekk id-dħul kollu jkunx daħal u l-ispiża kollha tkunx intefqet b’manjiera legali u regolari u jekk it-tmexxija finanzjarja kienitx tajba. Meta tagħmel dan, għandha tiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għal każijiet ta' irregolarità.

Il-verifika tad-dħul għandha ssir abbażi kemm ta' l-ammonti stabbiliti bħala dovuti kif ukoll ta’ dawk l-ammonti li ġew attwalment imħallsa lill-Komunità.

Il-verifika tal-ħruġ għandha ssir abbażi kemm ta’ l-obbligi assunti kif ukoll tal-pagamenti magħmula.

Dawn il-verifiki jistgħu jsiru qabel l-għeluq tal-kontijiet għas-sena finanzjarja in kwistjoni.

3. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq dak li jkun irreġistrat u, jekk meħtieġ, imwettqa fuq il-post ta’ l-istituzzjonijiet l-oħra Komunitarji, fuq il-post ta' kwalunkwe organizzazzjoni li tieħu ħsieb id-dħul jew in-nefqa f’isem il-Komunità u fl' Istati Membri, inklużi il-post ta’ xi persuna fiżika jew legali li tkun irċeviet pagamenti mill-budget. Fl-Istati Membri l-verifika għandha sseħħ bi ftehim ma' organizzazzjonijiet nazzjonali tal-verifika jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, mad-dipartimenti kompetenti nazzjonali. Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-verifika ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fi spirtu ta’ fiduċja waqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawn l-organizzazzjonijiet jew dipartimenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti ta' l-Awdituri jekk tkunx l-intenzjoni tagħhom li jieħdu sehem fil-verifika.

L-istituzzjonijiet l-oħra Komunitarji, l-organizzazzjonijiet li jirregolaw id-dħul u l-ħruġ f’isem il-Komunità, il-persuni fiżiċi jew legali li jirċievu pagamaneti mill-budget, u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-verifika jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, id-dipartimenti nazzjonali kompetenti, għandhom jgħaddu lill-Qorti ta' l-Awdituri, fuq talba tagħha stess, kull dokument jew informazzjoni meħtieġa biex twettaq ix-xogħol tagħha.

F’dak li jirrigwarda l-attività tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment fil-ġestjoni ta' l-ispiża u d-dħul tal-Komunità, id-dritt tal-Qorti għall-aċċess għal informazzjoni miżmuma mill-Bank għandu jkun irregolat bi ftehim bejn il-Qorti, il-Bank u l-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-Qorti għandha xorta waħda jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-verifika ta' l-ispejjeż u d-dħul tal-Komunità ġestiti mill-Bank.

4. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tagħmel rapport annwali wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja. Dan għandu jintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità u jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien mat-tweġibiet ta' dawn l-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri.

Il-Qorti ta' l-Awdituri tista’ wkoll, f'kull żmien, tissotometti osservazzjonijiet, partikolarment fil-forma ta' rapporti speċjali, fuq kwistjonijiet speċifiċi u tagħti opinjonijiet fuq talba ta’ waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità.

Hija tadotta r-rapporti annwali, ir-rapporti speċjali jew opinjonijiet b’maġġoranza tal-Membri tagħha. Madankollu, tista’ tistitwixxi fi ħdanha awli bl-iskop li tadotta ċerti kategoriji ta’ rapporti jew ta' opinjonijiet taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura tagħha.

Hija tassisti l-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom ta’ kontroll fuq l-implimentazzjoni ta’ l-estimi.

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tagħmel ir-Regoli tal-Proċedura tagħha. Dawn ir-regoli jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata’.

KAPITOLU 2

DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI GĦAL DIVERSI ISTITUZZJONIJIET

Artikolu 249

Fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom u skond kif jipprovdi dan it-Trattat, il-Parlament Ewropew li jaġixxi flimkien mal-Kunsill, il-Kunsill u l-Kummissjoni, għandu jagħmel regolamenti u joħroġ direttivi, jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet jew jagħti opinjonijiet.

Regolament għandu jkollu applikazzjoni ġenerali. Ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Direttiva għandha torbot l-Istati Membri, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, iżda tħalli l-għażla ta’ forom u metodi f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha lil dawk li lejhom tkun indirizzata.

Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet ma jkunux vinkolanti.

Artikolu 250

1. Meta, skond dan it-Trattat, il-Kunsill jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandha tkun meħtieġa l-unanimità għal att li jikkostitwixxi emenda għal dik il-proposta, skond l-Artikolu 251 (4) u (5).

2. Sakemm il-Kunsill ma jkun ħa l-ebda azzjoni, il-Kummissjoni tista tibdel il-proposta tagħha f’kull ħin tul il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta’ att Komunitarju.

Artikolu 251

1. Meta f’dan it-Trattat ikun hemm referenza għal dan l-Artikolu għall-adozzjoni ta’ att, il-proċedura li ġejja għandha tapplika.

2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jkollu l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

- jekk japprova l-emendi kollha li jkun hemm fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew, jista jadotta l-att propost kif emendat;

- jekk il-Parlament ma jipproponix xi emendi, jista' jadotta l-att propost;

- għandu xort’oħra jadotta pożizzjoni komuni u jikkomunika lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jinforma bi sħiħ lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet li jkunu wassluh biex jadotta l-pożizzjoni komuni. Il-Kummissjoni għandha tinforma bi sħiħ lill-Parlament Ewropew bil-pożizzjoni tagħha.

Jekk, fi żmien tlett xhur minn din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:

a) japprova l-pożizzjoni komuni jew ma jkunx ħa deċiżjoni, l-att f’dak il-każ għandu jkun meqjus li kien ġie adottat skond dik il-pożizzjoni komuni;

b) jiċħad, b’maġġoranza assoluta tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni komuni, l-att propost għandu jkun meqjus li ma ġiex adottat;

ċ) jipproponi emendi għall-pożizzjoni komuni b’maġġoranza assoluta tal-membri komponenti tiegħu, it-test emendat għandu jintbgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandhom jagħtu opinjoni dwar dawk l-emendi.

3. Jekk, fi żmien tlett xhur minn meta l-materja tkun ġiet riferita lilu, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, japprova l-emendi kollha tal-Parlament Ewropew, l-att f’dak il-każ għandu jkun meqjus li jkun ġie adottat fil-forma ta' pożizzjoni komuni kif emendata; b’dana kollu, il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament fuq l-emendi li dwarhom il-Kummissjoni tkun tat opinjoni negattiva. Jekk il-Kunsill ma japprovax l-emendi kollha, il-President tal-Kunsill, bi ftehim mal-President tal-Parlament Ewropew, għandu fi żmien sitt ġimgħat isejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.

4. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li għandu jkun kompost mill-membri tal-Kunsill jew tar-rappreżentanti tagħhom u minn numru ugwali ta’ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, ikollu l-kompitu li jilħaq ftehim dwar test konġunt, b’maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew tar-rappreżentanti tagħhom u b’maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bl-iskop li jkun hemm rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fit-twettiq ta’ dawn id-doveri, il-Kumitat tal-Konċiljazzjoni għandu jindirizza l-pożizzjoni komuni fuq il-bażi ta' l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew.

5. Jekk, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun ġie msejjaħ, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni japprova test konġunt, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza assoluta tal-voti espressi, u l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandhom terminu ta' sitt gimgħat kull wieħed minn dik l-approvazzjoni li fih jadotta l-att in kwestjoni skond it-test konġunt. Jekk xi wieħed minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet jonqos milli japprova l-att propost matul dak it-terminu dan għandu jitqies bħala mhux adottat.

6. Jekk il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ma japprovax it-test konġunt, l-att propost għandu jkun meqjus li ma ġiex adottat.

7. It-termini ta’ tlett xhur u sitt gimgħat imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mtawwla b’massimu ta’ xahar u ġimgħatejn rispettivament fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 252

Meta f’dan it-Trattat issir referenza għal dan l-Artikolu dwar l-adozzjoni ta’ xi att, tapplika din il-proċedura li ġejja:

a) Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta posizzjoni komuni.

b) Il-posizzjoni komuni tal-Kunsill għandha titwassal lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet kollha li wasslu lill-Kunsill biex jadotta l-posizzjoni komuni kif ukoll bil-posizzjoni tal-Kummissjoni.

Jekk, fi żmien tliet xhur minn dik il-komunika, il-Parlament Ewropew japprova din il-posizzjoni komuni jew jekk matul dak iż-żmien ma jeħux deċiżjoni, il-Kunsill għandu jadotta l-att inkwistjoni definittivament skond il-posizzjoni komuni.

ċ) Il-Parlament Ewropew għandu, fiż-żmien ta’ tlett xhur imsemmi f’punt (b), permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-membri komponenti tiegħu, jipproponi emendi għall-posizzjoni komuni tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll, bl-istess maġġoranza, jirrifjuta il-posizzjoni komuni tal-Kunsill. Ir-riżultat tal-proċeduri għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Jekk il-Parlament Ewropew ikun irrifjuta l-posizzjoni komuni tal-Kunsill, ikun meħtieġ ftehim unanimu biex il-Kunsill jista’ jerġa' jgħaddi għat-tieni qari.

d) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar, terġa’ teżamina l-proposta li fuqha tkun ġiet ibbażata il-posizzjoni komuni li jkun adotta l-Kunsill, billi tikkunsidra l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill flimkien mal-proposti li tkun reġgħet eżaminat, l-emendi tal-Parlament Ewropew li ma tkunx aċċettat, u għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwarhom. Il-Kunsill jista’ jadotta dawn l-emendi bi qbil unanimu.

e) Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jadotta l-proposta hekk kif reġgħet ġiet eżaminata mill-Kummissjoni.

Biex il-Kunsill ikun jista’ jemenda l-proposta hekk kif ġiet eżaminata mill-ġdid mill-Kummissjoni, ikun hemm bżonn ta’ qbil unanimu.

f) Fil-każijiet imsemmija fil-punti (ċ), (d) u (e), il-Kunsill għandu ikun meħtieġ li jaġixxi fi żmien tliet xhur. Jekk matul dak iż-żmien ma tittiehed ebda deċiżjoni, il-proposta tal-Kummissjoni titqies li ma tkunx ġiet adottata.

g) It-termini msemmija fil-punti (b) u (f) jistgħu jiġu prorogati b’mhux aktar minn xahar bi qbil bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Artikolu 253

Ir-regolamenti,id-direttivi u d-deċiżjonijiet adottati konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll dawk l-atti adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, għandhom jindikaw ir-raġunijiet li jkunu ibbażati fuqhom, u għandhom jagħmlu riferenza għal kull proposta jew opinjoni li kienu meħtieġa li jinkisbu skond ma’ dan it-Trattat.

Artikolu 254

1. Ir-regolamenti, d-direttivi u d-deċiżjonijiet li jiġu adottati skond il-proċedura li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 251 għandhom ikunu ffirmati mill President tal-Parlament Ewropew u mill-President tal-Kunsill u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, meta din ma tkunx imniżżla, fl-għoxrin jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni.

2 Ir-regolamenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll id-direttivi ta’ dawk l-istituzzjonijiet li huma indirizzati lill-Istati Membri kollha, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, meta din ma tkunx imniżżla, fl-għoxrin jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni.

3 Id-Direttivi l-oħra, u d-deċiżjonijiet, għandhom jiġu notifikati lil dawk li lilhom kienu ndirizzati u jidħlu fis-seħħ meta ssir dik in-notifika.

Artikolu 255

1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, soġġett għall-prinċipji u l-kondizzjonijiet kif definiti skond il-paragrafi 2 u 3.

2. Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għar-raġuni ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess għal dokumenti jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam.

3. Kull istituzzjoni msemmija hawn fuq għandha telabora fir-Regoli ta' Proċedura tagħhad-disposizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess għad-dokumenti tagħha.

Artikolu 256

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li mhumiex l-Istati, ikollhom forza eżekuttiva.

L-eżekuzzjoni tiġi regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili li sseħħ f'dak l-Istat fejn għandha titwettaq. Id-digriet ta' l-eżekuzzjoni għandu jiġi ffirmat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika ta' l-awtentiċità tad-dokument, mill-awtorità nazzjonali li l-Gvern ta' kull Stat Membru jaħtar għal dan l-iskop u jgħarraf biha lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Wara t-twettiq ta' dawn il-formalitajiet fuq it-talba tal-parti konċernata, din ta' l-aħħar tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali, billi jressaq il-kwestjoni direttament quddiem l-awtorita kompetenti.

L-Eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-verifika tar-regolarità tal-miżuri ta' eżekuzzjoni tkun fil-kompetenza ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali.

KAPITOLU 3

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Artikolu 257

Qiegħed jiġi stabbilit Kumitat Ekonomiku u Soċjali b'karattru konsultattivi.

Il-Kumitat ikun kostitwit minn rappreżentanti tad-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata, u b’mod patikolari rappreżentanti ta’ produtturi, ta' bdiewa, ta' trasportaturi, ta' ħaddiema ta' negozjanti, ta' nies tas-snajja, ta' professjonisti, ta' konsumaturi u ta’ l-interess ġenerali..

Artikolu 258 [6]

In-numru tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali m’għandux jaqbeż it-350.

In-numru tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju | 12 |

Ir-Repubblika Ċeka | 12 |

Id-Danimarka | 9 |

Il-Ġermanja | 24 |

L-Estonja | 7 |

Il-Greċja | 12 |

Spanja | 21 |

Franza | 24 |

L-Irlanda | 9 |

L-Italja | 24 |

Ċipru | 6 |

Il-Latvja | 7 |

Il-Litwanja | 9 |

Il-Lussemburgu | 6 |

L-Ungerija | 12 |

Malta | 5 |

L-Olanda | 12 |

L-Awstrija | 12 |

Il-Polonja | 21 |

Il-Portugall | 12 |

Is-Slovenja | 7 |

Is-Slovakkja | 9 |

Il-Finlandja | 9 |

L-Isvezja | 12 |

Ir-Renju Unit | 24 |

Il-membri tal-Kumitat m'għandhomx ikunu marbuta b'mandat obbligatorju. Huma għal kollox indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Komunità.

Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jiffissa l-indennizz tal-membri tal-Kumitat.

Artikolu 259

1. Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal erba’ snin, fuq proposti mill-Istati Membri. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jadotta l-lista tal-membri magħmula skond il-proposti preżentati minn kull wieħed mill-Istati Membri. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jista’ jiġġedded.

2. Il-Kunsill għandu jikkonsulta l-Kummissjoni. Jista' jitlob l-opinjoni ta' organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw id-diversi għaqdiet ekonomiċi u soċjali konnessi max-xogħol tal-Komunità.

Artikolu 260

Il-Kumitat għandu jeleġġi l-president u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ sentejn.

Dan għandu jadotta r-regolamenti ta’ proċedura tiegħu.

Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ mill-president tiegħu fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Jista’ jitlaqqa’ wkoll b’inizjattiva tiegħu stess.

Artikolu 261 (

Il-Kumitat għandu jinkludi fih taqsimiet speċjalizzati għall-oqsma ewlenin koperti b'dan it-Trattat.

Partikolarment għandu jinkludi taqsima ta' l-agrikoltura u waħda tat-trasport, li għat-tnejn li huma hemm inklużi disposizzjonijiet separati fit-Titoli relatati ma' l-agrikoltura u t-trasport.

L-oqsma speċjalizzati għandhom jiffunzjonaw fil-qafas tal-kompetenzi ġenerali tal-Kumitat. Ma jistgħux jiġu konsultati indipendentement mill-Kumitat..

Jistgħu wkoll jiġu stabbiliti fi ħdan il-Kumitat sotto-kumitati għall-iskop li jitfasslu abbozzi ta' opinjonijiet dwar materji speċifiċi jew f'oqsma speċifiċi biex jiġu sottomessi lill-Kumitat.

Ir-regoli ta' proċedura jiddeterminaw il-modalitajiet ta' kif għandhom jinħatru l-oqsma speċjalizzati u s-sotto-kumitati u l-kompetenza li għandha tingħatalhom.

Artikolu 262

Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kunsill u mill-Kummissjoni kull meta hekk jipprovdi dan it-Trattat. Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat minn dawn l-istituzzjonijiet kull meta jidhrilhom xieraq. Jista’ joħroġ opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess meta jidhirlu li jkun xieraq li jagħmel hekk.

Il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandhom, jekk jaħsbu li jkun hemm bżonn ta’ dan, jagħtu żmien definit lill-Kumitat biex jisottometti l-opinjoni tiegħu, liema terminu m’għandux ikun ta’ anqas minn xahar mid-data meta l-president jirċievi n-notifika f'dan is-sens. Meta jagħlaq it-terminu stabbilit, in-nuqqas ta’ opinjoni m’għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri.

L-opinjoni tal-Kumitat u tat-taqsima speċjaliżżata, flimkien ma' reżokont tal-proċeduri, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-Kumitat jista' jkun ikkonsultat mill-Parlament Ewropew.

KAPITOLU 4

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Artikolu 263 [7]

Qiegħed jiġi stabbilit Kumitat, ta' karattru konsultattiv, hawn aktar il-quddiem imsejjaħ "Kumitat tar-Reġjuni", kompost minn rappreżentanti ta’ entitajiet reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali reġjonali inkella lokali jew li għandhom responsabbiltà politika lejn assemblea eletta.

In-numru ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni ma jaqbizx it-350.

In-numru tal-membri tal-Kumitat għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju | 12 |

Ir-Repubblika Ċeka | 12 |

Id-Danimarka | 9 |

Il-Ġermanja | 24 |

L-Estonja | 7 |

Il-Greċja | 12 |

Spanja | 21 |

Franza | 24 |

L-Irlanda | 9 |

L-Italja | 24 |

Ċipru | 6 |

Il-Latvja | 7 |

Il-Litwanja | 9 |

Il-Lussemburgu | 6 |

L-Ungerija | 12 |

Malta | 5 |

L-Olanda | 12 |

L-Awstrija | 12 |

Il-Polonja | 21 |

Il-Portugall | 12 |

Is-Slovenja | 7 |

Is-Slovakkja | 9 |

Il-Finlandja | 9 |

L-Isvezja | 12 |

Ir-Renju Unit | 24 |

Il-membri tal-Kumitat u numru ndaqs ta’ membri supplenti jinħatru għal erba’ snin, fuq proposti ta’ l-Istati Membri rispettivi. Il-perjodu tal-mandat tagħhom jista’ jiġġedded. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jadotta l-lista tal-membri u tal-membri supplenti li tiġi mfassla skond il-proposti li jsiru minn kull Stat Membru. Meta l-mandat imsemmi fl-ewwel paragrafu li bis-saħħa tiegħu ikunu ġew proposti jiskadi, il-kariga tal-membri tal-Kumitat tintemm awtomatikament u dawn jiġu sostitwiti għaż-żmien li jkun fadal mill-perijodu msemmi tal-karigi skond l-istess proċedura. Ebda membru tal-Kumitat ma jista’ jkun fl-istess waqt membru tal-Parlament Ewropew.

Il-membri tal-Kumitat m'għandhomx ikunu marbuta b'mandat obbligatorju. Għandhom ikunu għal kollox indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Komunità.

Artikolu 264

Il-Kumitat tar-Regjuni għandu jeleġġi l-president u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ sentejn.

Għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ mill-president fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Il-Kumitat jista’ jiltaqa’ wkoll fuq inizjattiva tiegħu stess.

Artikolu 265

Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun ikkonsultat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meta dan it-Trattat hekk jipprovdi u fil-każijiet l-oħra kollha, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kooperazzjoni transkonfinali, li fihom wieħed minn dawn l-istituzzjonijiet jikkonsidraw li jkun xieraq.

Il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandhom, jekk jaħsbu li jkun hemm bżonn ta’ dan, jagħtu terminu lill-Kumitat biex jissottometti l-opinjoni tiegħu, terminu li żmien m’għandux ikun ta’ anqas minn xahar mid-data li fiha l-president jirċievi n-notifika f'dan is-sens. Meta jagħlaq it-terminu, in-nuqqas ta’ opinjoni m’għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri.

Meta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jiġi kkonsultat skond l-Artikolu 262, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi informat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni li tkun saret talba għal opinjoni. Meta jkun jidhirlu li jkun hemm involuti interessi reġjonali speċifiċi, il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jagħti opinjoni fuq il-kwistjoni.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jista' jkun ikkonsultat mill-Parlament Ewropew.

Dan jista’ ukoll jagħti opinjoni fuq inizjattiva tiegħu nnifsu meta jkun jidhirlu li dan ikun xieraq.

L-opinjoni tal-Kumitat, flimkien ma’ l-inkartament tal-proċeduri, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

KAPITOLU 5

IL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT

Artikolu 266

Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu personalità ġuridika.

Il-membri tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment huma l-Istati Membri.

L-Istatut tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment huwa stabbilit fi Prokoll anness ma’ dan it-Trattat. Il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, fuq talba tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq talba tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, jista’ jemenda l-Artikoli 4, 11 u 12 u l-Artikolu 18(5) ta’ l-Istatut tal-Bank.

Artikolu 267

Il-kompitu tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkun li jikkontribwixxi, billi jirrikorri għas-suq kapitali u bill jagħmel użu mir-riżorsi tiegħu proprji, għall-iżvillupp ekwilibrat u regolari tas-suq komuni fl-interess tal-Komunità. Għal dan l-iskop il-Bank, li jopera mingħajr ma jfittex il-profitt, għandu jislef u jagħti garanziji li jiffaċilitaw il-finanzjament ta’ l-proġetti li ġejjin fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija:

a) proġetti għall-iżvilupp tar-reġjuni anqas żviluppati;

b) proġetti għall-moderniżżazzjoni u r-rikonverżjoni ta’ impriżi jew għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda rikjesti mill-istabbiliment progressiv tas-suq komuni, meta dawn il-proġetti jkunu ta’ daqs jew xorta li ma jistgħux jiġu finanzjati għal kollox mid-diversi mezzi fl-Istati Membri individwali;

ċ) proġetti ta’ interess komuni għal diversi Stati Membri li jkollhom ta’ daqs jew xorta li ma jistgħux jiġu finanzjati mid-diversi mezzi disponibbli fl-Istati Membri individwali.

Biex jagħmel dan, il-Bank għandu jiffaċilita l-finanzjament ta’ programmi ta’ investiment konġuntement ma’ assistenza minn Fondi strutturali u strumenti finanzjarji oħra tal-Komunità.

TITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 268

L-entrati fil-kontijiet tad-d-dħul u tal-ħruġ kollha tal-Komunità, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Soċjali Ewropew, għandhom jiġu nklużi fl-estimi li jsiru ta’ kull sena finanzjarja u għandhom jidhru fl-estimi.

L-ispiża amministrattiva li tiġi kaġunata lill-istituzzjonijiet minn dawk il-provvedimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-politika komuni barranija u ta’ sigurtà u l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-intern, għandha tiġi nkluża fl-estimi. L-ispiża operattiva kaġunata mill-implimentazzjoni tal-provvedimenti imsemmija tista', skond il-kondizzjonijiet hemm imsemmija, tiġi nkluża fl-estimi.

Id-dħul u l-ħruġ murija fl-estimi finanzjarji għandhom ikunu jaqblu.

Artikolu 269

Salv kull dħul ieħor, l-estimi għandhom ikunu ffinanzjati kompletament minn riżorsi proprji.

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummisjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew għandu jiffissa s-sistema ta' kif il-Komunità tipprovdi r-riżorsi tagħha proprji u dan għandu jirrakomandah lill-Istati Membri biex jadottawh skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Artikolu 270

Biex tinżamm dixxiplina fl-infieq ta' l-estimi, il-Kummissjoni m’għandha tagħmel ebda proposta għal xi att tal-Komunità jew għal tibdil fil-proposti tagħha, jew tadotta xi miżura ta’ implimentazzjoni, li x’aktarx jinċidu konsiderevolment fuq l-estimi mingħajr ma tipprovdi l-assikurazzjoni li dik il-proposta jew dik il-miżura tista' tkun finanzjata fil-limiti tar-riżorsi proprji tal-Komunità, li jirriżultaw mill-provvedimenti ffissati mill-Kunsill skond l-Artikolu 269.

Artikolu 271

In-nefqa reġistrata fil-budget għandha tiġi awtorizzata għal matul sena finanzjarja waħda, sakemm ma jkunx hemm disposizzjonijiet għall-kuntrarju fir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 279.

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 279, l-approprjazzjonijiet kollha, barra dawk assenjati għall-ispejjeż tal-persunal, li ma jintefqux sa l-aħħar tas-sena finanzjarja, jistgħu jiġu mgħoddija għal wara, iżda mhux għal iktar tard minn tmiem is-sena finanzjarja ta' wara.

L-approprjazzjonijiet għandhom isiru taħt kapijiet differenti, skond it-tip jew l-għan u suddiviżi, sa fejn meħtieġ jibqa' jkun hemm bżonn, skond ir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 279.

Għandu jkun hemm sezzjonijiet separati tal-budget għan-nefqa b’konnessjoni mal-Parlament Ewropew,il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja, bla ħsara għad-dħul ta’ ċerti spejjeż komuni taħt kap speċjali.

Artikolu 272

1. Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sa’ 31 ta’ Diċembru.

2. Kull istituzzjoni tal-Komunità għandha, qabel l-1 ta’ Lulju, tħejji estimi tan-nefqa tagħha. Il-Kummissjoni għandha tiġbor dawn l-estimi f’abbozz preliminari tal-budget. Għandha tehmeż opinjoni li tista' tkun tinkludi estimi differenti.

L-abbozz preliminari tal-budget għandu jkun fih stima tad-dħul u stima tan-nefqa.

3. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-abbozz preliminari tal-budget quddiem il-Kunsill mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena preċedenti dik li fiha l-budget għandu jkun implimentat.

Il-Kunsill għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u, meta xieraq, l-istituzjonijiet l-oħra kkonċernati, kull meta jkollu l-intenzjoni li jiċċaqlaq mill-abbozzi prelimenari.

Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi abbozz ta’ budget u jgħaddih lill-Parlament Ewropew.

4. L-abbozz tal-budget amministrattiv għandu jitqiegħed quddiem il-Parlament Ewropew mhux aktar tard mill-5 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti dik li fiha l-budget għandu jkun implementat.

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jemenda l-abbozz tal-budget, billi jaġixxi b’maġġoranza tal-membri tagħha u jipproponi lill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza assoluta tal-voti espressi, modifiki għall-abbozz tal-budget li jirrigwarda in-nefqa meħtieġa li tirriżulta minn dan it-Trattat jew min atti konsegwenti għalih.

Jekk, fi żmien 45 jum minn meta l-abbozz tal-budget ikun tqiegħed quddiemha, il-Parlament Ewropew ikun ta l-approvazjoni tiegħu, il-budget għandu jibqa' kif finalment adottat. Jekk f’dan il-perijodu l-Parlament Ewropew ma jkunx emenda l-abbozz tal-budget u lanqas ma jkun ippropona modifiki għalih, il-budget għandu jitqies bħala li huwa finalment addottat.

Jekk f’dan il-perijodu il-Parlament Ewropew ikun addotta emendi jew ikun propona modifiki, l-abbozz tal-budget flimkien ma' l-emendi jew il-modifiki proposti għandu jitwassal lill-Kunsill.

5. Wara li jiddiskuti l-abbozz tal-budget mal-Kummissjoni u, meta xieraq, ma' istituzzjonijiet oħra kkonċernati, il-Kunsill għandu jaġixxi skond dawn il-kundizzjonijiet:

a) il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jimmodifika uħud mill-emendi addottati mill-Parlament Ewropew;

b) fir-rigward tal-modifiki proposti:

- Meta modifika proposta mill-Parlament Ewropew ma jkolliex effett li żżid l-ammont totali tan-nefqa ta’ istituzjoni, minħabba partikolarment il-fatt li dik iż-żieda fin-nefqa tkun espressament ikkompensata b’waħda jew aktar modifiki li bl-istess effett inaqqsu l-ispiża, il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jiċħad il-modifiki proposti. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li jiċħadha, il-modifika proposta għandha tibqa bħala aċċettata,

- meta modifika proposta mill-Parlament Ewropew jkollha l-effett li żżid l-ammont totali tan-nefqa ta’ istituzzjoni, il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jaċċetta din il-modifika proposta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li jaċċettaha, il-modifika proposta għandha tibqa' bħala miċħuda,

- meta, skond wieħed miż-żewġ sub-paragrafi preċedenti, il-Kunsill ikun ċaħad modifika proposta, jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jew jżomm l-ammont muri fl-abbozz tal-budget jew jiffissa ammont ieħor.

L-abbozz tal-budget għandu jkun immodifikat fuq il-bażi tal-modifiki proposti kif aċċettati mill-Kunsill.

Jekk, fi żmien 15-il jum minn meta l-abbozz tal-budget ikun tqiegħed quddiemu, il-Kunsill ma jkunx immodifika l-emendi addottati mill-Parlament Ewropew u jekk il-modifiki proposti minn dan ta’ l-aħħar ikunu ġew aċċettati, il-budget għandu jitqies li kien finalment addottat. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew li hu ma jkunx immodifika l-emendi u li l-modifiki proposti jkunu ġew aċċettati.

Jekk matul dan il-perijodu il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi addottati mill-Parlament Ewropew jew jekk il-modifiki proposti minn dan ta’ l-aħħar ikunu ġew miċħuda jew immodifikati, l-abbozz tal-budget għandu għal darb’oħra jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu.

6. Fi żmien 15 il-jum minn meta l-abbozz tal-budget amministrattiv ikun ġie ippreżentat lilu, Il-Parlament Ewropew, li għandu jkun ġie innotifikat bl-azzjoni meħudha fuq il-modifika proposta, jista', billi jaġixxi b’maġġoranza tal-membri tagħha u tlieta minn ħamsa tal-voti espressi, jemenda jew jiċħad il-modifiki għall-emendi tiegħu magħmula mill-Kunsill u għandu jadotta il-budget kif meħtieġ. Jekk matul dan il-perijodu il-Parlament Ewropew ma jkunx aġġixxat, il-budget għandu jkun meqjus li jkun finalment addottat.

7. Meta l-proċedura prevista f'dan l-Artikolu tkun ġiet imwettqa, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara li l-budget ikun ġie finalment addottat.

8. B’dana kollu, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri tiegħu u żewġ terzi tal-voti espressi, tista', jekk ikun hemm raġunijiet importanti, jiċħad l-abbozz tal-budget u jitlob li abbozz ġdid jkun ippreżentat lilu.

9. Ir-Rata massima ta’ żieda fir-rigward tan-nefqa ta’ l-istess tip li għandha tkun effetwata matul is-sena kurrenti għandha tkun iffissata kull sena għan-nefqa totali barra minn dik li neċċessarjament toħroġ minn dan it-Trattat jew minn atti konsegwenti għalih.

Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Kumitat ta’ Politika Ekonomika, tiddikjara xi jkun dan il-massimu kif jirriżulta minn:

- it-tendenza, f’termini ta’ volum, tal-prodott gross nazzjonali fil-Komunità,

- il-medja tal-varjazzjoni fil-budgets ta’ l-Istati Membri,

u

- it-tendenza ta' l-għoli tal-ħajja ma tul is-sena finanzjarja preċedenti.

Ir-rata massima għandha tkun ikkomunikata, qabel l-1 ta’ Mejju, lill-Istituzjonijiet kollha tal-Komunità. Dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu meħtieġa li tikkonforma ma' dan matul il-proċedura tal-budget, salvi d-disposizzjonijiet tar-raba' u l-ħames sub-paragrafi ta’ dan il-paragrafu.

Jekk, fir-rigward ta’ nefqa barra minn dik meħtieġa li toħroġ minn dan it-Trattat jew minn atti konsegwenti għalih, ir-rata attwali ta’ żieda fl-abbozz tal-budget stabbilita mill-Kunsill tkun aktar minn nofs ir-rata massima, il-Parlament Ewropew jista', billi jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ emenda, jkompli jżid l-ammont totali ta’ dik in-nefqa sal-limitu li ma jeċċedix nofs ir-rata massima.

Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jikkonsidraw li l-attivitajiet tal-Komunitajiet jeħtieġu li r-rata iddeterminata skond il-proċedura stabbilita f’dan il-paragrafu għandha tinqabeż, rata oħra tista' tkun iffissata bi ftehim bejn il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, u l-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri tiegħu u tlieta minn ħamsa tal-voti espressi.

10. Kull istituzjoni għandha teżerċita l-poteri mogħtija lilha b’dan l-Artikolu, b’rigward xieraq tad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u ta' l-atti konsegwenti għalih, partikolarment dawk li jirrigwardjaw ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet u il-bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa.

Artikolu 273

Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-budget ikun għadu ma ġiex ivvutat, somma ekwivalenti ta’ mhux aktar minn wieħed minn tnax ta’ l-approprazjonijiet tal-budget tas-sena finanzjarja preċedenti tista' tintnefaq kull xahar fir-rigward ta’ xi kapitolu jew sub-diviżjoni oħra tal-budget skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti magħmula skond l-Artikolu 279; dan l-arranġament m’għandux, b’dana kollu, jkollu l-effett li jqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni approprazjonijiet in eċċess ta’ wieħed minn tnax ta’ dawk previsti fl-abbozz tal-budget li jkun qed jiġi ppreparat.

Il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, sakemm il-kundizjonijiet l-oħra stabbiliti fl-ewwel sub-paragrafu jkunu osservati, jawtorizza nefqa in eċċess ta’ wieħed minn tnax.

Jekk id-deċiżjoni tirrigwarda nefqa li mhux neċessarjament toħroġ minn dan it-Trattat jew minn atti konsegwenti għalih, il-Kunsill għandu immedjetament iwassal dan lill-Parlament Ewropew; fi żmien 30 jum il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri tiegħu u tlieta minn ħamsa tal-voti espressi, jista' jadotta deċiżjoni differenti dwar in-nefqa in eċċess ta’ wieħed minn tnax imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu. Din il-parti tad-deċiżjoni tal-Kunsill għandha tkun sospiża sakemm il-Parlament Ewropew ikun ħa id-deċiżjoni tiegħu. Jekk fl-imsemmi perijodu il-Parlament Ewropew ma jkunx ħa deċiżjoni li tvarja mid-deċiżjoni tal-Kunsill, dan ta’ l-aħħar għandu jkun meqjus li kien finalment ġie addottat.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa li jirrigwardaw riżorsi li jassiguraw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 274

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-budget, skond id-disposizzjonijiet tar-regolamenti magħmula skond l-Artikolu 279, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti ta' l-approprazzjonijiet, b' konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jassiguraw li l-approprazzjonijiet jkunu wżati skond il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba.

Ir-regolamenti għandhom iniżżlu l-modalitajiet partikolari għal kull istituzzjoni dwar kif din għandha twettaq l-ispiża tagħha.

Fl-ambitu ta' l-estimi, il-Kummisjoni tista', soġġetta għal-limiti u l-kundizzjonijiet iffissati fir-regolamenti magħmula skond l-Artikolu 279, tittrasferixxi ammonti votati minn kapitolu għall-ieħor jew minn sottodiviżjoni għall-oħra.

Artikolu 275

Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew il-kontijiet tas-sena finanzjarja preċidenti li jirrelataw għall-implementazzjoni tal-budget. Il-Kummissjoni għandha wkoll twaslilhom dikjarazzjoni finanzjarja ta' l-assi u djun pendenti tal-Komunità.

Artikolu 276

1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti r-rilaxx lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-budget. Għal dan l-iskop, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet u l-istqarrija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 275, ir-rapport annwali mill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri, l-istqarrija ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 248(1), it-tieni subparagrafu u kull rapport speċjali relevanti mill-Qorti ta' l-Awdituri.

2. Qabel ma jagħti l-kwittanza tiegħu lill-Kummissjoni, jew għal kull raġuni oħra in konnessjoni ma' l-eżerċizzju tal-poteri tiegħu fuq l-implimentazzjoni ta' l-estimi, il-Parlament Ewropew jista' jitlob li jisma' lill-Kummissjoni tixhed dwar l-eżekuzzjoni tan-nefqa jew l-operat tas-sistemi ta’ kontroll finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tagħti kull informazzjoni neċessarja lill-Parlament Ewropew fuq talba ta’ dan ta' l-aħħar.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha approprijati sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u fuq osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew rigward l-esekuzzjoni tan-nefqa, kif ukoll fuq il-kummenti li jkunu annessi mar-rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza adottati mill-Kunsill.

Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummisjoni għandha tirraporta dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u l-kummenti u b’mod partikolari fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lid-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-estimi. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Qorti ta' l-Awdituri.

Artikolu 277

Il-budget għandu jiġi redatt fl-unità ta' kontijiet stabbilita skond id-disposizzjonijiet tar-regolamenti adottati skond l-Artikolu 279.

Artikolu 278

Il-Kummissjoni tista’, basta tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati interessati, tittrasferixxi l-assi monetarji tagħha fil-munita ta' xi wieħed mill-Istati Membri għall-munita ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn dan jista’ jkun meħtieġ sabiex dawn il-fondi jkunu jistgħu jiġu użati għall-għanijiet li għalihom huma destinati f’dan it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun iżżomm milli tagħmel tali trasferimenti jekk hija tkun tippossjedi flus likwidi jew assi realizzabbli fil-munita li tkun teħtieġ.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika ma’ kull Stat Membru permezz ta' l-awtorità indikata mill-Istat. Għall-esekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet finanzjarji, hija għandha tuża s-servizzi tal-bank ta' l-emissjoni ta' l-Istat Membru interessat, jew ta’ xi istituzzjoni finanzjarja oħra approvata minn dak l-Istat.

Artikolu 279

1. Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u jkun kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, għandu;

(a) jagħmel Regolamenti Finanzjarji li jistabbilixxu b'mod speċjali il-modalitajiet relativi għall-mod kif jiġu stabbiliti u implimentati l-estimi u kif isir ir-rendikont u jiġi verifikat.

(b) jiddetermina r-regoli u jorganizza l-kontroll ta' responsabbiltajiet tal-kontrolluri finanzjarji, ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw l-ordnijiet u ta' l-uffiċjali kontabbli.

Mill- 1 ta' Jannar 2007, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u jkun kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri.

2. Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u kiseb l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, għandu jiffissa l-modalità u jistabbilixxi l-proċeduri dwar kif id-dħul mill-estimi kif previsti fl-arranġamenti li għandhom x’jaqsmu mar-riżorsi tal-Komunità jkun disponibbli għall-Kummissjoni, u jiddeterminal-miżuri li għandhom jiġu applikati, jekk meħtieġa, biex jintlaħqu l-bżonnijiet finanzjarji.

Artikolu 280

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffetwaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz ta’ miżuri, li jittieħdu skond dan l-Artikolu u li jservu ta’ deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-istess miżuri biex jikkumbattu l-frodi li taffetwa l-interessi finanzjarji tal-Komunità bħal ma jieħdu biex jikkumbattu l-frodi li taffetwa l-interessi finanzjarji tagħhom stess.

3. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom li tkun immirata biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi. Għal dan l-iskop huma għandhom jorganizzaw, flimkien mal-Kummissjoni, kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti.

4. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, wara li jikkonsulta l-Qorti ta' l-Awdituri, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta’ prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffetwa l-interessi finanzjarji Komunitarji bl-iskop li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri. Dawn il-miżuri m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew ta' l-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja.

5. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha kull sena tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-miżuri meħuda għall-implementazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

IS-SITT PARTI

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 281

Il-Komunità għandha personalità ġuridika.

Artikolu 282

F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Komunità għandha tippossjedi il-kapaċità ġuridika l-iktar wiesa' mogħtija lil persuni ġuridiċi bil-liġijiet nazzjonali; b’mod partikolari, hija tkun tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali. Għal dan il-għan, il-Komunita' għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.

Artikolu 283

Il-Kunsill, b’votazzjoni unanima, għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra interessati, jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità.

Artikolu 284

Biex twettaq il-kompiti fdati lilha, il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 285

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jadotta miżuri għall-produzzjoni ta’ statistiċi fejn meħtieġa għat-twettiq ta' l-attivitajiet Komunitarji.

2. L-istatistiċi li jiġu prodotti għandhom jirrispettaw l-imparzjalità, l-affidabilità, l-oġġettività, l-indipendenza xjentifika, il-proporzjonalità ta' l-ispiża mar-riżultat u l-konfidenzjalità statistika; m'għandhomx joħolqu piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 286

1. Mill- 1 ta’ Jannar 1999, l-atti Komunitarji dwar protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-iproċessar ta’ data personali u tal-moviment liberu ta’ din id-data għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet stabbiliti minn, jew fuq il-bażi ta’, dan it-Trattat.

2. Qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jistabbilixxi organizzazzjoni ta’ sorveljanza li tkun responsabbli għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta’ dawn l-atti Komunitarji għall-istituzzjonijiet u għall-organizzazzjonijiet Komunitarji u għandu jadotta kull disposizzjoni oħra rileventi kif xieraq.

Artikolu 287

Il-membri ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-membri tal-kumitati, u l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunità, ikunu meħtieġa ukoll wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, li ma jxerrdux tagħrif li jkun kopert bis-sigriet professjonali u, b’mod partikolari, tagħrif li jirreferi għal impriżi u dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew l-elementi tal-costing tagħhom.

Artikolu 288

Ir-responsabbiltà kontrattwali tal-Komunità għandha tiġi rregolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt in kwistjoni.

Fil-każ ta’ responsabilità mhux kontrattwali, il-Komunità għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal sistemi legali ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Il-paragrafu preċedenti għandu japplika taħt l-istess kondizzjonijiet għal danni kkaġunati mill- BĊE jew mill-impjegati tiegħu fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Ir-responsabbiltà personali ta’ l-impjegati tagħha lejn il-Komunità għandhom jiġu rregolati bil-provvedimenti previsti fir-Regolamenti dwar il-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 289

Is-sedi ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri.

Artikolu 290

In-normi li jirregolaw il-lingwi ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu.

Artikolu 291

Il-Komunità għandha tgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri dawk il-pivileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħha, skond il-kondizzjonijiet kif stabbiliti fil-Protokoll tat- 8 ta’April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-istess għandu japplika għall-Bank Ċentrali Ewropew, l-Istitut Monetarju Ewropew, u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

Artikolu 292

L-Istati Membri jobbligaw ruħhom li ma jissottomettux kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat għal xi metodu ta’ soluzzjoni li ma jkunx wieħed minn dawk previsti fit-Trattat.

Artikolu 293

L-Istati Membri għandhom, safejn ikun meħtieġ, jieħdu sehem f’negozjati ma’ xulxin bil-għan li jassiguraw għaċ-ċittadini tagħhom

- il-protezzjoni tal-persuni u t-tgawdija u l-protezzjoni tad- drittijiet skond il-kondizzjonijiet mogħtija minn kull Stat liċ-ċittadini tiegħu proprji,

- l-abolizzjoni tat-taxxa doppja fil-Komunità,

- ir-rikonoxximent reċiproku tal-kumpanniji skond l-Artikolu 48, paragrafu 2, iż-żamma tal-personalità ġuridika tagħhom fil-każijiet li l-uffiċċju reġistrat jiġi trasferit minn pajjiż għall-ieħor, u l-possibbiltà għal kumpanniji soġġetti għal-liġijiet ta' diversi Stati Membri differenti li jingħaqdu flimkien,

- is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jirregolaw ir-rikonoxximent reċiproku u l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u d-deċiżjonijiet arbitrali.

Artikolu 294

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, l-Istati Membri għandhom jagħtu liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra l-istess faċilitajiet rigward il-partiċipazzjoni finanzjarja fil-kapital tal-kumpanniji skond l-Artikolu 48 kif huma jagħtu liċ-ċttadini tagħhom proprji, bla ħsara għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 295

Dan it-Trattat għandu jkun bla ebda preġudizzju għas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri.

Artikolu 296

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat m'għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli li ġejjin:

a) l-ebda Stat ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-kxif tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.

b) kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa biex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x'jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ ta' l-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq komuni dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-iskopijiet speċifikament militari.

2. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel tibdiliet għal-lista, li hu kien ħejja fil-1 5 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

Artikolu 297

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jieħdu flimkien il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu li l-funzjonament tas-suq komuni jiġi milqut minn miżuri li Stat Membru jista’ jkollu jieħu fil-każ ta’ disturb serju intern li jolqot l-ordni pubbliku, fil-każ ta’ gwerra jew tensjoni internazzjonali serja li tikkostitwixxi theddida ta’ gwerra, jew sabiex jesegwixxi obbligi li jkun assuma bil-għan li jżomm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

Artikolu 298

Jekk il-miżuri meħuda fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 296 u 297 jirriżultaw f' distorsjoni tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq komuni, il-Kummissjoni, li taġixxi flimkien ma’ l-Istat interessat, għandha teżamina kif dawn il-miżuri jistgħu jiġu adattati għar-regoli stabbiliti minn dan it-Trattat.

3. B’deroga għall-proċedura prevista fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni jew kull Stat Membru jistgħu jirrikorru direttament għall-Qorti tal-Ġustizzja jekk jikkunsidraw li Stat Membru ieħor ikun qiegħed jabbuża mis-setgħat previsti fl-Artikoli 296 u 297. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tisma’ l-kawża in camera.

Artikolu 299 [8]

1. Dan it-Trattat għandu japplika għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat għandhom japplikaw għad-dipartimenti extra-ewropej ta' Franza, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

B’dana kollu, billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tad-dipartimenti extra-ewropej ta' Franza, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji, li hija aktar ikkumplikata bid-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, bid-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-iskop li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni.

Il-Kunsill għandu, meta jadotta l-miżuri relevanti msemmija fit-tieni subparagrafu, jieħu kont ta' oqsma bħalma huma l-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta’ materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet ta' l-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali tal-Komunita'.

Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu billi jieħu kont tal-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni l' aktar il-bogħod mingħajr ma jnaqqas l-integrità u l-koerenza ta' l-ordni legali Komunitarju, inklużi s-suq intern u l-politika komuni.

3. L-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni mniżżla f' Parti Erbgħa ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw għall-pajjiżi u t-territorji extra-ewropej imniżżla fl-Anness II ta' dan it-Trattat.

Dan it-trattat ma japplikax għal dawk il-pajjiżi u territorji extra-ewropej li jkollhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li m' humiex inkulużi fil-lista msemmija hawn fuq.

4 Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat għandhom jgħoddu għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru.

5. Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat ikunu japplikaw għal Gżejjer Åland skond id-disposizzjonijiet kif indikati fi Protokoll Nru 2 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja.

6. Minkejja l-paragrafi preċedenti:

a) Dan it-Trattat ma japplikax għal Gżejjer Faeroe;

b) Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit f'Akrotiri u Dhekelia f'Ċipru għajr safejn hu meħtieġ biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti imniżżla fil-Protokoll dwar l-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru annessi ma' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Unjoni Ewropea u skond it-termini ta' dak il-Protokoll.

ċ) Dan it-Trattat japplika għaċ-Channel Islands u l-Gżira ta' Man sal-limitu biss li hu meħtieg biex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Komunita' Ekonomika Ewropeja u mal-Komunita' Ewropeja ta' l-Enerġija Atomika iffirmat fit- 22 ta' Jannar 1972.

Artikolu 300

1. Meta dan it-Trattat jipprovdi li jsir xi ftehim bejn il-Komunità u Stat wieħed jew iktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tmexxi dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma' kumitati speċjali maħtura mill-Kunsill biex jgħinuha f’dan l-inkarigu u fi ħdan l-istruttura ta' dawk id-direttivi li l-Kunsill jista' joħroġilha.

Fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lilu b’dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fil-każijiet fejn l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi unanimament.

2. Suġġett għall-poteri mogħtija lill-Kummissjoni f’dan il-qasam, il-firma, li tista' tkun akkompanjata minn deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżżorja qabel id-dħul fis-seħħ, u l-konklużjoni tal-ftehim għandha tkun deċiża mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament meta l-ftehim ikopri qasam li għalih l-unanimita tkun meħtiega għall-adozzjoni ta’ regoli nterni u għall-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 310.

L-istess proċeduri jkunu applikabbli b'deroga mir-regoli tal-paragrafu 3, biex tiġi deċiża sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' xi ftehim kif ukoll biex jiġi stabbilit x' posizzjoni tittieħed f'isem il-Komunità f'korp li jinħoloq minn xi ftehim meta dan il-korp ikollu jadotta deċiżjonijiet li jkollom effett ġuridiku, bl-eċċezzjoni ta' deċizjonijiet li jikkompletaw jew li jimmodifikaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u kompletament b’kull deċiżjoni skond dan il-paragrafu rigward l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim, jew il-formulazzjoni tal-pożizzjoni tal-Komunità f’korp stabbilit minn ftehim;

3. Il-Kunsill għandu jikkonkludi l-akkordju wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, ħlief għal kull akkordju li jissemma’ fl-Artikolu 133(3), inklużi każijiet fejn il-ftehim ikun ikopri qasam li għalih tinħtieġ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 jew dik imsemmija fl-Artikolu 252 għall-adozzjoni ta’ regoli interni. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’terminu ta’ żmien li l-Kunsill jista' jiffissa skond l-urġenza tal-każ. Fin-nuqqas ta’ opinjoni f'dak it-terminu ta’ żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi.

B’deroga mis-subparagrafu preċedenti, kull akkordju li jissemma’ fl-Artikolu 310, kull akkordju ieħor li jistabbilixxi struttura istituzzjonali speċifika billi jorganizza proċeduri ta’ kooperazzjoni, akkordju b'implikazzjonijiet importanti għall-estimi tal-Komunità u kull akkordji li jwasslu għall-emenda ta’ xi att adottat taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 għandhom jiġu konklużi wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

F’sitwazzjoni urġenti, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jaqblu fuq terminu ta’ żmien biex jingħata l-kunsens.

4. Meta jkun qiegħed jikkonkludi akkordju, il-Kunsill jista', b’deroga minn dak li jingħad fil-paragrafu 2, jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova modifiki f’isem il-Komunità meta l-l-akkordju ikun jipprovdi li jiġu adottati modifiki permezz ta’ proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit bl-akkordju; il-Kunsill jista' jissoġġetta dik l-awtorizzazzjoni għall-kondizzjonijiet speċifiċi.

5. Meta l-Kunsill ikun qed jikkonsidra li jagħmel akkordju li jirrikjedi li jsiru emendi għal dan it-Trattat, l-emendi jridu l-ewwel jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

6. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew Stat Membru jista’ jikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk ftehim prospettat ikunx kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat. Meta l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun negattiva, il-ftehim jkun jista’ jidħol fis-seħħ biss fit-termini ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

7. Kull akkordju li jsir taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu għandu ikun jorbot lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u lill-Istati Membri.

Artikolu 301

Meta jkun hemm, f’posizzjoni komuni jew azzjoni konġunta adottata skond il-provvedimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-politika komuni barranija u ta’ sigurtà, provvedimenti għal xi azzjoni mill-Komunità biex tinterrompi jew tnaqqas, parzjalment jew kompletament, ir-relazzjonijiet ekonomiċi ma' xi pajjiż terz wieħed jew iktar, il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri urġenti neċessarji. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 302

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli li tassigura l-kuntatti kollha utili ma' l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom.

Hi għandha ukoll iżomm dawk ir-relazzjonijiet opportuni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha.

Artikolu 303

Il-Komunita' għandha tistabbilixxi kull forma ta' kooperazzjoni xierqa mal-Kunsill ta' l-Ewropa.

Artikolu 304

Il-Komunità għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, u d-dettalji relattivi għandhom jiġu iffissati bi qbil bejniethom.

Artikolu 305

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat m'għandhomx jolqtu l-dawk tat-Trattat li stabbilixxa il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri, is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet ta' dik il-Komunità, u r-regoli stipulati minn dak it-Trattat għall-funzjonament tas-suq komuni tal-faħam u ta' l-azzar.

2. Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat m'għandhomx jidderogaw għal dak li jiddisponi t-Trattat li bih ġiet stabbilita il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Artikolu 306

Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat m'għandhomx ikunu inkompatibbli ma' l-eżistenza jew l-istabbiliment ta' l-unjonijiet reġjonali bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, u bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda, sa fejn l-għanijiet ta' dawn l-unjonijiet reġjonali ma jinkisbux bl-applikazzjoni ta' dan it-Trattat.

Artikolu 307

Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi qabel l- 1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, id-data ta' l-Adeżjoni, bejn Stat Membru wieħed jew iktar u Stat mhux membru wieħed jew iktar, m'għandhomx jintlaqtu mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat.

Sa fejn dawn il-ftehim ma' jkunux kompatibbli ma' dan it-Trattat, l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni għandhom jieħdu l-miżuri opportuni biex titneħħa l-inkompatibilità li tista' tinstab. Jekk ikun hemm bżonn, l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jintlaħaq dan il-għan, u fejn ikun opportun, għandhom jadottaw linja komuni.

Fl-implimentazzjoni tal-ftehim imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-vantaġġi mogħtija b'dan it-Trattat minn kull Stat Membru jagħmlu parti integrali mill-istabbiliment tal-Komunità u huma għalhekk marbuta inseparabbilment mal-kreazzjoni ta' l-istituzzjonijiet komuni, ma' l-għotja lilhom tas-setgħat tagħhom u l-konċessjoni ta' l-istess vantaġġi mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 308

Jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, fit-tħaddim tas-suq komuni, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa t'azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b'vot unanimu fuq proposta mil-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa.

Artikolu 309

1. Meta tittieħed deċiżjoni li tissospendi d-dritt tal-vot tar-rappreżentant tal-gvern ta’ Stat Membru skond l-Artikolu 7(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dawn id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu sospiżi ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma' dan it-Trattat.

2. Barra minn dan, meta tiġi konstatata l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn xi Stat Membru tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 7(2) ta’ dak it-Trattat, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jista jiddeċiedi li jissospendi lil dak l-Istat Membru minn uħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat. Meta jagħmel dan, il-Kunsill għandu jagħti każ tal-konsegwenzi possibli ta’ sospensjoni bħal dik għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi.

L-obligazzjonijiet ta' l-Istat Membru in kwestjoni skond dan it-Trattat għandhom fi kwalunkwe każ jibqgħu jorbtu lil dak l-Istat.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista' sussegwetament jiddeċiedi li jvarja jew jirrevoka l-miżuri meħudha skond il-paragrafu 2 b’risposta għal tibdiliet fis-sitwazzjoni li wasslet biex dawn ikunu mposti.

4. Meta jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu kont tal-voti tar-rappreżentant tal-gvern ta' l-Istat Membru in kwistjoni. B' deroga għall-Artikolu 205 (2) maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita fuq l-istess proporzjon ta’ voti peżati tal-membri kkonċernati tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 205 (2).

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ li d-drittijiet tal-vot ikunu sospiżi skond il-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, deċiżjoni li tkun teħtieġ unanimità għandha tittieħed mingħajr il-vot tar-rappreżentant tal-gvern ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

Artikolu 310

Il-Komunità tista' tikkonkludi ma' xi Stat wieħed jew iktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali akkordji li jistabbilixxu assoċjazzjoni li ġġib magħha drittijiet u obbligi reċiproċi, azzjonijiet komuni u proċeduri speċjali.

Artikolu 311

Il-Protokolli annessi ma' dan it-Trattat bi ftehim bejn l-Istati Membri għandhom jifformaw parti integrali mill-istess Trattat.

Artikolu 312

Dan it-Trattat għandu jiġi konkluż għal żmien indeterminat.

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 313

Dan it-Trattat għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Kontraenti Għolja skond ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depositati mal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja.

Dan it-Trattat jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara li jkun ġie depożitat l-istrument ta' ratifika minn dak l-Istat firmatarju li jkun l-aħħar li jwettaq din il-formalità. Madankollu, jekk dan id-depożitu jsir inqas minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tax-xahar li jmiss, dan it-Trattat ma jidħolx fis-seħħ qabel l-ewwel jum tat-tieni xahar li jkun imiss wara d-data ta' dak id-depożitu.

Artikolu 314 [9]

Dan it-Trattat, magħmul f'kopja waħda, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bit-Taljan, l-erba testi meqjusa bħala awtentiċi ndaqs, għandu jitqiegħed fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja, li għandu jibgħat kopja vera ċertifikata tiegħu lil kull wieħed mill-Gvernijiet ta' l-Istati firmatarji l-oħra.

Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjoni Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Ungeriża ta’ dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Pjenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw fi tmiem dan it-Trattat.

Magħmul Ruma fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elf disa' mija u sebgħa u ħamsin.

(lista tal-firmatarji mhux riprodotta)

[1] Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq saru wkoll membri tal-Komunita' Ewropea.

[2] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[3] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[4] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[5] Artikolu emendat bil-Protokoll dwar it-Tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

[6] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[7] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[8] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[9] Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

--------------------------------------------------

ANNESSI

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA

imsemmija fl-artikolu 32 ta' dan it-trattat

1 Numru fin-Nomenklatura ta' Brussel | 2 Deskrizzjoni tal-Prodotti |

Kapitolu 1 | Annimali ħajjin |

Kapitolu 2 | Laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu |

Kapitolu 3 | Ħut, krustaċej u molluski |

Kapitolu 4 | Prodotti tal-ħalib, bajd ta’ l-għasafar; għasel naturali |

Kapitolu 5 | |

05.04 | Imsaren, bżieżaq u stonku ta’ l-annimali (barra minn ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom |

05.15 | Prodotti ta’ l-annimali li ma humiex speċifikati jew inklużi mkien ieħor; annimali mejta tal-Kapitolu 1 jew tal-Kapitolu 3, mhux tajba għal konsum uman |

Kapitolu 6 | Siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u oħrajn simili; fjuri maqtuha u weraq ornamentali |

Kapitolu 7 | Ħaxix tajjeb għall-ikel u ċerti għeruq u tuberi |

Kapitolu 8 | Frott tajjeb għall-ikel, ġews (nuts); qxur tal-bettiegħ jew frott taċ-ċitru |

Kapitolu 9 | Kafe, te u ħwawar, esklużi maté (intestatura Nru 09.03) |

Kapitolu 10 | Ċereali |

Kapitolu 11 | Prodotti ta' l-industrija tad-dħin; xgħir; lamtijiet; gluten; inulin |

Kapitolu 12 | Żrieragħ taż-żejt u frott oleaġinuż; qmuħ varji, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali, tiben u għalf ta' l-annimali |

Kapitolu 13 | |

ex 13.03 | Pektin |

Kapitolu 15 | |

15.01 | Sonża u xaħam maħdum tal-majjali; xaħam maħdum tat-tjur |

15.02 | Xaħmijiet mhux laċerati ta’ annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż; xaħam tad-dam (inkluż "premier jus") prodott minn dawk ix-xaħmijiet |

15.03 | Sonża stearin, oleostearin u stearin tax-xaħam tad-dam; żejt tas-sonża, żejt-oleo u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifat jew imħallat jew imħejji b’xi mod |

15.04 | Xaħmijiet u żjut, minn ħut u mammiferi marini, sew jekk raffinati u anki jekk le |

15.07 | Żjut statiċi veġitali, fluwidi jew solidi, krudi, raffinati jew purifikati |

15.12 | Xaħmijiet u żjut annimali jew veġitali, idroġeniżżati, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma mhux aktar imħejjija |

15.13 | Marġerina, imitazzjoni ta’ xaħam u preparati oħra ta’ xaħmijiet li jittieklu |

15.17 | Residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ materjal xaħmi jew annimali jew xama' tal-ħxejjex |

Kapitolu 16 | Preparati ta' laħam, ħut, krustaċej jew molluski |

Kapitolu 17 | |

17.01 | Zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, solidu |

17.02 | Zokkrijiet oħrajn; xiroppi taz-zokkor, għasel artifiċjali (sew jekk imħallat ma għasel naturali u sew jekk le); karamella |

17.03 | Molassi (għasel iswed). Kemm jekk skulurat u anki jekk le |

17.05 | Zokkrijiet bit-togħma jew bil-kulur, xiroppi u molassi, imma ma jinkludux għasir tal-frott li jkun fihom zokkor miżjud fi kwalunkwe proporzjon |

Kapitolu 18 | |

18.01 | Żerriegħa tal-kokotina, sħiħa jew miksura, nejja jew inkaljata |

18.02 | Qxur tal-kokotina, fosdoq, ħliefa u skart |

Kapitolu 20 | Preparati tal-ħxejjex, frott jew partijiet oħra ta’ pjanti |

Kapitolu 22 | |

22.04 | Most ta’ l-għeneb, fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazjoni mwaqqfa, barra milli biż-żieda ta’ alkoħol |

22.05 | Inbid minn għeneb frisk; most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol |

22.07 | Xorb ieħor iffermentat (per eżempju cidru, perry u mead) |

ex 22.08 ex 22.09 | Alkoħol etiliku jew spirti newtrali, denaturati jew le, ta’ kull saħħa, derivati minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-esklużjoni ta’ likuri u xorb spirituż ieħor u preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-fabbrikazzjoni ta’ xorb |

22.10 | Ħall u sostituti għall-ħall |

Kapitolu 23 | Residwi u skart minn industriji ta' l-ikel; għalf ippreparat għall-annimali |

Kapitolu 24 | |

24.01 | Tabakk mhux maħdum; skart tat-tabakk |

Kapitolu 45 | |

45.01 | Sufra naturali, mhux maħduma, mgħaffġa, ggranulata jew mitħuna; skart tas-sufra |

Kapitolu 54 | |

54.01 | Kittien, naturali jew ipproċessat imma mhux bin-newl; stoppa tal-kittien u fdalijiet (inklużi ċraret miġbuda jew iggarnettjati) |

Kapitolu 57 | |

57.01 | Qanneb veru (Cannabis sativa), nej jew ipproċessat imma mhux bin-newl; stoppa u skart ta’ qanneb vera (inklużi ċraret u ħbula miġbuda jew iggarnettjati) |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PAJJIZI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

LI GHALIHOM TAPPLIKA D-DISPOSIZZJONI TAL-PARTI IV TAT-TRATTAT

- Il-Groenlandja,

- Il-Kaledonja l-ġdida u d-dipendenzi tagħha,

- Il-Polineżja Franċiża,

- It-Territorji Franċiżi tan-Nofs-in-Nhar u Antartiċi,

- Il-Gżejjer Wallis u Futuna,

- Mayotte,

- Saint Pierre u Miquelon,

- L-Aruba,

- L-Antilles Olandiżi:

- Il-Bonaire,

- Il-Curacao,

- Is-Saba,

- Sint-Eustasius,

- Sint-Maarten,

- L-Anguilla,

- Il-Gżejjer Kajman,

- Il-Gżejjer Falkland,

- Il-Gżejjer ta’ Ġjorġja ta’ Nofs-in-Nhar u Sandwich ta’ Nofs-in-Nhar,

- Il-Montserrat,

- Il-Pitcairn,

- Sant’ Elena u d-Dipendenzi,

- It-Territorju Brittanniku ta' l-Antartika,

- It-Territorju Britanniku ta' l-Oċean Indjan,

- Il-Gżejjer Turks u Caicos,

- Il-Gżejjer Britanniċi Verġni,

- Il-Bermuda.

--------------------------------------------------

Il-Protokoll (no 2)

li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JINNUTAW li l-ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni iffermati minn uħud mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f' Schengen fl- 14 ta’ Ġunju 1985 u fid- 19 ta' Ġunju 1990, kif ukoll il-ftehim relatati u r-regoli adottati fuq il-bażi ta’ dawn l-akkordji, għandhom il-mira li jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea u, partikolarment, jabilitaw lill-Unjoni Ewropea li tiżviluppa aktar malajr f’żona ta’ libertà, sigurta' u ġustizzja,

WAQT LI JIXTIEQU jinkorporaw l-ftehim u r-regoli msemmija hawn fuq fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JIKKONFERMAW li d-disposizzjonijiet ta' l-Acquis ta’ Schengen huma applikabli biss jekk u sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-ligi ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Komunità,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-pożizzjoni speċjali tad-Danimarka,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-fatt li l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma humiex partijiet mil-ftehim imsemmija hawn fuq u ma ffermawhomx; li għandu jkun hemm disposizzjoni, madanakollu, biex tippermetti lil dawk l-Istati Membri li jaċċettaw, kollha kemm huma jew in parti id-disposizzjonijiet ta' l-akkordji msemmija,

WAQT LI JIRRIKONOXXU li, bħala konsegwenza, huwa meħtieġ li jsir użu mid-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea li jirrigwardaw kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn uħud mill-Istati Membri u li dawk id-disposizzjonijiet għandhom ikunu użati biss meta ma jkunx hemm triq oħra,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtieġa li jżommu relazzjoni speċjali mar-Repubblika ta' l-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja, liema żewġ Stati kienu ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jkunu marbuta bid-disposizzjoniet imsemmija hawn fuq, fuq il-bażi tal-ftehim iffermati fil-Lussemburgu fid- 19 ta’ Diċembru 1996,

WARA LI FTEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea:

Artikolu 1

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja, firmatarji tal-ftehim ta’ Schengen, huma awtorizzati li jistabilixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejniethom fl-ambitu ta' dawk il-ftehim u disposizzjonijiet relattivi, kif inhuma elenkati fl-Anness ta’ dan il-Protokoll, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmi bħala l-"Acquis ta’ Schengen". Din il-kooperazzjoni għandha titwettaq fil-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u f’dak li għandu x’jaqsam mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

1. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, l-Acquis ta' Schengen, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv li kien ġie mistabilixxi bil-ftehim ta’ Schengen li kienu ġew adottati qabel din id-data, għandhom japplikaw immedjetament għat-tlettax-il Stat Membru li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Minn dik l-istess data, il-Kunsill għandu jissostitwixxi lilu nnifsu minflok l-imsemmi Kumitat Eżekuttiv.

Il-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri msemmija fl-Artikolu 1, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan il-paragrafu. Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament, għandu jiddetermina, b’konformita' mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattati, il-bażi legali għal kull waħda minn dawn id-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-Acquis ta' Schengen.

F’dak li jirrigwarda dawk id-disposizzjonijiet u deċiżjonijiet u skond dik id-determinazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha teżerċita il-funzjonijiet mogħtija lilha bid-disposizzjonijiet rilevanti applikabli tat-Trattati. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja m'għandux ikollha kompetenza dwar il-miżuri jew deċiżjonijiet li jirrelataw maż-żamma ta' l-ordni u l-liġi u mal-ħarsien tas-sigurtà nterna.

Sakemm il-miżuri msemmija hawn fuq ma jkunux ittieħdu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, paragrafu 2, id-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkonstitwixxu l-Acquis ta' Schengen għandhom jitqiesu bħala atti bbażati fuq it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-Istati Membri li jkunu iffirmaw il-protokolli ta' l-Adeżjoni għall-ftahim ta’ Schengen, mid-dati deċiżi mill-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri msemmija fl-Artikolu 1, sakemm il-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni ta' xi uħud mill-Istati għall-Acquis ta’ Schengen ma jkunux intlaħqu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam.

Artikolu 3

Wara d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, id-Danimarka tibqa' żżomm l-istess drittijiet u obbligi vis-a-vis l-firmatarji l-oħra tal-ftehim ta’ Schengen, kif qabel l-imsemmija determinazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma' dawk il-partijiet ta' l-acquis ta’ Schengen li jkun stabbilit li jkollhom bażi legali fit-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

F’dak li għandu x’jaqsam ma' dawk il-partijiet ta' l-Acquis ta’ Schengen li jkun stabbilit li għandhom il-bażi legali fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandu jibqa' jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-firmatarji l-oħra tal-ftehim ta’ Schengen.

Artikolu 4

L-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li ma humiex marbuta bl-Acquis Schengen, jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu li jieħdu sehem f’parti jew fid-disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Acquis.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-talba bl-unanimità tal-membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 u tar-rappreżentant tal-Gvern ta' l-Istat konċernat.

Artikolu 5

1. Il-proposti u l-inizjattivi għall-iżvilupp ta' l-Acquis ta’ Schengen għandhom ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattati.

F’dan il-kuntest, jekk la l-Irlanda u lanqas ir-Renju Unit jew it-tnejn ma jkunu għarrfu bil-kitba lill-president tal-Kunsill fi żmien perjodu raġjonevoli li huma jkunu jixtiequ jieħdu sehem, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jew l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu li jkunu ġew mogħtija lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 u lill-Irlanda jew lir-Renju Unit meta xi wieħed minnhom ikun jixtieq jieħu sehem fl-oqsma ta’ kooperazzjoni in kwistjoni.

2. Id-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw anke jekk il-Kunsill ma jkunx adotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.

Artikolu 6

Ir-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja għandhom ikunu assoċjati fl-implementazzjoni ta' l-Acquis ta’ Schengen u l-iżvilupp ulterjuri tiegħu fuq il-bażi tal-Ftehim iffermat fil-Lussemburgu fid- 19 ta’ Diċembru 1996. Proċeduri xierqa għandhom ikunu mifthiema għal dak l-effett fi Ftehim li għandu jiġi finaliżżat ma' dawk l-Istati mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità tal-Membri msemmija fl-Artikolu 1. Dawn il-ftehim għandhom jinkludu disposizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni ta’ l-Islanda u n-Norveġja għal kull konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-implementazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Ftehim separat għandu jiġi konkluż ma' l-Islanda u n-Norveġja mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament, biex jistabilixxi drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq minn-naħa l-waħda, u l-Islanda u n-Norveġja mill-oħra, f’dawk l-oqsma ta' l-Acquis ta’ Schengen li japplikaw għal dawn l-Istati.

Artikolu 7

Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jadotta l-arranġamenti dettaljati għall-integrazzjoni tas-Segretarjat ta’ Schengen fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 8

Għall-iskopijiet tan-negozjati għall-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, l-Acquis ta’ Schengen u miżuri oħra meħudha mill-istituzzjonijiet f' dan l-ambitu tiegħu, għandhom jitqiesu bħala acquis li għandu jiġi aċċettat kollu kemm hu mill-Istati kollha kandidati għall-adeżjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ACQUIS TA’ SCHENGEN

1. Il-Ftehim, iffermat f’Schengen fl- 14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franciża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom.

2. Il-Konvenzjoni, iffermata f’Schengen fid- 19 ta’ Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li jimplementa il-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli matul il-fruntieri komuni tagħhom, iffermat f’Schengen fl- 14 ta’ Ġunju 1985, bl-Atti Finali u d-dikjarazzjonijiet komuni relattivi.

3. Il-Protokolli u l-Ftehim ta' Adeżjoni għall-Ftehim ta' l-1985 u l-Konvenzjoni ta' l-Implementazzjoni ta' l-1990 ma' l-Italja (iffermata f’Pariġi fis- 27 ta’ Novembru 1990), Spanja u l-Portugall (iffermati f’Bonn fil- 25 ta’ Ġunju 1991), il-Greċja (iffermat f’Madrid fis- 6 ta’ Novembru 1992), l-Awstrija (iffermat fi Brussel fit- 28 ta’ April 1995) u d-Danimarka, l-Finlandja u l-Isvezja (iffermati fil-Lussemburgu fid- 19 ta’ Diċembru 1996), bl-Atti Finali u d-dikjarazzjonijiet relativi.

4. Id-Deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet adottati mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni ta' l-Implementazzjoni ta' l-1990, kif ukoll l-atti adottati għall-implementazzjoni tal-Konvenzjoni mill-organi li fuqhom il-Kumitat Eżekuttiv għadda poteri biex jittieħdu d-deċiżjonijiet.

--------------------------------------------------

Il-Protokoll (no 3)

dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti kwistjonijiet li jirrelataw mar-Renju Unit u l-Irlanda,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-eżistenza għal ħafna snin ta' l-arranġementi speċjali għall-ivjaġġar bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jkun intitolat, independentament mill-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u kull disposizzjoniji oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kull miżura addottata skond dawk it-Trattati, jew kull ftehim internazzjonali konkluż mill-Komunità jew mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma' wieħed jew aktar Stati terzi, li jeżerċita fuq il-fruntieri tiegħu ma' Stati Membri oħra dawk il-kontrolli fuq persuni li jkunu jfittxu li jidħlu fir-Renju Unit bħalma huwa jikkonsidra li jkunu meħtieġa għal dan il-għan:

(a) li jivverifika id-dritt għad-dħul fir-Renju Unit ta’ ċittadini ta’ Stati li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u tad-dipendenti tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom bil-Liġijiet tal-Komunità, kif ukoll ta’ ċittadini ta’ Stati oħra li lilhom ingħataw drittijiet bħal dawn bi ftehim li bih huwa marbut ir-Renju Unit, u

(b) li jiddetermina jekk jagħtix jew le lil persuni oħra il-permess li jidħlu fir-Renju Unit.

Xejn fl-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jew f' xi disposizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f' xi miżura adottata permezz tagħhom m’għandu jippreġudika id-dritt tar-Renju Unit li jadotta jew jeżerċita dawn il-kontrolli. Referenzi għar-Renju Unit f’dan l-Artikolu għandhom jinkludu territorji li r-Renju Unit huwa responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

Artikolu 2

Ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jibqgħu jagħmlu arranġamenti bejniethom rigward il-moviment ta’ persuni bejn it-territorji tagħhom ("Iż-Żona Komuni għall-Ivjaġġar"), waqt li jirrispettaw bi sħieħ id-drittijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) ta’ dan il-Protokoll. Għalhekk, sakemm huma jżommu dawn l-arranġamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw għall-Irlanda skond l-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk għar-Renju Unit. Xejn fl-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, fl-ebda disposizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f’xi miżura adottati permezz tagħhom, m’għandu jaffetwa dawn l-arranġamenti.

Artikolu 3

L-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw fuq il-fruntieri tagħhom jew f’xi post ieħor tad-dħul fir-territorju tagħhom dawk il-kontrolli fuq persuni li jkunu jfittxu li jidħlu fit-territorju tagħhom mir-Renju Unit jew minn xi territorji li r-relazzjonijiet barranin tagħhom ikunu taħt ir-reponsabbiltà tiegħu għall-istess għanijiet kif jinsabu fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, jew mill-Irlanda sakemm id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll japplikaw għall-Irlanda.

Xejn fl-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jew f' xi disposizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f’ xi miżura adottata permezz tagħhom m’għanda tippreġudika d-dritt ta’ l-Istati Membri l-oħra li jadottaw jew jeżerċitaw kontrolli bħal dawn.

--------------------------------------------------

Il-Protokoll (no 4)

dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti kwistjonijiet dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda,

WARA LI KKONSIDRAW il-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Soġġett għall-Artikolu 3, ir-Renju Unit u l-Irlanda m’għandomx jieħdu parti fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. B' deroga mill-Artikolu 205, paragrafu 2, tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, maġġoranza kkwalifikata għandha tiġi definita bħala l-istess proporzjon ta’ voti peżati tal-membri kkonċernati tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 205, paragrafu 2. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandhom ikunu meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li jkunu jeħtieġu li jiġu adottati unanimament.

Artikolu 2

B’konsegwanza ta’ l-Artikolu 1 u soġġett għall-Artikoli 3, 4 u 6, l-ebda waħda mid-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda disposizzjoni ta’ ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta xi disposizzjoni jew miżura bħal dawn m’għandhom ikunu jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda jew japplikaw għalihom; u l-ebda waħda minn dawn id-disposizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b'xi mod taffetwa l-kompetenza, id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk l-Istati; u l-ebda waħda minn dawk id-disposizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b' xi mod taffettwa l-acquis communautaire u lanqas tifforma parti mil-liġijiet tal-Komunità kif dawn japplikaw għar-Renju Unit jew l-Irlanda.

Artikolu 3

1. Ir-Renju Unit jew l-Irlanda jistgħu jinnotifikaw lill-President tal-Kunsill bil-miktub, fi żmien tlett xhur wara li proposta jew inizjattiva tkun ġiet ippreżentata lill-Kunsill skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, li huma jkunu jixtiequ li jieħdu parti fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ xi uħud minn dawk il-miżuri proposti, meta allura dak l-Istat ikun intitolat li jagħmel hekk. B' deroga mill-Artikolu 205, paragrafu 2, tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, maġġoranza kkwalifikata għandha tkun definita bħala l-istess proporzjon tal-voti peżati tal-membri kkonċernati tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 205, paragrafu 2.

L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni ta’ xi membru li ma jkunx wassal dik in-notifika, tkun meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li għandu jaddotta b' unanimità. Miżura adottata skond dan il-paragrafu torbot lill-Istati Membri kollha li jkunu ħadu parti fl-adozzjoni tagħha.

2. Jekk wara perijodu ta’ żmien raġonevoli xi miżura msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tista' tiġi adottata bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda, il-Kunsill jista' jadotta dawk il-miżuri skond l-Artikolu 1 mingħajr il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda. F’dak il-każ japplika l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Ir-Renju Unit jew l-Irlanda jistgħu f’kull żmien wara l-adozzjoni ta’ xi miżura mill-Kunsill skond it-Titoli IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw dik il-miżura. F’dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 11, paragrafu 3, tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tapplika mutatis mutandis.

Artikolu 5

Stat Membru li ma jkunx marbut b’xi miżura adottata skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ma jkunx tenut li jerfa' xi konsegwenzi finanzjarji ta’ dawk il-miżuri barra mill-ispejjeż amministrattivi meħtieġa għall-istituzzjonijiet.

Artikolu 6

Meta, fil-każijiet imsemmija f’dan il-Protokoll, ir-Renju Unit jew l-Irlanda ikunu marbuta b’xi miżura adottata mill-Kunsill skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-disposizzjonijiet pertinenti ta’ dak it-Trattat, inkluż l-Artikolu 68, għandhom japplikaw għal dak l-Istat f’dak li jirrigwarda dik il-miżura.

Artikolu 7

L-Artikoli 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Protokoll li jintegra l-Acquis Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

L-Irlanda tista' tinnotifika bil-mitkub lill-President tal-Kunsill li hi ma tkunx aktar tixtieq li tkun marbuta bil-kondizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. F’dak il-każ, id-disposizzjonijiet normali tat-trattat għandhom japplikaw għall-Irlanda.

--------------------------------------------------

Il-Protokoll (no 5)

dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JFAKKRU id-Deċiżjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew tal-Gvern, li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew f’Edinburgu fit- 12 ta’ Diċembru 1992, rigward ċerti problemi mqajma mid-Danimarka dwar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI NNOTTAW il-pożizzjoni tad-Danimarka f’dak li jirrigwarda iċ-Cittadinanza, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Politika tad-Difiża u l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni kif stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Edinburgu,

WAQT LI JIKKONSIDRAW l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

PARTI I

Artikolu 1

Id-Danimarka ma tieħux parti fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. B' deroga mill-Artikolu 205, paragrafu 2, tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, maġġoranza kkwalifikata għandha tkun definita bħala l-istess proporzjon ta’ voti peżati tal-membri kkonċernati tal-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 205, paragrafu 2. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern tad-Danimarka, tkun meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati unanimament.

Artikolu 2

Ebda disposizzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda disposizzjoni ta’ ftehim internazzjonali konkluż mill-Komunità skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta' xi wħud minn dawn id-disposizzjonijiet jew miżuri m' għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha; u l-ebda waħda minn dawn id-disposizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b'xi mod tippreġudika l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka; u l-ebda waħda minn dawk id-disposizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b' xi mod taffettwa l-acquis communautaire u lanqas ma tifforma parti mil-liġijiet tal-Komunità kif dawn japplikaw għad-Danimarka.

Artikolu 3

Id-Danimarka m’għanda terfa' l-ebda konsegwenza finanzjarja tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, barra l-ispejjeż amministrattivi konnessi ma' l-istituzzjonijiet.

Artikolu 4

L-Artikoli 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom visa meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri, jew miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ format uniformi għall-visi.

Artikolu 5

1. Id-Danimarka għandha tiddeċiedi f' perjodu ta’ 6 xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq proposta jew inizjattiva li jiżviluppa fuq l-Acquis ta’ Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, jekk timplimentax din id-deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha. Jekk tiddeċiedi li tagħmel hekk, din id-deċiżjoni toħloq obbligu skond il-ligi internazzjonali bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Irlanda jew r-Renju Unit jekk dawk l-Istati jieħdu sehem fl-oqsma ta’ kooperazzjoni in kwistjoni.

2. Jekk id-Danimarka tiddeċiedi li ma timplimentax xi deċiżjoni tal-Kunsill kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri msemmija f’Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-Acquis ta’ Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jikkunsidraw l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu.

PARTI II

Artikolu 6

Għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati mill-Kunsill fil-qasam ta’ l-Artikoli 13, paragrafu 1, u l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, imma ma timpedix l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam. Għalhekk id-Danimarka m’għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tagħhom. Id-Danimarka m’għandhiex tkun obbligata tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-ispiża operattiva li toriġina minn dawk il-miżuri.

PARTI III

Artikolu 7

Id-Danimarka fi kwalunkwe żmien tista', skond il-ħtiġiet kostituzzjonali tagħha, tinforma lill-Istati Membri l-oħra li hi ma tkunx tixtieq aktar tagħmel użu minn dan il-Protokoll kollu jew parti minnu. F’dak il-każ, id-Danimarka għandha tapplika għal kollox il-miżuri kollha relevanti li f’dak iż-żmien ikunu fis-seħħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 6)

dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (2001)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JRIDU li jistabilixxu l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja kif previst fl-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.,

QABLU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika:

Artikolu 1

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kostitwita u teżerċita l-funzjoni tagħha skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat ta’ l-UE), tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat tal-KE), tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. (Trattat tal-KEEA) u ta’ dan l-Istatut.

TITOLU I

L-IMĦALLFIN U L-AVUKATI ĠENERALI

Artikolu 2

Qabel ma jassumi l-kariga kull Imħallef għandu, f'seduta pubblika, jaħlef li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’imparzjalità u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti.

Artikolu 3

L-Imħallfin igawdu l-immunità minn proċedimenti legali kontrihom. Wara li jkunu spiċċaw mill-kariga, jibqgħu igawdu l-immunità rigward l-atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem u l-kitba tagħhom.

Il-Qorti, f’seduta plenarja, tista’ tneħħi din l-immunità.

Meta l-immunità tkun tneħħiet u jittieħdu proċeduri kriminali kontra Mħallef, dan ikun jista' jiġi proċessat biss minn qorti kompetenti biex tiġġudika l-membri ta’ l-ogħla ġudikatura nazzjonali, f’xi wieħed mill-Istati Membri.

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 tal-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej jgħoddu għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Registratur u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immunità ta' l-Imhallfin minn proċedimenti legali, li huma msemmija fil-paragrafi ta’ qabel.

Artikolu 4

L-Imħallfin ma' jistgħu ikollhom ebda kariga politika jew amministrattiva.

Ma jistgħu jeżerċitaw ebda attività professjonali, bi ħlas jew mingħajr, ħlief bl-eżenzjoni eċċezzjonali mogħtija mill-Kunsill.

Meta jassumu d-doveri tagħhom, dawn għandhom jintrabtu solennement li kemm matul il-perjodu tal-kariga tagħhom, kif ukoll wara li din tkun intemmet, jirrispettaw l-obbligi marbuta magħha, b’mod partikolari d-doveri ta' l-onestà u d-diskrezzjoni fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni, wara li jkunu temmew il-kariga, ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

F'każ ta' dubju tiddeċiedi l-Qorti.

Artikolu 5

Apparti s-sostituzzjoni normali, jew il-mewt, id-dmirijiet ta’ Mħallef jintemmu meta dan jirriżenja.

Meta Mħallef jirriżenja, l-ittra tar-riżenja għandha tiġi indirizzata lill-President tal-Qorti biex tintbagħat lill-President tal-Kunsill. Din in-notifika iġġib post battal fis-sedja.

Ħlief fejn ikun jgħodd l-Artikolu 6, Imħallef ikompli fil-kariga sakemm is-suċċessur tiegħu jassumi d-doveri tiegħu.

Artikolu 6

L-Imħallfin jistgħu jiġu mneħħija mill-kariga tagħhom jew miċħuda mid-dritt tagħhom għal pensjoni jew minn vantaġġi oħra minflokha, f'każ biss li, fuq ġudizzju unanimu ta' l-Imħallfin u ta' l-Avukati Ġenerali tal-Qorti, ma jkunux iktar fil-pussess tar-rekwiżiti meħtieġa jew ma jissodisfawx iktar l-obbligi tal-kariga tagħhom. L-Imħallef interessat ma jieħux parti f'deliberazzjoni bħal din.

Ir-Reġistratur tal-Qorti għandu jikkomunika din id-deċiżjoni tal-Qorti lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kummissjoni u għandu jgħarraf ukoll lill-President tal-Kunsill.

F'każ ta’ deċiżjoni li jitneħħa Mħallef mill-kariga, in-notifika ġġib post battal fis-sedja.

Artikolu 7

L-Imħallfin li l-funzjoni tagħhom tintemm qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom jiġu sostitwiti għall-bqija taż-żmien tal-mandat.

Artikolu 8

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 7 jgħoddu għall-Avukati Ġenerali.

TITOLU II

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 9 [1]

Meta, kull tliet snin, ikun hemm tibdil parzjali ta' l-Imħallfin, għandhom ikunu mibdula alternattivament tlettax u tnax-il Imħallef

Is-sostituzzjoni parzjali ta' l-Avukati Ġenerali, li jseħħ kull tliet snin, imiss erba' Avukati Ġenerali kull darba.

Artikolu 10

Ir-Registratur jieħu ġurament quddiem il-Qorti li jaqdi dmirijietu b’imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet.

Artikolu 11

Il-Qorti għandha taħseb minn qabel għas-sostituzzjoni tar-Reġistratur f'każ ta' l-impediment ta' dan.

Artikolu 12

Uffiċjali u impjegati oħra għandhom jiġu addetti mal-Qorti biex din tkun tista’ tiffunzjona. Huma taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur taħt l-awtorità tal-President.

Artikolu 13

Fuq proposta tal-Qorti, il-Kunsill jista’, b’mod unanimu, jipprovdi biex jaħtar Assistenti Relaturi u jistabilixxi r-regoli dwar is-servizz tagħhom. L-Assistenti Relaturi jistgħu jiġu msejħa, skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regoli tal-Proċedura, biex jipparteċipaw fl-istruzzjoni tal-kawzi miġjuba quddiem il-Qorti u biex jikkoperaw ma’ l-Imħallef Relatur.

L-Assistenti Relaturi, li għandhom jintgħażlu minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju mill-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kwalifiki legali meħtieġa, jiġu maħtura mill-Kunsill. Huma jaħilfu quddiem il-Qorti li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħarsu s-segretezza tad-deliberazzjonijiet.

Artikolu 14

L-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur għandhom joqogħdu fil-lokalità fejn tiltaqa’ l-Qorti.

Artikolu 15

Il-Qorti tiltaqa’ b’mod permanenti. It-tul tal-vaganzi ġudizzjarji jiġi stabbilit mill-Qorti billi tqis il-ħtiġiet tax-xogħol tagħha.

Artikolu 16

Il-Qorti għandha tistitwixxi fi ħdanha awli komposti minn tlieta u ħames Imħallfin. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-Presidenti ta’ l-awli. Il-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti darba biss.

L-Awla Manja tikkonsisti minn tlettax-l Imħallef. Din tkun presjeduta mill-President tal-Qorti. Jagħmlu parti ta' l-Awla Manja l-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin kif ukoll Imħallfin oħra maħtura skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Il-Qorti tiltaqa’ f’ Awla Manja meta Stat Membru jew istituzzjoni tal-Komunitajiet li jkunu parti fil-kawża hekk jitolbu.

Il-Qorti tiltaqa’ bħala Qorti plenarja meta jinġiebu quddiemha kawżi skond l-Artikolu 195(2), l-Artikolu 213(2), l-Artikolu 216 jew l-Artikolu 247(7) tat-Trattat tal-KE jew l-Artikolu 107d(2), l-Artikolu 126(2), l-Artikolu 129 jew l-Artikolu 160b(7) tat-Trattat.tal-KEEA.

Barra minn hekk, meta jidhrilha li każ pendenti quddiemha jkun ta’ importanza eċċezzjonali, il-Qorti tista’ tiddeċiedi, wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, li tirreferi l-kawża lill-Qorti plenarja.

Artikolu 17

Il-Qorti tiddeċiedi validament biss meta tkun komposta bil-fard.

Id-deċiżjonijiet ta’ l-awli li jikkonsistu minn tlieta jew minn ħames Imħallfin ikunu validi biss jekk mogħtija minn tliet Imħallfin.

Id-deċiżjonijiet ta’ l-Awla Manja jkunu validi biss jekk l-Imħallfin fis-sedja jkunu disgħa.

Id-deċizjonijiet tal-Qorti plenarja jkunu validi biss jekk ikun hemm ħmistax-l Imħallef fis-sedja.

Fil-każ ta' mpediment ta' wieħed mill-Imħallfin ta’ awla li jattendi, Imħallef ta’ awla oħra jista’ jissejjaħ biex jieħu s-sedja skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 18

Ebda Mħallef jew Avukat Ġenerali ma jista’ jieħu parti fit-trattazzjoni ta’ kawża li jista' jkun ħa parti fiha qabel bħala aġent jew konsulent jew ikun aġixxa għal waħda mill-partijiet, jew li jkun ġie msejjaħ biex jippronunzja ruħu bħala membru tal-qorti jew tribunal, ta’ Kummissjoni ta’ inkjesta jew f’kapaċità oħra.

Jekk, għal xi raġuni speċjali, xi mħallef jew Avukat Ġenerali jikkonsidra li m’għandux jieħu parti f’ġudizzju jew eżami ta’ xi kawża partikolari, hu għandu jinforma lill-President. Jekk il-President jikkonsidra li xi Mħallef jew Avukat Ġenerali għal xi raġuni speċjali m’għandux jisma’ jew jagħmel sottomissjonijiet f’kawża partikolari, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-persuna nteressata.

F'każ ta diffikultà dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu din għandha tiġi deċiża mill-Qorti.

Parti ma tistax titlob il-bidla fil-kompożizzjoni tal-Qorti jew ta’ waħda mill-awli tagħha la għar-raġuni kemm taċ-ċittadinanza ta’ Imħallef u l-anqas ta’ l-assenza mill-Qorti jew mill-awla ta’ Mħallef taċ-ċittadinanza ta’ dik il-parti.

TITOLU III

PROĊEDURA

Artikolu 19

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ikunu rappreżentati quddiem il-Qorti minn aġent maħtur għal kull każ; l-aġent jista’ jkun assistit minn konsulent jew minn avukat.

Minbarra l-Istati Membri, l-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u wkoll ta’ l-Awtorità għas-Sorveljanza ta’ l-EFTA msemmija f’dak il-Ftehim għandhom ikunu rappreżentati bl-istess mod.

Partijiet oħra għandhom ikunu rappreżentati minn avukat.

Avukat biss, li jkun awtorizzat biex jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista’ jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-Qorti.

Dawn l-aġenti, konsulenti u avukati, meta jidhru quddiem il-qorti, igawdu mid-drittijiet u l-immunitajiet meħtieġa għall-eżerċizzju indipendenti tad-doveri tagħhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Fir-rigward ta’ dawn il-konsulenti u l-avukati li jidhru quddiemha, il-Qorti għandu jkollha s-setgħat li normalment igawdu qrati u tribunali, skond il-kondizzjonijet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Għalliema ta’ l-Università li jkunu ċittadini ta' l-Istati Membri li l-liġi tagħhom tagħtihom id-dritt ta’ udjenza għandu jkollhom l-istess drittijiet quddiem il-Qorti li dan l-Artikolu jagħti lill-avukati.

Artikolu 20

Il-proċedura quddiem il-Qorti tikkonsisti f’żewġ partijiet: dik miktuba u dik bil-fomm.

Il-proċedura miktuba tikkonsisti fil-komunikazzjoni lill-partijiet u lill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet li d-deċiżjoni tagħhom tkun qiegħda tiġi mistħarrġa, ta’ applikazzjonijiet, stqarrijiet dwar il-każ, difiżi u osservazzjonijiet, u ta’ repliki, jekk ikun hemm, kif ukoll ta’ skritti u dokumenti miġjuba biex isaħħu l-każ jew ta’ kopji awtentikati tagħhom.

Il-komunikazzjonijiet isiru permezz ta' Reġistratur fl-ordni u fit-termini stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Il-proċedura bil-fomm tkun tikkonsisti fil-qari tar-rapport ippreżentat minn Imħallef li jkun jaġixxi bħala Relatur, fis-smigħ mill-Qorti ta’ aġenti, konsultenti u avukati u fis-sottomissjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali, kif ukoll fis-smigħ, jekk ikun hemm ta’ xhieda u esperti.

Meta l-Qorti tqis li l-kawża ma tqajjimx xi punt ġdid ta’ dritt, hija tista’ tiddeċiedi, wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, illi l-kawża tista’ tinqata’ mingħajr sottomissjoni mill-Avukat Ġenerali.

Artikolu 21

Każ jista’ jitressaq quddiem il-Qorti permezz ta’ rikors bil-miktub indirizzat lir-Reġistratur. Fir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalita' tal-firmatarju, l-isem tal-parti jew tal-partijiet avversarji, l-oġġett tal-kwestjoni, il-forma ta' ordni rikjesta u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.

Ir-rikors għandu jkun akkompanjat, meta ikun il-każ, mill-att li tiegħu jintalab l-annullament jew fl-ipotesi kontemplata fl-Artikolu 232 tat-Trattat tal-KE u Artikolu 148 tat-Trattat tal-KEEA, minn dokument li jiċċertifika d-data tat-talba prevista f'dawn l-artikoli. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux ġew sottomessi mar-rikors, ir-Reġistratur għandu jsejjaħ lil parti nteressata biex iġġibhom fi żmien raġonevoli, bla ma iżda tkun tista tiġi eċċepita d-dekadenza f'każ li d-dokumenti jinġiebu wara li jkun għalaq iż-żmien li fih kellu jsir ir-rikors.

Artikolu 22

Il-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 18 tat-Trattat tal-KEEA għandhom jitressqu quddiem il-Qorti permezz ta’ appell indirizzat lir-Reġistratur. L-appell għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, referenza għad-deċiżjoni li kontriha jkun qed jitressaq l-appell, l-ismijiet tal-partijiet avversarji, l-oġġett tal-kawża, is-sottomissjonijiet u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.

Mar-rikors għandu jkun hemm kopja awtentika tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ li tkun qed tiġi kontestata.

Jekk il-Qorti tiċħad l-appell, is-sentenza tal-Kumitat ta’ l-Abitraġġ tkun definittiva.

Jekk il-Qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ, il-kwistjoni tista’ tarġa’ tinfetaħ jekk ikun il-każ, fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet fil-kawża, quddiem il-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ. Dan ta’ l-aħħar għandu jikkonforma ruħu mal-punti ta' dritt deċiżi mill-Qorti.

Artikolu 23

Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 35(1) tat-Trattat ta’ l-UE, mill-Artikolu 234 tat-Trattat tal-KE u mill-Artikolu 150 tat-Trattat tal-KEEA, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal ta’ l-Istat Membru li jissospendi l-proċedimenti u jirreferi l-każ lill-Qorti għandha tiġi notifikata lill-Qorti mill-qorti jew tribunal konċernat. Din id-deċiżjoni għandha tiġi mbagħad notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti lill-partijiet, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Kunsill jew lill-Bank Ċentrali Ewropew jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata ikun ġie emanat minn wieħed minnhom, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkun ġie emanat b'mod konġjunt minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, il-partijiet, l-Istati Membri, l-Kummisjoni u meta jkun il-każ, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew, ikollhom id-dritt li jissottomettu noti jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti.

F’każijiet kontemplati fl-Artikolu 234 tat-Trattat tal-KE, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali għandha tiġi notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti ukoll lill-Istati li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, barra mill-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorita' ta' Sorveljanza ta' l-EFTA prevista f'dak il-ftehim, li fi żmien xahrejn min-notifika, meta jkollu x' jaqsam wieħed mill-oqsma ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim, ikunu jistgħu jissottomettu lill-Qorti, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.

Fejn ftehim relatat ma' suġġett speċifiku, konkluż mill-Kunsill u Stat wieħed jew aktar li mhux membri, jipprovdi li dawk l-Istati jkunu intitolati li jippreżentaw noti jew osservazzjoni bil-miktub meta qorti jew tribunal ta' Stat Membru tirreferi għall-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari kwistjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li fiha dik il-kwistjoni għandha tkun innotifikata lill-Istati mhux membri kkonċernati. Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, dawk l-Istati jistgħu jippreżentaw lill-Qorti noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.

Artikolu 24

Il-Qorti tista’ titlob lill-partijiet biex iġibu d-dokumenti kollha u biex jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tkun tixtieq. F' każ ta rifjut, tieħu nota formali.

Il-Qorti tista’ wkoll teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li ma jkunux parti fil-kawża jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tqis meħtieġa għall-fini tal-proċess.

Artikolu 25

Il-Qorti tista f’kull żmien tagħti perizja lil kull persuna, korp, uffiċju, kummissjoni jew organu li tagħżel hi.

Artikolu 26

Jistgħu jinstemgħu xhieda skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura

Artikolu 27

Rigward xhieda li jonqsu li jidhru, il-Qorti għandha l-poteri li ġeneralment jingħataw lill-qrati u lit-tribunali u tista’ timponi pieni ta’ flus skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 28

Ix-xhieda u l-periti jistgħu jinstemgħu bil-ġurament li jittieħed skond il-forma stabbilita fir-Regoli tal-Proċedura jew bil-mod kif stabbilit fil-liġijiet tal-pajjiż tax-xhud jew tal-perit.

Artikolu 29

Il-Qorti tista’ tordna li xhud jew perit jinstama’ mill-awtorità ġudizzjarja tal-post fejn ikun joqgħod.

L-ordni tintbagħat għall-esekuzzjoni lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura. L-atti riżultanti mill-esekuzzjoni tar-rogatorji għandhom jiġu rritornati lill-Qorti bl-istess kondizzjonijiet.

Il-Qorti għandha tħallas l-ispejjeż, b'dan li tgħaddihom, jekk ikun il-każ, lill-partijiet.

Artikolu 30

Kull Stat Membru għandu jqis kull vjolazzjoni tal-ġurament minn xhud jew minn perit bħala l-istess reat kommess quddiem qorti nazzjonali tiegħu f'materji ċivili. Fuq denunzja tal-Qorti, l-Istat Membru konċernat għandu jipproċedi kontra l-awturi ta' dak ir-reat quddiem il-qorti kompetenti nazzjonali.

Artikolu 31

Is-smigħ fil-qorti għandu jkun pubbliku, sakemm il-qorti, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-partijiet konċernati, ma tiddeċidix mod ieħor għal raġunijiet serji.

Artikolu 32

Waqt is-smigħ il-Qorti tista’ teżamina l-periti, ix-xhieda u l-partijiet infushom.Madanakollu dawn ta’ l-aħħar jistgħu jindirizzaw il-Qorti biss permezz tar-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 33

Għandhu jinżamm verbal ta’ kull smigħ li jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur.

Artikolu 34

Il-lista tal-kawżi għandha tiġi ffissata mill-President.

Artikolu 35

Id-deliberazzjonijiet tal-Qorti għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.

Artikolu 36

Is-sentenzi għandhom ikunu motivati. Għandu jkollhom l-ismijiet ta’ l-Imħallfin li jkunu ħadu parti fid-deliberazzjonijiet.

Artikolu 37

Is-sentenzi għandhom jiġu ffirmati mill-President u mir-Reġistratur. Għandhom jinqraw fil-Qorti bil-miftuħ.

Artikolu 38

Il-Qorti tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

Artikolu 39

Il-President tal-Qorti, skond proċedura sommarja li tkun tista tidderoga safejn meħtieġ minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Istatut u li għandha tiġi stabbilita minn Regoli tal-Proċedura, bil-ħsieb kemm biex tiġi ottentuta s-sospensjoni prevista fl-Artikolu 242 tat-Trattat tal-KE u fl-Artikolu 157 tat-Trattat tal KEEA, kemm għall-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji skond l-Artikolu 243 tat-Trattat tal-KE jew l-Artikolu 158 tat-trattat tal-KEEA, kemm għas-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni furzata skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artiklu 256 tat-Trattat tal-KE jew skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat tal-KEEA.

F'każ ta impediment tal-President, jiġi sostitwit minn Imħallef ieħor skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Id-deċiżjoni tal-President jew ta’ l-Imħallef li jkun issostitwih tkun biss ta' karattru proviżorju u bl’ebda mod ma tippreġudika d-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-meritu.

Artikolu 40

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti.

L-istess dritt jappartjeni lil kull persuna oħra li turi li jkollha interess fl-eżitu ta' kawża mressqa quddiem il-Qorti, barra mill-kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jew bejn Stati Membri min-naħa waħda u istituzzjonijiet tal-Komunitajiet min-naħa l-oħra.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu, l-Istati, barra mill-Istati Membri, li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Awtorita ta' Sorveljanza ta' l-EFTA prevista f'dan il-ftehim, jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti meta dawn jirrigwardaw wieħed mill-oqsma ta' l-applikazzjoni ta' l-istess Ftehim.

Rikorsi għal intervent jistgħu ikollhom bħala oġġett biss is-sostenn tat-talbiet ta' waħda mill-partijiet.

Artikolu 41

Meta il-parti konvenuta, regolarment imħarrka, tonqos milli tressaq sottomissjonijiet bil-miktub tingħata s-sentenza fil-kontumaċja tagħha. Is-sentenza tkun suġġetta għall-oppożizzjoni fi żmien xahar min-notifika tagħha. Salv deċiżjoni kuntrarja tal-Qorti, l-oppożizzjoni ma twaqqafx l-esekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-kontumaċja.

Artikolu 42

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet u kull persuna oħra fisika jew ġuridika jistgħu, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura, jibdew proċedimenti ta' terzi kontra sentenzi mogħtija mingħajr ma huma jkunu ġew imsejjħa fil-kawża, meta dik is-sentenza tkun ta' preġudizzju għad-drittijiet tagħhom.

Artikolu 43

F' każ ta' dubju dwar it-tifsir jew il-portata ta' sentenza, ikun imiss lill-Qorti li tinterpretaha fuq talba ta' xi parti jew ta' xi istituzzjoni tal-Komunitajiet li turi li jkollha interess f'dan.

Artikolu 44

Ir-reviżjoni ta' sentenza tista' tintalab lill-Qorti biss għar-raġuni li jiġi skopert fatt ta' natura tali li jkollu influwenza deċiżiva u li, qabel il-għoti tas-sentenza ma kienx magħruf lill-Qorti u lill-parti li titlob ir-reviżjoni.

Il-proċedura tar-reviżjoni tinfetaħ b'sentenza tal-Qorti li tikkonstata espressament l-eżistenza ta' fatt ġdid, tirrikonoxxi li jkun ta' karattru li jgħati lok għar-reviżjoni u tiddikjara li fuq dan il-motiv it-talba tkun ammissibli.

Ebda talba għar-reviżjoni ma tista’ ssir wara li jgħaddu għaxar snin mid-data tas-sentenza.

Artikolu 45

Ir-Regoli tal-Proċedura jistabilixxi perijodi ta' grazzja fuq konsiderazzjonijiet ta' distanza.

Ebda dritt ma jintilef bħala riżultat ta' l-iskadenza tat-termini, jekk il-parti interessata tipprova l-eżistenza ta' każ fortuwitu jew ta' forza maġġuri.

Artikolu 46

L-azzjonijiet kontra l-Komunitajiet f' materja ta' responsabiltà non-kontrattwali jiġu preskritti b'ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Il-preskrizzjoni tiġi nterrotta kemm bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti, kif ukoll bit-talba qabel il-preżentata li tista' tagħmel il-parti leża lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-Komunitajiet. F' dan l-aħħar każ, ir-rikors għandu jiġi preżentat fit-terminu ta' xahrejn previst fl-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE u fl-Artikolu 146 tat-Trattat tal-KEEA; japplikaw meta jkun il-każ, rispettivament id-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikoli 232 tat-Trattat tal-KE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 148 tat-Trattat tal-KEEA.

TITOLU IV

IL-QORTI TA’ PRIM' ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 47

L-Artikoli 2 sa 8, l-Artikoli 14 u 15, l-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames paragrafi ta’ l-Artikolu 17 u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti ta’ Prim' Istanza u l-membri tagħha. Il-ġurament imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jittieħed quddiem Qorti tal-Ġustizzzja u s-sentenzi msemmija fl-Artikolu 3, 4 u 6 jiġu adottati minn dik il-Qorti wara konsultazzjoni mal-Qorti ta’ Prim' Istanza.

Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 3 u l-Artikoli 10, 11 u 14 jgħoddu mutatis mutandis għar-Reġistratur tal-Qorti ta’ Prim' Istanza.

Artikolu 48 [2]

Il-Qorti tal-Prim Istanza għandha tikkonsisti f'ħamsa u għoxrin Imħallef

Artikolu 49

Il-membri tal-Qorti ta' Prim' Istanza jistgħu jissejħu biex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ Avukat Ġenerali.

L-Avukat Ġenerali għandu l-funzjoni li jippreżenta pubblikament, bl-imparzjalità kollha u bl-indipendenza kollha, sottomisjonijiet motivati fuq ċerti kawżi imressqin quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza bl-iskop li jassisti lil din fix-xogħol tagħha.

Il-kriterji tal-għażla ta' dawn il-kawżi, kif ukoll il-modalitajiet biex jiġu nominati l-Avukati Ġenerali, huma stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti ta’ Prim' Istanza.

Membru li jiġi msejjaħ biex jeżerċita l-funzjoni ta’ Avukat Ġenerali f’kawża ma jistax jieħu sehem fid-deċizjoni ta' dik il-kawża.

Artikolu 50

Il-Qorti ta' Prim' Istanza tiltaqa' f’awli komposti minn tlieta jew ħames Imħallfin. L-Imħallfin jeleġġu minn fosthom il-Presidenti ta’ l-awli. Il-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal darba oħra.

Il-kompożizzjoni ta’ l-awli u t-tqassim tal-kawżi bejniethom isiru skond ir-Regoli tal-Proċedura. F’ċerti każi, determinati mir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti ta’ Prim' Istanza tista’ tiltaqa’ f’seduta plenarja jew tkun kostitwita minn Imħallef wieħed.

Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu ukoll jipprovdu li l-Qorti ta’ Prim' Istanza tiltaqa’ f'Awla Manja fil-każi u skond il-kondizzjonijiet speċifikati fihom

Artikolu 51

B'deroga mir-regola stabbilita fl-Artikolu 225(1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 140(a)(1) tat-Trattat dwar il-KEEA, ġurisdizzjoni għandha tkun riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat tal-KE u l-Artikoli 146 u 148 tat-Trattat tal-KEEA meta jitressqu minn Stat Membru kontra:

(a) xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, jew minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, ħlief għal:

- deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE;

- azzjonijiet tal-Kunsill adottati skond xi regolament tal-Kunsill dwar miżuri biex iħarsu l-kummerċ fis-sens ta' l-Artikolu 133 tat-Trattat tal-KE;

- azzjonijiet tal-Kunsill li permezz tagħhom il-Kunsill jeżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni skond it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 202 tat-Trattat tal-KE;

(b) kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 11a tat-Trattat tal-KE.

Ġurisdizzjoni għandha tkun ukoll riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-istess Artikoli meta dawn jitressqu minn xi istituzzjoni tal-Komunitajiet jew mill-Bank Ċentrali Ewropew kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, jew mill-Kummissjoni, jew jitressqu minn xi istituzzjoni tal-Komunitajiet kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 52

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President tal-Qorti ta' Prim' Istanza għandhom jistabilixxu, bi qbil bejniethom, il-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra adetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Qorti ta' Prim' Istanza biex jassiguraw il-funzjonament tagħha. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra jkunu responsabbli lejn ir-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti ta' Prim' Istanza.

Artikolu 53

Il-proċedura quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza tiġi regolata bit-Titolu III.

Il-Proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tiġi preċizata u kompletata, safejn ikun meħtieġ, mir-Regoli tal-Proċedura. Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu jidderogaw mir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 40 u mill-Artikolu 41 biex jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-litigazzjoni fil-qasam tal-propjetà intellettwali.

B'deroga mir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Avukat Ġenerali jista’ jippreżenta s-sottomissjonijiet motivati tiegħu bil-miktub.

Artikolu 54

Jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti ta' Prim' Istanza jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu jgħaddih immedjatament lir-Reġistratur ta-Qorti ta’ Prim' Istanza; bl-istess mod, jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti ta’Prim' Istanza, dan għandu jgħaddih immedjatament minn dak ir-Reġistratur lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta l-Qorti ta' Prim' Istanza ssib li ma tkunx kompetenti biex tieħu konjizzjoni ta' rikors li jidħol fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja; bl-istess mod meta l-Qorti tal-Ġustizzja ssib li rikors jidħol fil-kompetenza tal-Qorti ta’ Prim' Istanza, hija tirreferi lil din ta' l-aħħar, li mbagħad ma tkunx tista' tirrifjuta l-kompetenza tagħha.

Meta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim' Istanza jinġiebu kawżi fejn tkun qed tintalab l-istess tiswija ta' ġustizzja, fejn titqajjem l-istess kwistjoni ta' interpretazzjoni jew jitqanqal dubju dwar il-validita' ta' l-istess att, il-Qorti ta' Prim' Istanza tista', wara li tkun semgħat il-partijiet, twaqqaf il-proċedimenti sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza, jew, fejn l-azzjoni titressaq skond l-Artikolu 230 tat-Trattat KE jew skond l-Artikolu 146 tat-Trattat KEEA, ma taċċettax il-ġurisdizzjoni biex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dwar dawk l-applikazzjonijiet. Fl-istess ċirkostanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' wkoll tiddeċiedi li twaqqaf il-proċedimenti li jkun hemm quddiemha; f'dak il-każ il-proċedimenti ta' quddiem il-Qorti ta' Prima Istanza għandhom jitkomplew.

Meta Stat Membru u istituzzjoni tal-Komunitajiet ikunu jirrikużaw l-istess azzjoni, il-Qorti ta' Prima Istanza m'għandhiex taċċetta ġurisdizzjoni biex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dwar dawk l-applikazzjonijiet.

Artikolu 55

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jikkonkludu l-proċediment, deċiżjonijiet li jaqtgħu kwestjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwestjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammisibbiltà għandhom jiġu notifikati mir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Prim' Istanza lill-partijiet kollha kif ukoll lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet anke jekk dawn ma kienux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti ta’ Prim' Istanza.

Artikolu 56

Jista’ jsir appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fi żmien xahrejn li jmissu min-notifika tad-deċiżjoni impenjata, kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jikkonkludu l-proċediment kif ukoll kontra d-deċiżjonijiet tagħha li jaqtgħu kwestjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammissibilità.

Dan l-appell jista’ jitressaq minn kwalunkwe parti li tkun tilfet parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. B'danakollu dawk li jintervjenu ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tal-Qorti ta' Prim' Istanza taffettwahom direttament.

Ħlief fil-każ ta' kawżi bejn il-Komunitajiet u l-impjegati tagħhom, appell jista wkoll jitressaq minn Stati Membri u istituzzjonijiet tal-Komunitajiet li ma kienux intervenew fil-kawża quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza. F'dan il-każ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ikunu fl-istess pożizzjoni bħal dik ta' Stati Membri jew istituzzjonijiet li jkunu intervenew f'Prim' istanza.

Artikolu 57

Jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn li jmissu min-notifika tad-deċiżjoni taċ-ċaħda, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.

Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzzja kontra sentenza tal-Qorti ta' Prim' Istanza mogħtija skond l-Artikolu 242 jew l-Artikolu 243 jew ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 256 tat-Trattat ta’ l-KE jew skond l-Artikolu 157 jew l-Artikolu 158 jew it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 164 tat-Trattat tal-KEEA fi żmien xahrejn min-notifika tagħha.

L-appell imsemmi fl-ewwel żewġ paragrafi ta’ dan l-Artikolu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

Artikolu 58

Appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. Jista’ jkun ibbażat fuq motivi ta' l-inkompetenza tal-Qorti ta' Prim' Istanza, ta' ksur tal-proċedura quddiemha li tagħmel ħsara lill-interessi ta’ l-appellant kif ukoll il-ksur tad-dritt komunitarju mill-Qorti ta' Prim' Istanza.

L-appell ma jistax isir biss fuq l-ammont ta' l-ispejjeż u fuq min għandu jħallashom

Artikolu 59

Fil-każ ta' appell kontra deċiżjoni tal-Qorti ta' Prim' Istanza, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun tikkonsisti f’parti bil-miktub u parti bil-fomm. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tkun semgħet 'l-Avukat Ġenerali u l' partijiet, tkun tista’ tiddeċiedi mingħajr il-proċedura bil-fomm.

Artikolu 60

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 242 u 243 tat-Trattat tal-KE jew l-Artikoli 157 u 158 tat-Trattat tal-KEEA, appell ma jkollux effett sospensiv.

B'deroga għall-Artikolu 244 tat-Trattat tal-KE u għall-Artikolu 159 tat-Trattat tal-KEEA, id-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jannullaw regolament ikollhom effett biss mid-data ta' l-għeluq tat-terminu previst fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 56 ta' dan l-Istatut jew, jekk jitressaq appell f'dak it-terminu, mid-data taċ-ċaħda ta' l-appell, mingħajr preġudizzju għall-fakulta ta' parti li tagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikoli 242 u 243 tat-Trattat tal-KE jew l-Artikoli 157 u 158 tat-Trattat tal-KEEA, għas-sospensjoni ta’ l-effetti tar-regolament annullat jew għall-adozzjoni ta' kull provvediment ieħor proviżorju.

Artikolu 61

Jekk l-appell ikun fondat sewwa, il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti ta' Prim' Istanza. Tista’ allura jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza biex din tiddeċidiha.

F' każ ta' rinviju, fuq punti ta' dritt il-Qorti ta' Prim' Istanza tkun marbuta bid-deċizjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta appell magħmul minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Komunitajiet li ma jkunux intervenew fil-kawża quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza, ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista', jekk ikun jidhrilha meħtieġ, tindika dawk l-effetti tad-deċiżjoni annullata tal-Qorti ta' Prim' Istanza li jkollhom jiġu konsidrati definittivi di fronti l-partijiet fil-kawża.

Artikolu 62

Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 225(2) u (3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikoli 140a(2) u (3) tat-Trattat tal-KEEA, l-Avukat Ġenerali Ewlieni jista', meta jidhirlu li jkun hemm riskju serju ta' preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt komunitarju, jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti ta' Prim' Istanza.

Il-proposta għandha ssir fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' Prim' Istanza. Fi zmien xahar minn meta tirċievi l-proposta magħmula mill-Avukat Generali Ewlieni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi jekk ikunx hemm lok jew le għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni.

Artikolu 62a

Il-Qorti għandha tieħu deċiżjonijet fuq il-kwistjonijiet li huma soġġetti għal eżami mill-ġdid permezz ta' proċedura b' urġenza abbażi ta' inkartament li jkun intbagħatilha mill-Qorti tal-Prim' Istanza.

Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 ta' dan l-istatut kif ukoll, fil-każijiet previsti mill-Artikolu 225(2) tat-Trattat tal-KE u mill-Artikolu 140A(2) tat-Trattat tal-KEEA, il-partijiet fil-proċediment quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza għandhom id-dritt li jressqu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid fi żmien stipulat għal dan il-għan.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni.

Artikolu 62 b

Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 225(2) tat-Trattat tal-KE u mill-Artikolu 140A(2) tat-Trattat tal-KEEA, bla ħsara għall-Artikoli 242 u 243 tat-Trattat tal-KE, il-proposta ta' eżami mill-ġdid u d-deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedura ta' eżami mill-ġdid m' għandhomx natura sospensiva. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim' Istanza tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-Dritt Komunitarju, hija għandha tirreferi l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza li tkun marbuta bil-punti ta' liġi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja; il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tindika liema mill-effetti tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim' Istanza għandhom jitqiesu bħala definittivi fir-rigward tal-partijiet involuti fit-tilwima. Madankollu, jekk, b'konsiderazzjoni tar-riżultat ta' l-eżami mill-ġdid, is-soluzzjoni tal-kwistjoni toħroġ minn konstatazzjonijiet ta' fatt li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim Istanza, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjoni li ma tkunx appellabli.

Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 225(3) tat-Trattat tal-KE u fl-Artikolu 140A(3) tat-Trattat tal-KEEA, fin-nuqqas ta' proposta ta' eżami mill-ġdid jew ta' deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' eżami mill-ġdid, ir-risposta jew ir-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Prim Istanza għall-kwistjonijiet li jkunu ġew imressqa lilha jkollhom effett minn meta jiskadu l-perijodi previsti għal dan il-għan mill-Artikolu 62, it-tieni sub-paragrafu. F'każ ta' ftuħ ta' proċedura ta' eżami mill-ġdid, ir-risposta jew risposti li jkunu soġġetti għal eżami mill-ġdid għandu jkollhom effett meta tintemm din il-proċedura, ħlief jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mod ieħor. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim' Istanza tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-Dritt Komunitarju, ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet li jkunu soġġetti għal eżami mill-ġdid tieħu post dik tal-Qorti tal-Prim' Istanza.

TITOLU IVa

AWLI ĠURISDIZZJONALI

Artikolu 62c

Id-disposizzjonijiet dwar il-kompetenzi, il-komposizzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċedura ta' l-awli ġurisdizzjonali stabbiliti bis-saħħa ta' l-Artikoli 225a tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 140b tat-Trattat tal-KEFA huma annessi ma' dan l-Istatut.

TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 63

Ir-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim' Istanza għandu jkun fihom id-disposizzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi applikat u, fejn hemm bżonn, kompletat dan l-Istatut.

Artikolu 64

Sakemm ir-regoli relattivi għal-lingwa applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja u għall-Qorti ta' Prim' Istanza jiġu adottati f’dan il-Istatut, id-disposizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti ta' Prim' Istanza relattivi għal-lingwa għandhom ikomplu japplikaw. Kull tibdil jew tħassir ta' dawn id-diposizzjonijiet għandha ssir skond il-proċedura prevista għat-tibdil ta' dan l-Istatut.

[1] Artikolu emendat bl-Att t'Adezjoni tas-sena 2003. Ara l-appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[2] Artikolu emendat bl-Att t'Adezjoni tas-sena 2003. Ara l-appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn'il quddiem imsejjaħ "Qorti għas-Servizz Pubbliku", għandu jeżerċita fi prim'istanza l-kompetenza li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet bejn il-Komunitajiet u l-impjegati tagħhom skond l-Artikolu 236 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KEFA, inklużi dawk il-kwistjonijiet bejn il-korpi jew aġenziji kollha u l-impjegati tagħhom li fir-rigward tagħhom il-kompetenza hija attribwita lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn seba' mħallfin. Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jżid in-numru ta' mħallfin.

L-imħallfin għandhom jiġu maħtura għal perjodu ta' sitt snin. L-imħallfin li jispiċċaw il-mandat tagħhom jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.

Kull post vakanti għandu jimtela bil-ħatra ta' mħallef ġdid għal perjodu ta' sitt snin.

Artikolu 3

1. L-imħallfin għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 225a tat-Trattat tal-KE u r-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 140b tat-Trattat tal-KEFA, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst f'dan l-Artikolu. Fil-ħatra ta' l-imħallfin, il-Kunsill għandu jiżgura li jkun hemm komposizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta' l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali rappreżentati.

2. Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni u li tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 225a tat-Trattat tal-KE u r-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 140b tat-Trattat tal-KEFA tista' tippreżenta l-kandidatura tagħha. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi.

3. Kumitat kompost minn seba' persuni magħżula minn fost ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim' Istanza u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta għandu jiġi stabbilit. Il-ħatra tal-membri tal-kumitat u r-regoli tal-ħidma tiegħu għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta' mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-kumitat għandu jannetti ma' din l-opinjoni lista tal-kandidati li għandhom l-esperjenza ta' livell għoli l-aktar adegwata. Tali lista għandha tikkonsisti f'numru ta' kandidati li jikkorrispondi għall-inqas għad-doppju tan-numru ta' mħallfin li għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 4

1. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għal perjodu ta' tliet snin. Il-mandat tiegħu jista' jiġi mġedded.

2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn awli bi tliet imħallfin. Hu jista', f'ċerti każijiet determinati mir-regoli tiegħu ta' proċedura, jiltaqa' f'seduta plenarja, f'awla ta' ħames imħallfin jew f'awla ta' mħallef wieħed.

3. Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jippresjedi seduta plenarja u fl-awla ta' ħames imħallfin. Il-Presidenti ta' l-awli ta' tliet imħallfin għandhom jinħatru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġi assenjat għal awla ta' tliet imħallfin, għandu jkun hu li jippresjedi f'din l-awla.

4. Il-kompetenzi u l-kworum tas-seduta plenarja kif ukoll il-komposizzjoni ta' l-awli u l-assenjazzjoni tal-kawżi lil dawn ta' l-aħħar għandhom jkunu stabbiliti mir-regoli ta' proċedura.

Artikolu 5

L-Artikoli 2 sa 6, 14, 15, l-ewwel, it-tieni u l-ħames paragrafi ta' l-Artikolu 17, kif ukoll l-Artikolu 18 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom japplikaw għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u għall-membri tiegħu.

Il-ġurament previst fl-Artikolu 2 ta' l-Istatut għandu jittieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikoli tiegħu 3, 4 u 6 għandhom jiġu adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 6

1. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun appoġġat mis-servizzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim' Istanza. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, meta jkun il-każ, il-President tal-Qorti ta' Prim' Istanza, għandu jistabbilixxi bi qbil komuni mal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku l-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra, addetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jew mal-Qorti ta' Prim' Istanza, għandhom jagħtu s-servizzi tagħhom lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biex jassiguraw il-funzjonament tiegħu. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra huma responsabbli lejn ir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt l-awtorità tal-President ta' dan it-Tribunal.

2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jaħtar ir-Reġistratur tiegħu u jippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu. Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 3, l-Artikoli 10, 11 u 14 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom japplikaw għar-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 7

1. Il-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandha tkun iggvernata mit-Titolu III ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ħlief għall-Artikoli tiegħu 22 sa 23. Aktar preċiżjoni u kompletezza, skond il-bżonn, jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tat-Tribunal.

2. Id-disposizzjonijiet tar-reġim lingwistiku tal-Qorti ta' Prim' Istanza għandhom ikunu applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3. L-istadju bil-miktub tal-proċedura għandu jinkludi l-preżentata tat-talba u l-eċċezzjonijiet tal-konvenut, sakemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jiddeċidix li hemm bżonn ta' skambju ieħor ta' skritturi. Fejn isir it-tieni skambju ta' skritturi, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista', bil-qbil tal-partijiet, jiddeċiedi li jaqta' l-kawża mingħajr ma ssir il-proċedura orali.

4. F'kull stadju tal-proċedura, inkluża l-preżentata tat-talba, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista' jeżamina l-possibbiltajiet ta' soluzzjoni bi ftehim tal-kwistjoni u jista' jipprova jiffaċilita tali soluzzjoni.

5. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-kawża. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet partikolari tar-regoli ta' proċedura, il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż jekk hekk ikun deċiż.

Artikolu 8

1. Fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti ta' Prim' Istanza, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Bl-istess mod, fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti ta' Prim' Istanza jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti ta' Prim' Istanza.

2. Fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku isib li mhuwiex kompetenti biex jieħu konjizzjoni ta' kawża li taqa' fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti ta' Prim' Istanza, huwa għandu jirriferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti ta' Prim' Istanza. Bl-istess mod, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti ta' Prim' Istanza jsibu li kawża taqa' fil-kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Qorti mitluba għandha tirriferi l-kawża lil dan ta' l-aħħar li ma jistax, f'dak il-każ, jiċħad il-kompetenza tiegħu.

3. Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti ta' Prim' Istanza jinġiebu kawżi li fihom titqajjem l-istess kwistjoni ta' interpretazzjoni jew li fihom jitqanqal dubju dwar il-validità ta' l-istess att, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, wara li jisma' l-partijiet, jista' jissospendi l-proċedimenti sakemm il-Qorti ta' Prim' Istanza tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti ta' Prim' Istanza jinġiebu kawżi li jkollhom l-istess oġġett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jastjeni milli jassumi l-kompetenza tiegħu sabiex il-Qorti ta' Prim' Istanza tiddeċiedi l-kawża.

Artikolu 9

Appell jista' jsir quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni impunjata, kontra d-deċiżjonijiet finali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u kontra d-deċiżjonijiet ta' dak it-Tribunal li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammissibilità.

Dan l-appell jista' jitressaq minn kwalunkwe parti li ma tkunx irnexxiet, parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. Madankollu, dawk li jintervjenu, ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tolqothom direttament.

Artikolu 10

1. Jista' jsir appell quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn min-notifika tad-deċiżjoni li tiċħad, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.

2. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija skond l-Artikolu 242 jew l-Artikolu 243, jew skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 256 tat-Trattat tal-KE jew skond l-Artikolu 157, jew l-Artikolu 158, jew it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat tal-KEEA fi żmien xahrejn min-notifika tagħha.

3. Il-President tal-Qorti ta' Prim' Istanza jista' jiddeċiedi appelli previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Aritkolu, skond proċedura sommarja li tkun tista' tidderoga, safejn meħtieġ, minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Anness u li għandha tiġi stabbilita minn Regoli tal-Proċedura tal-Qorti ta' Prim' Istanza.

Artikolu 11

1. Appell quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza jista' jitressaq biss fuq punti ta' liġi. L-appell jista' jitressaq għal motivi ta' l-inkompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ta' ksur tal-proċedura quddiemha li jista' jagħmel ħsara lill-interessi ta' l-appellant kif ukoll ksur tad-dritt ta' l-Unjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2. Ma jistax isir appell fuq il-kap ta' l-ispejjeż biss, dwar min ibagħtihom u l-ammonti tagħhom.

Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 242 u 243 tat-Trattat tal-KE u għall-Artikoli 157 u 158 tat-Trattat ta' l-Euratom, appell quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza ma għandux ikollu effett sospensiv.

2. Fejn jitressaq appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-proċedura quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza għandha tikkonsisti f'parti bil-miktub u parti orali. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti ta' Prim' Istanza, wara li tkun semgħet lill-partijiet, tista' tiddeċiedi mingħajr il-proċedura orali.

Artikolu 13

1. Jekk l-appell ikun fondat, il-Qorti ta' Prim' Istanza għandha tħassar id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tiddeċiedi l-kawża hija stess. Jekk il-kawża tkun f'punt fejn għad ma tistax tinqata', il-Qorti ta' Prim' Istanza għandha tibgħat l-atti lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2. Fejn il-kawża tiġi rinvjata kif indikat fil-paragrafu preċedenti, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jibqa' marbut bid-deċiżjonijiet tal-Qorti ta' Prim' Istanza fuq il-punti ta' liġi

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 7)

Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU fuq id-disposizzjoni li ġejja, li għandha tiġi annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea:

Xejn fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta' l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta’ L-Irlanda.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 8)

dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta’ ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol (1997)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sede ta’ istituzzjonijiet, korpi u dipartimenti futuri,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

Artikolu Uniku

(a) Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-12-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-budget, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussel. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussel. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu.

(b) Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu.

(ċ) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-sede tagħha fi Brussel. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu.

(d) Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prima Istanza għandu jkollhom is-sede tagħhom fil-Lussemburgu.

(e) Il-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

(f) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel.

(g) Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel.

(h) Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu.

(i) L-Istitut Monetarju Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollhom is-sede tagħhom fi Frankfurt.

(j) L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 9)

dwar ir-rwol ta' Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JFAKKRU li l-iskrutinju minn parlamenti nazzjonali ndividwali tal-gvernijiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-attivitajiet ta' l-Unjoni huwa kwistjoni għall-organizzazzjoni u prattika kostituzzjonali partikolari ta’ kull Stat Membru,

WAQT LI JIXTIEQU, madanakollu, li jinkoraġixxu parteċipazzjoni akbar tal-parlamenti nazzjonali fl-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u li jtejbu l-abilità tagħhom li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar problemi li jista' jkollhom interess partikulari għalihom,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

I. Informazzjoni għall-parlamenti nazzjonali ta’ l-Istati Membri

1. Id-dokumenti kollha ta’ konsultazzjoni mill-Kummissjoni (karti ħodor u bojod u komunikazzjonijiet) għandhom jintbgħatu mingħajr dewmien lill-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri.

2. Proposti għal leġislazzjoni mill-Kummissjoni kif definiti mill-Kunsill skond l-Artikolu 207, paragrafu 3, tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom ikunu magħmula disponibbli fi żmien xieraq sabiex il-gvernijiet ta’ kull wieħed mill-Istati Membri jkunu jistgħu jassiguraw li l-parlament nazzjonali tagħhom jirċevihom kif xieraq.

3. Perjodu ta’ sitt ġimgħat għandu jgħaddi bejn id-data li fiha il-Kummissjoni tqiegħed għad-disposizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-lingwi kollha, proposta leġislattiva jew proposta relattiva għal miżura biex tiġi adottata skond it-titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u d-data li fiha din titqiegħed fuq l-aġenda tal-Kunsill għal deċiżjoni, għall-adozzjoni ta' xi att jew għall-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 251 jew 252 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, salv għal eċċezzjoni għal raġunijiet ta' urġenza li l-motivazzjoni tagħha għandha tiġi dikjarata fl-Att jew fil-pożizzjoni komuni.

II. Il-Konferenza dwar il-Kumitati ta' l-Affarijiet Ewropej

4. Il-Konferenza tal-Kumitati ta' l-Affarijiet Ewropej, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa bħala COSAC, stabbilita f’Pariġi fis- 16- 17 ta’ Novembru 1989, tista' tressaq kull kontribut li hi tħoss xieraq għall-attenzjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment fuq il-bażi ta’ abbozzi ta’ testi legali li r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwasslulha bi qbil komuni, minħabba n-natura tal-materja tas-suġġett tagħhom.

5. Il-COSAC tista' teżamina kull proposta leġislattiva jew inizjattiva li għandha x’taqsam ma' l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, sigurta' u ġustizzja li jista' jkollha effett dirett fuq id-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu nfurmati b' kull kontribut magħmul mill-COSAC skond dan il-punt.

6. Il-COSAC tista' tindirizza lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kull kontribut li jkun jidhrilha xieraq dwar l-attivitajiet leġislattivi ta' l-Unjoni, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-arja ta' libertà, sigurta' u ġustizzja kif ukoll kwistjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali.

7. Il-Kontributi magħmula mill-COSAC m’għandhom bl-ebda mod jorbtu lill-parlamenti nazzjonali jew jippreġudikaw il-pożizzjoni tagħhom.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 10)

dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea (2001)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

ADOTTAW id-disposizzjonijiet li ġejjin li huma annessi mat-Trattat dwarl-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej:

Artikolu 1

Revoka tal-Protokoll dwar l-istituzzjonijiet

Il-Protokoll dwar l-istituzzjonijiet bil-prospettiva tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, qiegħed jiġi abrogat.

Artikolu 2

Disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-Parlament Ewropew

1. Fl- 1 ta' Jannar 2004 u b’ seħħ mill-bidu tal-leġislatura 2004-2009, fl-Artikolu 190(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej u fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit dan:

"In-numru tar-rappreżentanti maħtura f’kull Stat Membru hywa fissat kif ġej:

Belġju | 22 |

Id-Danimarka | 13 |

Il-Ġermanja | 99 |

Il-Greċja | 22 |

Spanja | 50 |

Franza | 72 |

L-Irlanda | 12 |

L-Italja | 72 |

Il-Lussemburgu | 6 |

L-Olanda | 25 |

L-Awstrija | 17 |

Il-Portugall | 22 |

Il-Finlandja | 13 |

L-Isvezja | 18 |

Ir-Renju-Unit | 72". |

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, in-numru totali tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2004-2009 huwa daqs in-numru ta’ rappreżentanti msemmi fl-Artikolu 190(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika b’żieda tan-numru ta’ rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġodda kif jirriżulta mit-trattati ta’ l-adeżjoni iffirmati sa mhux aktar tard mill- 1 ta’ Jannar 2004.

3. Jekk in-numru totali tal-membri msemmi fil-paragrafu 2 ikun anqas minn 732, għandha ssir korrezzjoni pro rata fin-numru ta’ rappreżentanti li għandhom jiġu eletti f’kull Stat Membru, biex b’hekk in-numru totali jkun kemm jista’ jkun viċin is-732, bla ma din il-korrezzjoni twassal għal numru ta’ rappreżentanti biex jiġu eletti minn kull Stat Membru ogħla minn dak previst fl-Artikolu 190(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika għal-leġislatura 1999-2004.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni għal dan l-iskop.

4. B'deroga għat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u mit-tieni paragrafu ta’ Artikolu 107 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, f’każ li jidħlu fis-seħħ trattati ta’ tkabbir wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill prevista fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, in-numru tal-membri tal-Parlament Ewropew jista’ temporanjament jaqbeż is-732 għal matul il-perjodu li għalih tkun tapplika dik id-deċiżjoni. L-istess korrezzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi applikata għan-numru tar-rappreżentanti li għandhom jiġu eletti fl-Istati Membri in kwistjoni.

Artikolu 3

Disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-peżatura tal-voti fil-Kunsill

1 [1]. (Revokat)

2. Ma' kull adeżjoni, il-għatba msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 118(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika tiġi kalkulata b'mod li l-għatba tal-maġġoranza kwalifikata espressa f'voti ma taqbiżx dik li toħroġ mil-lista li hemm fid-Dikjarazzjoni dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea inkluża fl-Att Finali tal-Konferenza li adottat it-Trattat ta' Nizza.

Artikolu 4

Disposizzjonijiet rigward il-Kummissjoni

1. Fl- 1 ta’ Novembru 2004 [2] u b’seħħ minn meta l-ewwel Kummissjoni ta' wara dik id-data tibda tiffunzjona l-Artikolu 213(1) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 126(1) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"1. Il-Membri tal-Kummissjoni jintgħażlu fuq bażi tal-kapaċità ġenerali tagħhom u ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom.

Il-Kummissjoni tinkludi ċittadin ta' kull Stat Membru.

In-numru tal-Membri tal-Kummissjoni jista’ jinbidel mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità.".

2. Meta l-Unjoni tkun tikkonsisti minn 27 Stat Membru, l-Artikolu 213 (1) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 126 (1) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"1. Il-Membri tal-Kummissjoni jintgħażlu fuq bażi tal-kapaċità ġenerali tagħhom u ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom.

In-numru tal-membri tal-Kummissjoni għandu jkun inqas min-numru ta’ l-Istati Membri. Il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu skond sistema ta’ rotazzjoni b'mod ugwali li l-modalitajiet tagħha jiġu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b'unanimità.

In-numru tal-membri tal-Kummissjoni jiġi ffissat mill-Kunsill b’unanimita.".

Din l-emenda tidħol tapplika mid-data li fiha l-ewwel Kummissjoni wara d-data ta' l-adeżjoni tas-seba’ u għoxrin Stat Membru tibda tiffunzjona.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità wara li jkun ġie iffirmat it-trattat ta' l-adeżjoni tas-seba’ u għoxrin Stat Membru ta’ l-Unjoni, għandu jistabilixxi:

- in-numru tal-Membri tal-Kummissjoni;

- il-modalitajiet tas-sistema ta' rotazzjoni b'mod ugwali li juru il-ġabra tal-kriterji u tar-regoli kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita awtomatikament il-komposizzjoni tal-kulleġġi suċċessivi fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

a) l-Istati Membri jiġu trattati strettament indaqs rigward id-determinazzjoni tas-sekwenza u tal-perjodu tal-presenża ta' ċittadini tagħhom fi ħdan il-Kummissjoni; b’konsegwenza ta’ dan, id-differenza bejn in-numru totali ta’ perjodi fil-kariga li jkunu għamlu ċittadini ta’ xi żewġ Stati Membri, ma tista' tkun qatt iżjed minn waħda:

b) bla ħsara għall-punt (a), kull kulleġġ suċċessiv ikun kompost b'mod li jirrifletti b’mod sodisfaċenti il-varjetà demografika u ġeografika ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni.

4. Kull Stat li jidħol fl-Unjoni jkollu d-dritt, ma' l-adeżjoni tiegħu, li jkollu ċittadin tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 2.

[1] Il-paragrafu ġie rrevokat bl-Att ta' Adeżjoni tas-sena 2003.

[2] Il-paragrafu ġie emendat bl-Att ta' Adeżjoni tas-sena 2003.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 11)

dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (1957)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jistabilixxu l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment previst fl-Artikolu 266 ta’ dan it-Trattat,

FTEHMU dwar dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi ma' dan it-Trattat:

Artikolu 1

Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment stabbilit bl-Artikolu 266 ta’ dan it-Trattat (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Bank") qiegħed b' dan jiġi kostitwit; dan għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-attivitajiet tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u dan l-Istatut.

Is-sede tal-Bank għandha tkun iddeterminata bi ftehim tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-kompitu tal-Bank għandu jkun dak definit fl-Artikolu 267 ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 3 [1]

Bi qbil ma' l-Artikolu 266 ta' dan it-Trattat, dawn li ġejjin għandhom ikunu l-membri tal-Bank:

- ir-Renju tal-Belġju;

- ir-Repubblika Ċeka;

- ir-Rejnu tad-Danimarka;

- ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

- ir-Repubblika ta' l-Estonja;

- ir-Repubblika Ellenika;

- ir-Renju ta' Spanja;

- ir-Repubblika Franciża;

- l-Irlanda;

- ir-Repubblika Taljana;

- ir-Repubblika ta' Ċipru;

- ir-Repubblika tal-Latvja;

- ir-Repubblika tal-Litwanja;

- il-Gran Dukat tal-Lussemburgu;

- ir-Repubblika ta' l-Ungerija;

- ir-Repubblika ta' Malta;

- ir-Renju ta' l-Olanda;

- ir-Repubblika ta' l-Awstrija;

- ir-Repubblika tal-Polonja;

- ir-Repubblika Portugiża;

- ir-Repubblika tas-Slovenja;

- ir-Repubblika Slovakka;

- ir-Renju tal-Finlandja;

- ir-Renju ta' l-Isvezja;

- ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Artikolu 4

1. [2] Il-kapital tal-Bank għandu jkun ta' EUR 163727670000, sottoskritti mill-Istati Membri kif ġej [***]:

Il-Ġermanja | 26649532500 |

Franza | 26649532500 |

L-Italja | 26649532500 |

Ir-Renju Unit | 26649532500 |

Spanja | 15989719500 |

Il-Belġju | 7387065000 |

L-Olanda | 7387065000 |

L-Isvezja | 4900585500 |

Id-Danimarka | 3740283000 |

L-Awstrija | 3666973500 |

Il-Polonja | 3635030500 |

Il-Finlandja | 2106816000 |

Il-Greċja | 2003725500 |

Il-Portugall | 1291287000 |

Ir-Repubblika Ċeka | 1212590000 |

L-Ungerija | 1121583000 |

L-Irlanda | 935070000 |

Is-Slovakkja | 408489500 |

Is-Slovenja | 379429000 |

Il-Litwanja | 250852000 |

Il-Lussemburgu | 187015500 |

Ċipru | 180747000 |

Il-Latvja | 156192500 |

L-Estonja | 115172000 |

Malta | 73849000 |

L-unità ta' kont għandha tiġi definita bħala l-euro, stabbilita bħala l-munita unika ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, jista' jbiddel id-definizzjoni ta' l-unità ta' kont

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biss sa l-ammont tas-sehem tagħhom tal-kapital sottoskritt imma mhux imħallas.

2. L-ammissjoni ta’ membru ġdid għandu jinvolvi żieda fil-kapital sottoskritt li tkun jikkorrispondi għal kapital li jinġieb mill-membru l-ġdid.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi unanimament, jiddeċiedi żieda fil-kapital sottoskritt.

4. Is-sehem ta’ membru fil-kapital sottoskritt ma jistax jiġi trasferit, mirhun jew sekwestrat.

Artikolu 5

1. Il-kapital sottoskritt għandu jitħallas mill-Istati Membri sa’ 5 % ta' l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 4 (1).

2. F’każ ta’ żieda fil-kapital sottoskritt, il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxu unanimament, għandu jiffissa l-perċentwali li trid tiġi mħallsa u l-arranġamenti għall-ħlas.

3. Il-Bord tad-Diretturi jista’ jeħtieġ il-ħlas tal-bilanċ tal-kapital sottoskritt, sal-limitu li jista' jkun meħtieġ sabiex il-bank jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn dawk li jkunu sellfuh.

Kull Stat Membru għandu jagħmel dan il-ħlas a proporzjon tas-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt fil-valuti mitluba mill-bank sabiex jissodisfa dawn l-obbligi.

Artikolu 6

1. Il-Bord tal-Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Bord tad- Diretturi, jiddeċiedi li l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Bank self b' imgħax speċjali jekk u sa l-ammont li l-Bank ikun jeħtieġ b'self biex jiffinanzja proġetti speċifiċi u l-Bord tad- Diretturi juri li l-Bank ma jkunx jista' jakkwista l-fondi meħtieġa fis-swieq kapitali b'kondizzjonijiet xierqa għan-natura u l-iskop tal-proġetti li għandhom jiġu iffinanzjati.

2. Self speċjali ma jistax jintalab qabel il-bidu tar-raba' sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat. Dawn m’għandhomx jeċċedu l-400 miljun ta’ unitajiet ta’ kont fl-aggregat jew 100 miljun unità ta’ kont kull sena.

3. Il-kondizzjonijiet ta’ self speċjali għandhom ikunu relatati mal-kondizzjonijiet ta’ self jew garanziji li l-Bank jipproponi li jagħti permezz ta’ self speċjali; dan m’għandux jeċċedi l-għoxrin sena. Il-Bord ta’ Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Bord tad- Diretturi, jiddeċiedi dwar il-ħlas lura qabel iż-żmien ta’ self speċjali.

4. Self speċjali għandu jħallas imgħaxx ta’ 4 % kull sena, sakemm il-Bord ta’ Gvernaturi, waqt li jieħu kont tat-tendenza u livell tar-rati ta’ imgħaxx fis-swieq kapitali, jiddeċiedi li jistabilixxi rata differenti.

5. Self speċjali għandu jingħata minn Stati Membri bi proporzjon tas-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt; pagament għandu jsir fil-munita nazzjonali, fi żmien sitt xhur minn meta ssir is-sejħa għal dan is-self.

6. Jekk xi darba il-Bank ikun qed jiġi likwidat, is-self speċjali mogħti minn Stati Membri għandu jkun imħallas lura biss wara li d-djun l-oħrajn tal-bank ikunu tħallsu.

Artikolu 7

1. Jekk il-valur ta’ munita ta’ Stat Membru, b’relazzjoni ma’ l-unità tal-kont kif definit fl-Artikolu 4 jkun imnaqqas, dak l-Istat għandu jaġġusta l-ammont tas-sehem tal-kapital tiegħu li jkun imħallas fil-munita tiegħu bi proporzjon tat-tibdil fil-valur billi jagħmel pagament supplimentari lill-Bank.

2. Jekk il-valur ta’ munita ta’ Stat Membru, b’relazzjoni ma’ l-unità tal-kont kif definita fl-Artikolu 4 jogħla, il-Bank għandu jaġġusta l-ammont tas-sehem tal-kapital tiegħu li jkun imħallas fil-munita tal-Istat bi proporzjon tat-tibdil fil-valur billi jagħmel rifużjoni lil dak l-istat.

3. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, il-valur tal-munita ta’ Stat Membru b’relazzjoni ma’ l-unità tal-kont, kif definita fl-Artikolu 4, għandu jkun jikkorrispondi mar-rata tal-kambju ta’ l-unità tal-kont f’din il-minuta u viċe-versa, ibbażat fuq ir-rati tas-suq.

4. Il-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Bord tad-Diretturi, jista' jibdel il-metodu tal-konverżjoni tas-somom espressi f’unità tal-kont f’muniti nazzjonali u viċe-versa.

Aktar minn hekk, billi jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, jista' jiddefinixxi l-metodu għal aġġustament tal-kapital li hemm imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-pagamenti ta’ aġġustament għandhom isiru mill-anqas darba fis-sena.

Artikolu 8

Il-Bank għandu jkun immexxi u amministrat minn Bord ta’ Gvernaturi, Bord tad-Diretturi u Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 9

1. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jkun kompost mill-Ministri innominati mill-Istati Membri.

2. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jistabilixxi d-direttivi ġenerali għall-politika ta’ kreditu tal-Bank, b’referenza partikolari għall-objettivi li għandhom ikunu segwiti skond il-progress magħmul fir-realizzazzjoni tas-suq komuni.

Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jassigura li dawn id-direttivi jiġu implementati.

3. Il-Bord ta’ Gvernaturi minbarra dan għandu:

(a) jiddeċiedi jekk iżidx il-kapital sottoskritt skond l-Artikolu 4 (3) u l-Artikolu 5 (2),

(b) jeżerċita s-setgħat previsti fl-Artikolu 6 fir-rigward ta’ self speċjali,

(ċ) jeseċita l-poteri previsti fl-Artikoli 11 u 13 fir-rigward tal-ħatra u l-irtirar furzat tal-Membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Kumitati Amministrattivi, u dawk il-poteri previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13 (1),

(d) jawtoriżża d-deroga prevista fl-Artikolu 18 (1),

(e) japprova r-rapport annwali tal-Bord tad-Diretturi,

(f) japprova l-balance sheet annwali u l-kont ta’ qligħ u telf,

(g) jeżerċita s-setgħat u l-funzjonijiet previsti fl-Artikoli 4, 7, 14, 17, 26 u 27,

(h) japprova r-regoli tal-proċedura tal-Bank.

4. Fil-qafas ta’ dan it-Trattat u ta' dan l-Istatut, il-Bord tad- Gvernaturi għandu jkun kompetenti biex, waqt li jaġixxi unanimament, jiddeċiedi dwar sospensjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Bank u, jekk jinqala dan il-każ, il-likwidazzjoni tiegħu.

Artikolu 10

Ħlief fejn provdut xort' oħra f’dan l-Istatut, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Gvernaturi għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-membri tiegħu. Din il-maġġoranza għandha tirrapreżenta mill-anqas 50 % tal-kapital sottoskritt. Il-votazzjoni mill-Bord ta’ Gvernaturi għandha ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 205 ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 11

1. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkollu s-setgħa unika li jieħu deċiżjonijiet biex jagħti self u jiggarantixxi u jakkwista self; hu għandi jistabilixxi r-rati ta’ imgħaxx fuq self mgħoti u kommissjoni fuq il-garanziji; għandu jara li l-Bank ikunu immexxi kif xieraq; għandhu jassigura li l-Bank ikun amministrat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u dan l-Istatut u skond id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

Fit-tmiem tas-sena finanzjarja, il-Bord tad- Diretturi għandu jissottometti rapport lil Bord ta’ Gvernaturi u jippublikah meta dan ikun approvat.

2. [4] Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun kompost minn sitta w għoxrin direttur u sittax-il direttur sostitut.

Id-Diretturi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Gvernaturi għal ħames snin, wieħed innominat minn kull Stat Membru, u wieħed innominat mill-Kummissjoni.

Id-diretturi sostituti għandhom jinħatru mill-Bord ta' Gvernaturi għal ħames snin kif muri hawn taħt:

- żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

- żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Franċiża,

- żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Taljana,

- żewġs ostituti nominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta Fuq,

- sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża,

- sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u ir-Renju ta' l-Olanda,

- sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju tad-Danimarka, tar-Republika Ellenika u ta' l-Irlanda,

- sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u ir-Renju ta' l-Isvezja,

- tliet sostituti nominati bi ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

- sostitut nominat mill-Kummissjoni.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jagħżel sitt esperti li ma jivvutawx: tlieta bħala membri u tlieta bħala sostituti.

Il-ħatriet tad-Diretturi u s-sostituti ikunu jistgħu jiġġeddu.

Is-sostituti jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi. Is-sostituti nnominati minn Stat, jew bil-qbil komuni ta’ diversi Stati, jew mill-Kummissjoni, jistgħu jissostitwixxu Diretturi nominati minn dak l-Istat, minn wieħed minn dawk l-Istati jew mill-Kummissjoni rispettivament. Is-sostituti m’għandux ikollhom id-dritt illi jivvutaw ħlief meta jkunu qed jissosttiwixxu Direttur wieħed jew aktar Diretturi jew meta jkunu ġew delegati dan l-iskop skond l-Artikolu 12(1).

Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew, fin-nuqqas tiegħu, wieħed mill-Viċi Presidenti, għandu jippresedi fuq il-laqgħat tal-Bord tad- Diretturi imma m’għandux jivvota.

Il-Membri tal-Bord tad- Diretturi għandhom jintgħażlu minn fost persuni li l-independenza u l-kompetenza tagħhom jkunu mingħajr ebda dubju; huma għandhom ikunu responsabbli biss lejn il-Bank.

3. Direttur jista' jkun obbligat li jirtira mill-Bord ta’ Gvernaturi biss jekk dan ma jkunx jissodisfa aktar il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tiegħu; il-Bord għandi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk ir-rapport annwali ma jkunx approvat, il-Bord tad- Diretturi għandu jirreżenja.

4. Kull post battal li jirriżulta bħala riżultat ta' mewt, riżenja voluntarja, irtirar obbligatorju jew riżenja kollettiva għandu jimtela skond il-paragrafu 2. Membru għandu jiġi sostitwit għal bqija tat-terminu tal-mandat tiegħu, ħlief meta l-Bord tad- Diretturi jkun qed jiġi sostitwit.

5. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jiddetermina r-remunerazzjoni ta’ membri tal-Bord tad- Diretturi. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu, waqt li jaġixxi unanimament, jistabilixxi liema attivitajiet huma inkompatibbli mad-doveri ta’ direttur jew sostitut.

Artikolu 12

1. Kull Direttur għandu jkollu vot wieħed fuq il-Bord tad-Diretturi. Huwa jista' jiddelega dan il-vot fil-każijiet kollha, skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-bank.

2. [5] Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dan l-Istatut, id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi għandhom jittieħdu minn ta' l-anqas terz (1/3) tal-membri li jistgħu jivvotaw u li jirrappreżentaw mill-anqas ħamsin fil-mija (50 %) tal-kapital sottoskritt. Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax (18)-il vot favur u tmienja w sittin fil-mija (68 %) tal-kapital sottoskritt. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bank għandhom jistipulaw il-quorum meħtieġ sabiex id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi jkunu validi.

Artikolu 13

1. [6] Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti fi President u tmien Vici-Presidenti maħtura għal sitt snin mill-Bord ta' Gvernaturi fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi. Il-ħatriet tagħhom għandhom ikunu rinovabbli.

Il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxi unanimament, jista’ jvarja n-numru tal-membri fuq il-Kumitat Amministrattiv.

2. Fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi addottata b’maġġoranza kkwalifikata, il-Bord ta’ Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi da parti tiegħu b’maġġoranza kkwalifikata, jobbliga l-irtirar ta’ membru tal-Kumitat ta' Tmexxija.

3. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun responsabbli għan-negozju kurrenti tal-Bank, taħt l-awtorità tal-President u s-sorveljanza tal-Bord tad-Diretturi.

Għandu jipprepara d-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, partikolarment deċiżjonijiet dwar il-konkluzjoni ta’ self u l-għoti ta’ self u garanziji; għandu jassigura li dawn id-deċiżjonijiet ikunu implementati.

4. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jaġixxi b’maġġoranza meta jwassal l-opinjonijiet tiegħu dwar proposti dwar konkluzjoni ta' self jew dwar l-għoti ta' self u dwar il-garanziji ta' dan is-self.

5. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jiddetermina r-remunerazzjoni ta’ membri tal-Kumitat ta' Tmexxija u għandu jistabilixxi liema attivitajiet huma inkompattibli mad-doveri tagħhom.

6. Il-President jew, jekk ma jkunx jista', Viċi-President, għandu jirrapreżenta lill-Bank f’materji ġudizzjarji u materji oħrajn.

7. L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Bank għandhom ikunu taħt l-awtorità tal-President. Huma għandhom ikunu maħtura u rilaxxati minnu. Fl-għażla ta’ l-impjegati, għandu jittieħed kont mhux biss tal-kapaċità u l-kwalifiki personali imma wkoll ta’ rappreżentazjoni ekwa ta’ ċittadini ta’ Stati Membri.

8. Il-Kumitat ta' Tmexxija u l-impjegati tal-Bank għandhom ikunu responsabbli biss lejn il-Bank u għandhom ikunu kompletament independenti fit-twettieq tad-doveri tagħhom.

Artikolu 14

1. Kumitat kompost minn tlett membri, maħtur fuq il-bażi tal-kompetenza tagħhom mill-Bord ta’ Gvernaturi, għandu ta’ kull sena jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank ikunu ġew kondotti u li l-kotba tiegħu jinżammu f’manjiera xierqa.

2. Il-Kumitat għandu jikkonferma li l-balance sheet u l-kont ta’ qligħ u telf ikunu jaqblu mal-kontijiet u li jirreflettu fedelment il-pożizzjoni tal-Bank fir-rigward tal-passiv u l-attiv tiegħu.

Artikolu 15

Il-Bank għandu jitratta ma' kull Stat Membru permezz ta’ l-awtorità innominata minn dak l-Istat. Fit-twettieq ta’ l-operazzjonijiet finanzjari il-Bank għandu jkollu rikors għall-bank tal-ħruġ ta’ l-Istat Membru kkonċernat jew għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra approvati minn dak l-Istat.

Artikolu 16

1. Il-Bank għandu jikkoopera ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha li huma attivi f’oqsma simili għal dawk tiegħu.

2. Il-Bank għandu jfittex li jistabilixxi kuntatti kollha xierqa fl-interessi ta’ kooperazjoni ma' istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji fil-pajjiżi li għalihom jestendu l-operazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 17

Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattivà tiegħu stess, il-Bord ta’ Gvernaturi għandu, skond l-istess disposizzjonijiet li jirregolaw l-adozzjoni tagħhom, jinterpreta jew jissuplimenta d-direttivi stabbiliti minnu permezz ta’ Artikolu 9 ta’ dan l-Istatut.

Artikolu 18

1. Fil-qafas tal-kompitu stabbilit fl-Artikolu 267 ta’ dan it-Trattat, il-Bank għandu jagħti self lill-membri tiegħu jew lill-impriżi privati jew pubbliċi għal proġetti ta’ investiment li għandhom jitwettqu fit-territorji Ewropej ta’ Stati Membri, sal-limitu li l-fondi ma jkunux disponibbli minn fonti oħrajn b’termini raġjonevoli.

Madanakollu, b' deroga awtorizzata mill-Bord ta’ Gvernaturi, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, il-Bank jista' jagħti self biex proġetti ta’ investiment jitwettqu, kompletament jew in parti, barra t-territorji Ewropej ta’ Stati Membri.

2. Sakemm ikun possibli, self għandu jingħata biss bil-kundizzjoni li fonti oħrajn ta’ finanzjament ikunu wkoll użati.

3. Meta jingħata self lil impriża jew korp barra Stat Membru, il-Bank għandu jagħmel is-self kondizzjonali jew fuq garanzija mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-proġett jitwettaq jew fuq garanziji adegwati oħra.

4. Il-Bank jista' jiggarantixxi self ikkuntrattat minn impriżi pubbliċi jew privati jew korpi oħra bl-iskop li jitwettqu proġetti previsti fl-Artikolu 267 ta’ dan it-Trattat.

5. L-ammont aggregat pendenti fi kwalunkwe waqt ta’ self u garanziji mogħtija mill-Bank ma jistax jeċċedi 250 % tal-kapital sottoskritt tiegħu.

6. Il-Bank għandu jipprotieġi lilu nnifsu kontra riskji ta’ kambju billi jinkludi f’kuntratti għal self u garanziji dawk il-klawsoli li hu jikkunsidra xierqa.

Artikolu 19

1. Rati ta’ imgħax fuq self li li għandhom jingħataw mill-Bank u l-kummissjoni fuq garanziji għandhom ikunu aġġustati għall-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq kapitali u għandhom jiġu kkalkolati b’tali mod li d-dħul li jkun iġġenerat minnhom għandu jippermetti li l-Bank jilħaq l-obbligi tiegħu, biex ikopri l-ispejjeż tiegħu u jibni fond ta’ riserva kif previst fl-Artikolu 24.

2. Il-Bank m'għandu jagħti ebda tnaqqis fir-rati ta’ l-imgħaxx. Meta tnaqqis fir-rata ta’ l-imgħaxx jidher mixtieq in vista tan-natura tal-proġett li għandu jkun iffinanzjat, l-Istat Membri kkonċernat jew xi aġenzija oħra jistgħu jgħinu l-pagamenti ta’ imgħaxx safejn dan ikunu kompattibli ma' l-Artikolu 87 ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 20

Fl-operazzjoni tiegħu dwar self u garanziji, il-Bank għandu josserva dawn il-prinċipji:

1. Għandu jassigura li l-fondi tiegħu ikunu wżati b'mod razzjonali kemm jista' jkun fl-interessi tal-Komunità.

Jista' jagħti self jew garanziji biss:

(a) meta, fil-każ ta’ proġetti mwettqa minn impriżi fis-settur tal-produzzjoni, pagamenti ta’ imgħaxx u amortizzazzjoni jkunu koperti mill-profitti ta' l-operat jew, f’każijiet oħrajn, jew b’impenn li jidħol għalih l-Istat li fih il-proġett jitwettaq jew b’xi meżżi oħrajn; u

(b) meta l-eżekuzzjoni tal-proġett tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività ekonomika in ġenerali u tippromwovi l-kisba tas-suq komuni.

2. Hu m’għandu la jakkwista interess f' impriża u lanqas jassumi xi responsabbilità fit-tmexxija tagħha sakemm dan ma jkux meħtieġ biex jissalvagwarda d-drittijiet tal-Bank sabiex jiżgura l-irkupru ta' fondi mislufa.

3. Jista' jiddisponi mill-pretensjonijiet tiegħu fis-suq kapitali u jista', b'dan l-iskop, jeħtieġ li d-debituri tiegħu joħorġu bonds jew sigurtajiet oħra.

4. La l-Bank u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jimponu kondizzjonijiet li jeħtieġu li fondi mislufa mill-Bank jintefqu fi Stat Membru speċifikat.

5. Il-Bank jista' jagħmel is-self tiegħu kondizzjonali fuq li jkunu organizzati stediniet internazzjonali għal offerti.

6. Il-Bank m’għandux jiffinanzja, kompletament jew in parti, xi proġett li jopponi għalih l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sejjer jiġi mwettaq.

Artikolu 21

1. Applikazzjonijiet għal self jew garanziji għandhom isiru lill-Bank jew permezz tal-Kummissjoni jew permezz ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-proġett ikun sejjer jitwettaq. Impriża tista' wkoll tapplika direttament lill-Bank għal self jew garanzija.

2. Applikazzjonijiet magħmula permezz tal-Kummissjoni għandhom jiġu sottomessi għall-opinjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-proġett ikun sejjer jitwettaq. Applikazzjonijiet magħmula permezz ta’ Stat Membru għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għal opinjoni. Applikazzjonijiet magħmula direttament minn impriża għandhom jiġu sottomessi lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahrejn. Jekk ma jirċievi l-ebda tweġiba f'dan il-perjodu, il-Bank jista' jassumi li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għal proġett in kwistjoni.

3. Il-Bord tad- Diretturi għandu jirregola fuq applikazzjonijiet għal self jew garanziji sottomessi lilu mill-Kumitat ta' Tmexxija.

4. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jeżamina jekk l-applikazjonijiet għal self jew garanziji kif sottomessi lilu jikkonformawx mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut, b'mod partikolari ma' l-Artikolu 20. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jkun favur li jagħti s-self jew garanzija, għandu jissottometti abbozz ta’ kuntratt lill-Bord tad-Diretturi; il-Kumitat jista' jagħmel l-opinjoni favorevoli tiegħu soġġetta għal dawn il-kondizzjonijiet li hu jikkonsidra essenzjali. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jkun kontra l-għoti ta’ self jew garanzija, għandu jissottometti d-dokumenti rilevanti flimkien ma' l-opinjoni tiegħu lill-Bord tad-Diretturi.

5. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jagħti opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad-Diretturi ma jistax jagħti s-self jew il-garanzija kkonċernata sakemm id-deċiżjoni tiegħu ma tkunx unanima.

6. Meta l-Kummissjoni tagħti opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad-Diretturi ma jistax jagħti s-self jew il-garanzija kkonċernata sakemm id-deċiżjoni tiegħu ma tkunx unanima, u d-direttur innominat mill-Kummissjoni jastjeni.

7. Meta kemm il-Kumitat ta' Tmexxija kif ukoll il-Kummissjoni jagħtu opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad- Diretturi ma jistax jagħti s-self jew il-garanzija.

Artikolu 22

1. Il-Bank għandu jissellef minn fuq is-swieq kapitali internazzjonali il-fondi neċessarji għat-twettieq tad-doveri tiegħu.

2. Il-Bank jista' jissellef minn fuq is-suq kapitali ta’ Stat Membru jew skond id-disposizzjonijiet legali applikabbli għal kwistjonijiet interni jew, jekk ma jkun hemm ebda minn dawn id-disposizzjonijiet fi Stat Membru, wara li l-Bank u l-Istat Membru ikkonċernati ikunu iddiskutew bejniethom u laħqu ftehim dwar is-self propost.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom biss jekk ikun hemm raġuni biex jibżgħu minn disturb serju fis-suq kapitali ta’ dak l-Istat.

Artikolu 23

1. Il-Bank jista' juża' l-fondi disponibbli li hu ma jeħtieġx immedjetament biex jissodisfa l-obbligi tiegħu bil-modi li ġejjin:

(a) jista' jinvesti fi swieq monetarji;

(b) jista', soġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20 (2), jixtri u jbigħ sigurtajiet maħruga minnu jew minn dawk li jkunu isselfu mingħandu;

(ċ) jista' jwettaq kull operazzjoni finanzjarja oħrajn marbuta ma' l-objettivi tiegħu.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25, il-Bank m’għandux, fl-amministrazzjoni ta’ l-investimenti tiegħu, jinvolvi ruħu f’arbitraġġ tal-munita li ma jkunx direttament meħtieġ fit-twettiq ta' l-operazzjonijiet tiegħu ta’ self jew li jissodisfa impenni li joriġinaw minn self jew garanziji mogħtija minnu.

3. Il-Bank għandu, fl-oqsma koperti minn dan l-Artikolu, jaġixxi bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti jew mal-bank tal-ħruġ ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 24

1. Fond ta’ riserva sa 10 % tal-kapital sottoskritt għandu jinbena progressivament. Jekk l-istat tal-passiv tal-Bank jiġġustifika hekk, il-Bord tad-Diretturi jista' jiddeċiedi li jwarrab riservi addizzjonali. Sa dak iż-żmien li l-fond ta’ riserva jkun inbena kompletament, dan għandu jiġi fornut minn:

(a) imgħaxx li jidħol minn self mogħti mill-Bank fuq somom li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5;

(b) imgħaxx li jidħol minn self mogħti mill-Bank minn fondi derivati mill-ħlas lura ta’ self imsemmi f’ (a);

safejn dan id-dħul m' huwiex meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tal-Bank jew ikopri l-ispejjeż tiegħu.

2. Ir-riżorsi tal-fond ta’ riserva għandhom ikunu hekk investiti li jkunu disponibbli fi kwalunkwe ħin biex jissodisfaw l-iskop ta’ dan il-fond.

Artikolu 25

1. Il-Bank għandu fil-ħinijiet kollha jkun intitolat li jitrasferixxi l-assi tiegħu fil-munita ta’ Stat Membru wieħed għall-munita ta’ Stat Membru ieħor sabiex iwettaq l-operazzjonijiet finanzjarji li jikkorrispondu għad-dmir stabilit fl-Artikolu 267 ta’ dan ir-Trattat, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut. Il-Bank għandu, sa fejn ikun possibli, jevita li jagħmel dawn it-trasferimenti jekk ikollu flus jew assi likwidi fil-munita meħtieġa.

2. Il-Bank ma jistax jikkonverti l-assi tiegħu fil-munita ta’ Stat Membru għall-munita ta’ pajjiż terz mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

3. Il-Bank jista' liberament jiddisponi minn dik il-parti tal-kapital li tkun imħallsa bid-deheb jew f’munita kovertibbli u minn kull munita mislufa fuq is-swieq barra l-Komunità.

4. L-Istati Membri jintrabtu li jagħmlu disponibbli għad-debituri tal-Bank il-munita meħtieġa biex iħallsu lura l-kapital u jħallsu l-imgħaxx fuq self jew kommissjoni mogħtija mill-Bank għal proġetti li għandhom jitwettqu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 26

Jekk Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligi ta’ sħubija li joriġinaw minn dan l-Istatut, b'mod partikolari l-obbligu li jħallas is-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt, li jagħmel self speċjali jew li jgħin is-self tiegħu, l-għoti ta’ self jew garanziji lil dak l-Istat Membru jew liċ-ċittadini tiegħu jista' jkun sospiż b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Din id-deċiżjoni ma għandha teħles la lill-Istat u lanqas liċ-ċittadini tiegħu mill-obbligi tagħhom lejn il-Bank.

Artikolu 27

1. Jekk il-Bord ta’ Gvernaturi jiddeċiedi li jissospendi l-operazzjonijiet tal-Bank, l-attivitajiet kollha tiegħu għandhom jieqfu minnufih, ħlief dawk meħtieġa biex jassiguraw ir-realizzazzjoni, l-protezzjoni u l-preservazzjoni ta’ l-assi tiegħu u t-twettieq tar-responsabiltajiet tiegħu.

2. Fil-każ ta’ likwidazzjoni, il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jaħtar il-likwidaturi u jagħtihom istruzzjonijiet biex iwettqu l-likwidazzjoni.

Artikolu 28

1. F’kull wieħed mill-Istati Membri, il-Bank għandu jgawdi il-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali taħt il-liġijiet tagħhom; hu jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobli u jista' jkun parti minn proċeduri legali.

[Ara wkoll l-Artikolu 9 (4) tat-Trattat ta' Amsterdam, li jaqra hekk:

Il-Komunitajiet Ewropej għandhom igawdu, fit-territorji ta' l-Istati Membri, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet kif ikunu meħtieġa għat-twettieq tal-kompiti tagħhom skond il-kondizzjonijiet kif stabbiliti fil-Protokoll li hemm referenza għalih fil-paragarfau 5. Il-pożizzjoni għandha tkun l-istess f’dak li jirrigwarda l-Bank Ċentrali Ewropew, l-Istitut Monetarju Ewropew, u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment.]

2. Il-proprjetà tal-Bank għandha tkun eżentata minn kull forma ta’ rekwiżizzjoni jew espropjazzjoni.

Artikolu 29

Kwestjonijiet bejn il-Bank minn naħa waħda, u l-kredituri tiegħu, id-debituri jew xi persuna oħra minn naħa l-oħra, għandhom jiġu deċiżi mill-qrati nazzjonali kompetenti, ħlief meta l-ġurisdizzjoni tkun għaddiet lill-Qorti ta’ Ġustizja.

Il-Bank għandu jkollu indirizz f’kull Stat Membru. Jista', madanakollu, f’kull kuntratt, jispeċifika indirizz partikolari għal servizz jew jipprovdi għal arbitraġġ.

Il-proprjetà u l-assi tal-Bank ma jistgħux ikunu soġġetti għal sekwestru jew qbid bħala eżekuzzjoni ħlief b’deċiżjoni ta’ qorti.

Artikolu 30

1. Il-Bord tal-Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi unanimament, jiddeċiedi li jistabilixxi Fond Ewopew ta' l-Investiment, li għandu jkollu personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja, u li tiegħu il-Bank għandu jkun membru fundatur.

2. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jistabilixxi l-Istatut tal-Fond Ewropew ta' l-Investiment b'deċiżjoni unanima. L-istatut għandu jiddefinixxi, b'mod partikolari, l-objettivi, l-istruttura, l-kapital, is-sħubija, ir-riżorsi finanzjarji, il-meżżi ta' intervenzjoni u l-arranġamenti ta' verifika tiegħu kif ukoll ir-relazzjoni bejn l-organi tal-Bank u dawk tal-Fond.

3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 (2), il-Bank għandu jkun intitolat jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-Fond u jikkontribwixxi għall-kapital sottoskritt tiegħu sa l-ammont determinat mill-Bord tal-Gvernaturi li jaġixxi unanimament.

4. Il-Komunità Ewropea tista' ssir membru tal-Fond u tikkontribwixxi għall-kapital sottoskritt tiegħu. Istituzzjonijiet Finanzjarji b'interess fl-objettivi tal-Fond jistgħu jiġu mistiedna jsiru membri.

5. Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropei għandu japplika għall-Fond, għall-membri ta' l-organi tiegħu fit-twettieq tad-doveri tagħhom, u għall-persunal tiegħu.

Il-Fond għandu, minbarra dan jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' xi spiża fil-kapital tiegħu u mill-formalitajiet varji li jistgħu jiġu konnessi magħhom, fl-Istat fejn il-Fond ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, l-istralċ jew il-likwidazzjoni m'għandhomx jikkawżaw impożizzjoni. Fl-aħħar, l-attivitajiet tal-Fond u ta' l-organi tiegħu imwettqa skond l-Istatut tiegħu m'għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.

Dawk id-dividendi, qliegħ kapitali, jew forom oħrajn ta' dħul li joħorġu mill-Fond, li huma intitolati għalihom il-membri, ta' xort' oħra mill-Komunità Ewropea u l-Bank, għandhom madanakollu, jibqgħu soġġetti għad-disposizzjonijiet fiskali tal-leġislazzjoni applikabbli.

6. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha, fil-limiti stabbiliti hawnhekk iżjed 'il quddiem, ġurisdizzjoni fi kwestjonijiet dwar miżuri adottati minn organi tal-Fond. Proċeduri kontra dawn il-miżuri jistgħu jinbdew minn kull membru tal-Fond fil-kapaċità tiegħu jew minn Stati Membri taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 230 ta' dan it-Trattat.

Magħmul f’Ruma, dan il-ħamsa u għoxrin jum ta’ Marzu fis-sena elf disa mija sebgħa u ħamsin.

[1] Artikolu emendat bil-Protokoll Nru 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[2] Paragrafu emendat bil-Protokoll Nru 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[***] Il-figuri msemmija għall-Istati Membri l-ġodda huma indikattivi u bbażati fuq il-previżjoni ta' data għall-2002 ippubblikata mill-Eurostat (New Cronos).

[4] Paragrafu emendat bil-Protokoll Nru 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

[5] Paragrafu emendat bil-Protokoll Nru 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003.

[6] Paragrafu emendat bil-Protokoll Nru 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 12)

dwar l-Italja (1957)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti problemi partikolari relatati ma' l-Italja,

FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat:

L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ

JIEĦDU NOTA tal-fatt li l-Gvern Taljan qed iwettaq program ta' għaxar snin ta' espansjoni ekonomika ddisinjat biex jirrettifika d-disekwilibri fl-istruttura ta' l-ekonomija Taljana, b'mod partikolari billi jipprovdi infrastruttura għaż-żoni inqas żviluppati fl-Italja t'isfel u fil-gżejjer Taljani u billi joħloq impiegi oħrajn sabiex jelimina l-qagħad;

IFAKKRU li l-prinċipji u l-objettivi ta' dan il-programm tal-Gvern Taljan ġew ikkunsidrati u approvati mill-organizzazzjonijiet għall-kooperazzjoni internazzjonali li tagħhom l-Istati Membru huma membri;

JIRRIKONOXXU li hu fl-interess komuni tagħhom li l-objettivi tal-programm Taljan jintlaħqu;

JIFTEHMU, li sabiex tiġi ffaċilitata r-realizzazzjoni ta' dan ix-xogħol mill-Gvern Taljan, li jirrakkomandaw lill-istituzzjonijiet tal-Komunità li għandhom jimpjegaw il-metodi u l-proċeduri kollha provduti f'dan it-Trattat u, b'mod partikolari, jagħmlu użu xieraq tar-riżorsi tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-Fond Soċjali Ewropew;

HUMA TA' L-OPINJONI li l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, fl-applikazzjoni ta' dan it-Trattat, jieħdu kont ta' l-isforz li għandu jsir mill-ekonomija Taljana fis-snin fil-ġejjieni u tax-xewqa li tiġi evitata tensjoni perikoluża fil-bilanċ tal-pagamenti jew fil-livell ta' mpjieg, li jista' jipperikola l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat fl-Italja;

JIRRIKONOXXU li fil-każ ta' l-Artikoli 119 u 120 li qed jiġu applikati jkun meħtieġ li jieħdu ħsieb li kull miżura meħtieġa mill-Gvern Taljan ma tipperġudikax it-twettiq sħiħ tal-programm tiegħu għall-espansjoni ekonomika u biex jittejjeb il-livell ta' għixien tal-popolazzjoni.

Magħmul f'Ruma dan il-ħamsa u għoxrin jum ta' Marzu fis-sens elf disa' mija u sebgħa u ħamsin.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 13)

dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jiddefinixxu f' aktar dettall l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat għal ċerta merkanzija li toriġina ġewwa u tiġi minn ċerti pajjiżi u tgawdi trattament speċjali meta importata fi Stat Membru,

FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat

1. L-applikazzjoni tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea m'għandhiex teħtieġ xi alterazzjoni fit-trattament doganali applikabbli fl- 1 ta' Jannar 1958 għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Benelux ta' merkanzija li toriġina fi u tkun ġejja mis-Surinam [*] jew mill-Antilles Olandiżi [**];

2. Merkanzija importata fi Stat Membru u li tibbenefika mit-trattament imsemmi hawn fuq m'għandhiex tkun ikkunsidrata f'ċirkolazzjoni libera f'dak l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 24 ta' dan it-Trattat meta esportata mill-ġdid lejn Stat Membru ieħor.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn ir-regoli tagħhom li jirregolaw it-trattament speċjali msemmi f'dan il-Protokoll, flimkien ma' lista tal-merkanzija ntitolata għal dan it-trattament.

Għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn b'xi bidliet sussegwentement magħmula f'dawk il-listi jew fit-trattament.

4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tistax tkun ta' preġdizzju għal Stati Membri oħra; b'dan l-iskop tista' tieħu kull miżura xierqa fir-rigward ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membri.

Magħmul f'Ruma dan il-ħamsa u għoxrin jum ta' Marzu fis-sena elf disa' mija sebgħa u ħamsin.

[*] Id-disposizzjonijiet tar-raba' parti tat-Trattat ġew applikati għas-Surinam, bis-saħħa ta' l-att addizzjonali tar-Renju ta' l-Olanda depożitat bħala żieda ma' l-instrument ta' ratifika tiegħu ta' l- 1 ta' Settembru 1962 fl- 16 juillet 1976.

[**] Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tat- 13 ta' Novembru 1962 dwar ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ekonomika Ewropea (ĠU 150, 1.10.1964, p. 2414/64), il-protokoll m' għadux applikabbli għall-Antilles Olandizi.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 14)

li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda [*] (1962)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA–

WAQT LI JIXTIEQU jagħtu dettalji iktar kompleti dwar is-sistema ta' negozju applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda –

FTEHMU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin li għandhom jiġu annessi ma' dak it-Trattat:

Artikolu 1

Dan il-Protokoll huwa applikabbli għal prodotti petrolifiċi li jaqgħu taħt in-Nomenkaltura ta' Brussel numri 27.10, 27.11, 27.12, ex 27.13 (xama' tal-pitrolju, xama' petrolifika jew tax-shale u residwi tal-pitrolju) u 27.14, importati għall-użu fl-Istati Membri.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw irwieħhom li jagħtu lil prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda il-preferenzi tariffarji li jirriżultaw mill-Assoċjazzjoni ta' din ta' l-aħħar mal-Komunità, taħt il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-Protokoll. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw ikunu xi jkunu r-regoli ta' l-oriġini applikati mill-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Meta l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tistabilixxi li importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq qed jikkawżaw diffikultajiet reali fis-suq ta' Stat Membru wieħed jew iktar, għandha tiddeċiedi li dazji Doganali fuq l-importazzjonijiet imsemmija għandhom jiġu ntrodotti, miżjuda jew introdotti mill-ġdid mill-Istati Membri in kwistjoni, sal-limitu u għal dak il-perjodu li jista' jkun meħtieġ biex tiġi sodisfatta dik is-sitwazzjoni. Ir-rati tad-dazji Doganali hekk introdotti, miżjuda jew introdotti mill-ġdid ma jistgħux jaqbżu id-dazji Doganali applikabbli għal pajjiżi terzi għal dawn l-istess prodotti.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu fi kwalunkwe każ jiġu applikati meta l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda jilħqu żewġ miljun tunnellata metrika f' sena.

3. Il Kunsill għandu jiġi nformat bid-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2, inklużi dawk diretti lejn ir-rifjut ta' talba minn Stat Membru. Il-Kunsill għandu, fuq talba ta' kull Stat Membru, jassumi responsabbiltà għall-kwistjoni u jista' fi kwalukwe ħin jemendhom jew jirrevokhom b'deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kkwalifikata.

Artikolu 4

1. Jekk Stat Membru jikkunsidra li importazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda, magħmula jew direttament jew permezz ta' Stat Membru ieħor taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq, qed jikkawżaw diffikultajiet reali fis-suq tiegħu u li azzjoni immedjata hi meħtieġa biex jiġu sodisfatti, jista' fuq l-inizjattiva tiegħu stess jiddeċiedi li japplika dazji Doganali għal dawn l-importazzjonijiet, li r-rata tagħhom ma tistax taqbeż dawk tad-dazji Doganali applikabbli għal pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-istess prodotti, Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi fi żmien xahar jekk il-miżuri meħuda mill-Istat għandhomx jinżammu jew għandhomx jiġu emendati jew ikkanċellati. Id-disposizzonijiet ta' l-Artikolu 3 (3) għandhom ikunu applikabbli għal din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2. Meta l-kwantitajiet ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda importati jew direttament jew permezz ta' Stat Membru, taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq, fi Stat Membru jew Stati tal-KEE jeċċedu tul sena kalendarja it-tunnellaġġ li jidher fl-Anness ma' dan il-Protokoll, il-miżuri meħuda skond il-paragrafu 1 minn dak jew dawk l-Istati Membri għas-sena kurrenti għandhom jiġu kkunsidrati li huma ġustifikati; il-Kumissjoni għandha, wara li tassigura lilha nfisha li t-tunnellaġġ iffissat intlaħaq, tirreġistra formalment il-miżuri meħuda. F' dan il-każ l-Istati Membri l-oħra għandhom jastjenu milli jqiegħdu l-kwistjoni formalment quddiem il-Kunsill.

Artikolu 5

Jekk il-Komunità tiddeċiedi li tapplika restrizzjonijiet kwantitattivi għal prodotti petrolifiċi, mingħajr distinzjoni ta' mnejn huma mpurtati, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu ukoll jiġu applikati għal importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti mill-Antilles ta' l-Olanda. F'dan il-każ għandu jingħata trattament preferenzjali lill-Antilles ta' l-Olanda meta pparagunata ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 6

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 5 għandhom jiġu riveduti mill-Kunsill, b'deċiżjoni unanima, wara konsultazjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, meta definizzjoni komuni ta' oriġini għal prodotti petrolifiċi minn pajjiżi terzi u pajjiżi Assoċjati hija adottata, jew meta jittieħdu deċiżjonijiet fil-qafas ta' politika kummerċjali komuni għall-prodotti in kwistjoni jew meta hija stabbilita politika komuni għall-enerġija.

2. Meta ssir din ir-reviżjoni, madanakollu, preferenzi ekwivalenti għandhom fi kwalunkwe każ jiġu mantnuti a favur ta' l-Antilles ta' l-Olanda f'forma xierqa u għal kwantità minima ta' 2.5 miljun tunnellata metrika ta' prodotti petrolifiċi.

3. L-impenji Komunitarji fir-rigward ta' preferenzi ekwivalenti kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu, jekk meħtieġ, jitqassmu pajjiż b'pajjiż b'kont meħud tat-tunnellaġġ indikat fl-Anness ma' dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-mudell li ġej ta' importazzjonijiet fl-Istati Membri ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, li għandha tara li hija ċċirkolata, l-informazzjoni utli kollha għal dak l-iskop skond il-kondizzjonijiet amministrattivi rakkomandati minnha.

MAGĦMUL fi Brussel, it-tlettax-il jum ta' Novembru, elf disa' mija u tnejn u sittin.

[*] Miżjud mill-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tat- 13 ta' Novembru 1962 dwar ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ekonomika Ewropea (ĠU 150, 1.10.1964, p. 2414/64).

--------------------------------------------------

Anness mal-protokoll

Għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4 (2) tal-Protokoll li jikkonċerna importazzjonijiet fil-Komunità Ekonomika Ewropea ta' prodotti petrolifiċi irfinati fl-Antilles ta' l-Olanda, il-Partijiet Kontrenti Għolja iddeċidew li l-kwantità ta' 2 miljun tunnellata metrika ta' prodotti petrolifiċi mill-Antilles għandha tiġi allokata bejn l-Istati Membri kif ġej:

Il-Ġermanja … | 625000 tunnellata metrika |

L-Unjoni Ekonomika Belgo/Lussemburgiża … | 200000 tunnellata metrika |

Franza … | 75000 tunnellata metrika |

L-Italja … | 100000 tunnellata metrika |

L-Olanda … | 1000000 tunnellata metrika |

--------------------------------------------------

Protokoll [*] (Nru 15)

dwar arranġamenti speċjali għall-Groenlandja (1985)

Artikolu 1

1. It-trattament dwar l-importazzjoni ġewwa l-komunità ta' prodotti soġġetta għall-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Groenlandja, għandu, waqt li jikkonforma mal-mekkaniżmi ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni, jinvolvi l-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana u l-piżijiet b'effett ekwivalenti u in-nuqqas ta' restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri b' effett ekwivalenti jekk il-possibiltajiet ta' l-aċċess għaż-żoni tas-sajd tal-Groenlandja mogħtija lill-Komunità skond il-ftehim bejn il-Komunità u l-awtorità responsabbli għall-Groenlandja huma sodisfaċenti għall-Komunità.

2. Il-miżuri kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni għal dawn il-prodotti, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti lill-Kunsill, li għandu jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata, għall-miżuri tranżitorji li tikkunsidra meħtieġa, minħabba d-dħul fis-seħħ ta' l-arranġamenti l-ġodda, fejn għandha x'taqsam il-manutenzjoni ta' drittijiet akkwistati minn persuni naturali jew legali matul il-perjodu meta l-Groenlandja kienet parti mill-Komunità u r-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni fejn għandha x'taqsam l-għajnuna finanzjarja mill-Komunitajiet lill-Groenlandja matul dak il-perjodu.

[*] L-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Groenlandja jipprovdi li dan il-Protokoll, anness għal dan it-Trattat, ikun anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ekonomika Ewropea (ĠU L 29, 1.2.1985).

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 16)

Dwar l-akkwist tal-proprjetà fid-Danimarka (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JIXTIEQU li jsolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

FTEHMU DWAR dan il-provvediment li ġej, li għandu jiġi anness mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

Minkejja l-provvedimenti ta' dan it-Trattat, id-Danimarka tista' żżomm il-leġislazzjoni eżistenti dwar l-akkwist tat-tieni dar.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 17)

Dwar l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea (1992)

Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

FTEHMU dwar il-provvediment li ġej, li għandu jiġi anness mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

Għall-fini ta' l-Artikolu 141 ta' dan it-Trattat, il-benefiċċji pagabbli taħt skemi ta' sigurtà soċjali in konnessjoni ma' l-impieg, ma jiġux ikkunsidrati bħala rimunerazzjoni jekk u sakemm jistgħu jiġu attribwiti għal perijodi ta' impieg li ġew qabel is- 17 ta' Mejju 1990, ħlief fil-każ ta' ħaddiema jew ta' dawk l-aventi kawża, u li qabel dik id-data jkunu bdew proċeduri legali jew introduċew talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali li tkun tapplika.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 18)

dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

BILLI JIXTIEQU li jgħaddu l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew kif hemm provedut fl-Artikolu 8 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

FTEHMU fuq dawn il-provvedimenti li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

KAPITOLU 1

IL-KOSTITUZZJONI TA' L-SEBĊ

Artikolu 1

Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali

1.1. Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8 ta' dan it-Trattat; dawn għandhom iwettqu il-kompiti tagħhom u jwettqu l-attivitajiet tagħhom skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat u ta' dan l-Istatut.

1.2. Skond l-Artikolu 107 (1) ta' dan it-Trattat, is-SEBĊ għandha tkun komposta mill-BĊE u mill-banek ċentrali ta' l-Istati Membri ("il-banek ċentrali nazzjonali"). L-Institut monetaire luxembourgeois għandu jkun il-bank ċentrali tal-Lussemburgu.

KAPITOLU II

IL-MIRI U L-KOMPITI TA' L-SEBĊ

Artikolu 2

Miri

Skond l-Artikolu 105(1) ta' dan it-Trattat, il-mira ewlenija ta' l-SEBĊ għandha tkun li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għall-mira ta' l-istabbiltà tal-prezzijiet, għandha wkoll tagħti appoġġ lil-linji politiċi ekonomiċi ġenerali fil-Komunità bil-ħsieb li tgħin biex jintlaħħqu l-għanijiet tal-Komunità kif indikati fl-Artikolu 2 ta' dan it-Trattat. L-SEBĊ għandha taġixxi skond il-prinċipju ta' ekonomija ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni libera, u tiffavorixxi allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi, u bi qbil mal-prinċipji indikati fl-Artikolu 4 ta' dan it-Trattat.

Artikolu 3

Kompiti

3.1. Skond l-Artikolu 105(2) ta' dan it-Trattat, il-ħidma fondamentali li għandha ssir permezz ta' l-SEBĊ hija:

- li tiddefinixxi u timplementa l-politika monetarja tal-Komunità;

- li tmexxi l-operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 111 ta' dan it-Trattat;

- li żżomm in depożitu u tamministra r-riservi barranin uffiċjali ta' l-Istati Membri;

- li tippromwovi l-funzjonament regolari tas-sistemi tal-pagamenti.

3.2. Skond l-Artikolu 105(3) ta' dan it-Trattat, it-tielet subinċiż ta' l-Artikolu 3.1 ma jippreġudikax id-dritt ta' Stati Membri li jżommu in depożitu u jamministraw il-bilanċi operattivi fil-kambju internazzjonali.

3.3. Skond l-Artikolu 105(5) ta' dan it-Trattat, l-SEBĊ għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija tmexxija tajba ta' linji politiċi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti f'dak li jirrigwarda is-sorveljanza prudenzjali li tkun marbuta mas-sorveljanza għaqlija ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

Artikolu 4

Funzjonijiet konsultattivi

Skond l-Artikolu 105(4) ta' dan it-Trattat:

(a) il-BĊE għandu jkun ikkonsultat:

- dwar kull att komunitarju propost fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu;

- mill-awtoritajiet nazzjonali dwar kull disposizzjoni leġislattiva abbozzata fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, imma fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 42;

(b) il-BĊE jista' jissottometti l-opinjonijiet tiegħu lill-istituzzjonijiet jew korpi approprijati tal-Komunità jew lill-awtoritajiet nazzjonali dwar ħwejjeġ li jaqgħu fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu.

Artikolu 5

Ġbir ta' informazzjoni statistika

5.1. Biex ikun jista' jwettaq il-kompiti tas-SEBĊ, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, għandu jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand operaturi ekonomiċi. Għal dan l-iskop għandu jikkoopera ma' l-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

5.2. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom iwettqu, sa fejn ikunu jistgħu, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

5.3. Il-BĊE għandu jikkontribwixxi għall-armoniżżazzjoni, fejn ikun jinħtieġ, tar-regoli u tal-prattika tal-ġbir, il-kompilazzjoni u t-tqassim ta' l-istatistika fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu.

5.4. Il-Kunsill, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 42, għandu jiddefinixxi l-persuni fiżiċi u legali li għandhom l-obbligu li jirrapportaw, ir-regoli ta' kunfidenzjalitaà u d-disposizzjonijiet adattati biex jinforza l-konformità.

Artikolu 6

Il-kooperazzjoni internazzjonali

6.1. Fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali li tinvolvi l-kompiti fdati f'idejn is-SEBĊ, l-BĊE għandu jiddeciedi kif għandha tkun irrappreżentata s-SEBĊ.

6.2. Il-BĊE u, bl-approvazzjoni tiegħu, il-banek ċentrali nazzjonali, jistgħu jipparteċipaw f'istituzzjonijiet monetarji internazzjonali.

6.3. L-Artikoli 6.1 u 6.2 ma jippreġudikawx l-Artikolu 111(4) ta' dan it-Trattat.

KAPITOLU III

L-ORGANIZZAZZJONI TAS-SEBĊ

Artikolu 7

L-indipendenza

Skond l-Artikolu 108 ta' dan it-Trattat, meta jeżerċitaw il-poteri u jwettqu l-kompiti u jaqdu d-dmirijiet fdati f'idejhom b'dan it-Trattat u b'dan l-Istatut, la l-BĊE, la xi bank ċentrali nazzjonali, u lanqas xi membru tal-korpi deċiżjonali tagħhom, ma għandu jitlob jew jaċċetta istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp ieħor. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri jintrabtu li jirrispettaw dan il-prinċipju u li ma jippruvawx jinfluwenzaw lill-membri tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE jew tal-banek ċentrali nazzjonali, fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 8

Prinċipju ġenerali

Is-SEBĊ tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Artikolu 9

Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.1. Il-BĊE li, skond l-Artikolu 107(2) ta' dan it-Trattat, għandu jkollu personalità ġuridika, għandu jgawdi f'kull Stat Membru l-estensjoni kollha ta' kapaċità legali l-aktar pożizzjoni legali estensiva li soltu mogħtija bil-liġi lill-persuni ġuridiċi; jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjeta mobbli jew immobbli jew jiddisponi minnha, u jista' ikun parti fi proċeduri legali.

9.2. Is-SEBĊ għandha tiżgura li l-kompiti mogħtija lill-SEBĊ taħt l-Artikolu 105(2), (3) u (5) ta' dan it-Trattat jitwettqu jew bl-attivitajiet tagħha proprji li konformi ma' dan l-Istatut jew permezz tal-banek ċentrali nazzjonali konformi mill-Artikoli 12.1 u 14.

9.3. Skond l-Artikolu 107(3) ta' dan it-Trattat, il-korpi deċiżjonali tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 10

Il-Kunsill Regolatorju

10.1. Skond l-Artikolu 112(1) ta' dan it-Trattat, il-Kunsill Regolatorju għandu jiġbor fih il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali.

10.2. Kull membru tal-Kunsill Regolatorju għandu jkollu vot wieħed. Mid-data li fiha n-numru ta' membri tal-Kunsill Regolatorju jeċċedi l-21, kull membru tal-Kunsill Regolatorju għandu jkollu vot wieħed u n-numru ta' gvernaturi bid-dritt tal-vot għandu jkun 15. Dawn id-drittijiet tal-vot ta' l-aħħar għandhom ikunu assenjati u għandhom iduru kif ġej:

- mid-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jeċċedi l-15, sakemm jilħaq 22, il-gvernaturi għandhom ikunu allokati għal żewġ gruppi, skond l-ikklassifikar tad-daqs ta-sehem ta' l-Istat Membru tal-bank ċentrali nazzjonali fil-prodott gross domestiku komplessiv bi prezzijiet tas-suq u fit-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro. L-ishma fil-prodott gross domestiku komplessiv bil-prezzijiet tas-suq u fit-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji għandhom ikunu assenjati l-piżijiet ta' 5/6 u 1/6 rispettivament. L-ewwel grupp għandu jkun kompost minn ħames gvernaturi u t-tieni grupp mill-gvernaturi li jkun fadal. Il-frekwenza tad-drittijiet tal-vot tal-gvernaturi allokati għall-ewwel grupp m'għandux ikun anqas mill-frekwenza tad-drittijiet tal-vot ta' dawk tat-tieni grupp. Bla ħsara għas-sentenza preċedenti, l-ewwel grupp għandu jkun assenjat erba' drittijiet tal-vot u t-tieni grupp ħdax il-dritt tal-vot;

- mid-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jilħaq 22, il-gvernaturi għandhom ikun allokati lil tlett gruppi skond klassifikazzjoni bbażata fuq il-kriterji t'hawn fuq. L-ewwel grupp għandu jkun kompost minn ħames gvernaturi u għandu jkun assenjat b'erba' drittijiet tal-vot. It-tieni grupp għandu jkun kompost minn nofs in-numru totali ta' gvernaturi, b'kull frazzjoni miżjuda sa' l-eqreb numru sħiħ, u għandu jkun assenjat tmien drittijiet tal-vot. It-tielet grupp għandu jkun kompost mill-bqija tal-gvernaturi u għandu jkun assenjat tlett drittijiet tal-vot;

- f'kull grupp, il-gvernaturi għandhom ikollhom id-drittijiet tal-vot tagħhom għal ammonti ta' żmien ugwali;

- għall-kalkolazzjoni ta' l-ishma fil-prodott gross domestika komplessiv bil-prezzijiet tas-suq għandu japplika l-Artikolu 29.2. It-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet finazjarju monetarji għandu jkun kalkolat skond il-qafas ta' l-istatistika li japplika fil-Komunità Ewropea fil-ħin tal-kalkolazzjoni;

- kull meta l-prodott gross domestiku komplessiv bil-prezzijiet tas-suq ikun aġġustat skond l-Artikolu 29.3, jew kull meta n-numru ta' gvernaturi jiżdied, id-daqs u/jew il-kompożizzjoni tal-gruppi għandu jkun aġġustat skond il-prinċipji msemmija hawn fuq;

- il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, bid-dritt tal-vot jew mingħajr id-dritt tal-vot, għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-prinċipji msemmija hawn fuq u jista' jiddeċiedi li jipposponi l-bidu tas-sistema ta' rotazzjoni sad-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jeċċedi 18.

Id-dritt tal-vot għandu jiġi eżerċitat personalment. B'deroga minn din ir-regola, ir-Regoli ta' Proċedura msemmija fl-Artikolu 12.3 jistgħu jistabbilixxu li membri tal-Kunsill Regolatorju jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom permezz ta' teleconferencing. Dawn ir-regoli għandu jipprovdu wkoll li membru tal-Kunsill Regolatorju li ma jkunx jista' jattendi l-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju għall-perjodu twil jista' jaħtar sostitut bħala membru tal-Kunsill Regolatorju.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-vot tal-membri kollha tal-Kunsill Regolatorju, bid-dritt tal-vot jew mingħajru, skond l-Artikoli 10.3, 10.6 u 41.2.

Ħlief kif provdut f'dan l-Istatut, il-Kunsill Regolatorju għandu jaġixxi b'maġġornaza sempliċi tal-membri li għandhom d-dritt tal-vot. F'każ ta' riżultat b'voti ndaqs, il-President għandu jkollu vot deċiżiv.

Sabiex il-Kunsill Regolatorju jkun jista' jivvota, irid ikun hemm kworum ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom id-dritt tal-vot. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li matulha deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr konsiderazzjoni għall-kworum.

10.3. Biex jittieħdu xi deċiżjonijiet skond l-Artikoli 28, 29, 30, 32, 33 u 51, il-voti fil-Kunsill Regolatorju għandhom jiġu peżati skond kemm ikollhom ishma l-banek ċentrali nazzjonali fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Il-piż tal-voti tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun zero. Deċiżjoni li teħtieg maġġoranza kkwalifikata għandha titqies li ttieħdet jekk il-voti favur ikunu jirrappreżentaw mill-anqas żewġ terzi tal-kapital sottoskritt tal-BĊE u jirrappreżentaw mill-anqas nofs ta' l-azzjonisti. Jekk Gvernatur ma jkunx jista' jattendi, ikun jista' jinnomina persuna oħra biex tagħti il-vot peżat minfloku.

10.4. Il-proċeduri tal-laqgħat ikunu kunfidenzjali. Il-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi li jippubblika r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu.

10.5. Il-Kunsill Regolatorju għandu jiltaqa' mill-anqas għaxar darbiet fis-sena.

10.6L-Artikolu 10.2 jista’ jiġi emendat mill-Kunsill meta dan ikun kompost mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, li jaġixxu b’mod unanimu jew fuq rakkomandazzjoni ta’ l-BĊE u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-BĊE. Il-Kunsill għandu jirrakkomanda emendi bħal dawn lill-Istati Membri għall-adozzjoni. Dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha skond ir-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.

Rakkomandazzjoni magħmula mill-BĊE skond dan il-paragrafu teħtieġ deċiżjoni mill-Kunsill tal-Gvernaturi b’unanimità.

Artikolu 11

Il-Bord Eżekuttiv

11.1. Skond l-Artikolu 112(2)(a) ta' dan it-Trattat, il-Bord Eżekuttiv ikun magħmul minn President, Viċi-President u erba' membri oħra.

Il-membri jiddedikaw irwieħhom esklussivament għal dmirjiethom. L-ebda membru ma jista' jimpenja ruħu f'xi impjieg ieħor, sew bi ħlas sew jekk le, sakemm ma tkunx ingħatat eċċezzjonalment eżenzjoni mill-Kunsill Regolatorju.

11.2. Skond l-Artikolu 112(2)(b) ta' dan it-Trattat, il-President, il-Viċi-President u l-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jinħatru minn fost persuni ta' statura rikonoxxuta u ta' esperjenza professjonali f'materji monetarji jew bankarji bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Regolatorju.

Il-ħatra tagħhom tkun għal tmien snin u ma tistax tiġġedded.

Persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta' l-Istati Membri biss jistgħu jkunu membri tal-Bord Eżekuttiv.

11.3. Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, u b'mod partikolari s-salarji, il-pensjonijiet u benefiċċji oħra tas-sigurtà soċjali, isiru b'kuntratt mal-BĊE u jiġu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju fuq il-proposta ta' Kumitat li jkun fih tliet membri maħtura mill-Kunsill Regolatorju u tliet membri maħtura mill-Kunsill. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma jkollhomx id-dritt jivvotaw fuq kwistjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.

11.4. Jekk membru tal-Bord Eżekuttiv ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu jew inkella kien ħati ta' mġieba ħażina serjament, il-Qorti tal-Ġustizzja, tista', wara rikors tal-Kunsill Regolatorju jew tal-Bord Eżekuttiv, iġġiegħlu jirtira.

11.5. Kull membru tal-Bord Eżekuttiv li jkun preżenti personalment ikollu d-dritt jivvota u jkollu għal dan l-iskop, vot wieħed. Salv kif provdut xort' oħra, il-Bord Eżekuttiv jaġixxi b'maġġoranza sempliċi tal-voti. Jekk il-voti jirriżultaw indaqs, il-President ikollu l-vot deċisiv. L-arranġamenti għall-votazzjoni jkunu indikati fir-Regoli ta' Proċedura msemmija fl-Artikolu 12.3.

11.6. Il-Bord Eżekuttiv ikun responsabbli għall-amministrazzjoni korrenti tal-BĊE.

11.7. Kull post vakanti fil-Bord Eżekuttiv għandu jimtela bil-ħatra ta' membru ġdid skond l-Artikolu 11.2.

Artikolu 12

Responsabbiltajiet tal-korpi deċiżjonali

12.1. Il-Kunsill Regolatorju għandu jadotta l-linji direttivi u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati f'idejn is-SEBĊ minn dan it-Trattat u dan l-Istatut. Il-Kunsill Regolatorju għandu jifformula l-politika monetarja tal-Komunità li tinkludi, kif xieraq, deċiżjonijiet marbutin ma' skopijiet monetarji intermedji, rati indikattivi ta' imgħax u l-fornitura ta' riservi fis-SEBĊ, u għandu jistabbilixxi d-direttivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jimplimenta l-politika monetarja skond il-linji direttivi stabbiliti u d-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Regolatorju. Waqt li jagħmel dan, il-Bord Eżekuttiv għandu jagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-banek ċentrali nazzjonali. Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv jista' jkollu xi poteri delegati lilu meta l-Kunsill Regolatorju hekk jiddeċiedi.

Sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq, u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-BĊE għandu jirrikorri għand il-banek ċentrali nazzjonali biex iwettaq operazzjonijiet li jagħmlu parti mill-ħidmiet ta' l-SEBĊ.

12.2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu r-responsabbiltà li jipprepara laqgħat tal-Kunsill Regolatorju.

12.3. Il-Kunsill Regolatorju għandu jadotta Regoli ta' Proċedura li jistabbilixxu l-organizzazzjoni interna tal-BĊE u tal-korpi deċiżjonali tagħha.

12.4. Il-Kunsill Regolatorju għandu jeżerċita l-funzjonijiet ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 4.

12.5. Il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu d-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 13

Il-President

13.1. Il-President jew, fl-assenza tiegħu, il-Viċi-President jippresiedi l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

13.2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39, il-President jew il-persuna nominata minnu, għandu jirrappreżenta lill-BĊE esternament.

Artikolu 14

Banek ċentrali nazzjonali

14.1. Skond l-Artikolu 109 ta' dan it-Trattat, kull Stat Membru għandu jiżgura, mhux aktar tard mid-data tat-twaqqif ta' l-SEBĊ, li l-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, inklużi l-istatuti tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu, ikunu kompatibbli ma' dan it-Trattat u ma’ dan l-Istatut.

14.2. L-istatuti tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom, b'mod partikolari, jipprovdu li ż-żmien tal-kariga ta' Gvernatur ta' bank ċentrali nazzjonali ma jkunx inqas minn ħames snin.

Gvernatur jista' jitneħħa mill-inkarigu tiegħu biss jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu jew inkella jekk ikun ħati ta' mġieba ħażina serjament. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi riferita lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvernatur involut jew mill-Kunsill Regolatorju, bħala ksur ta' dan it-Trattat jew ta' xi regola tal-liġi marbuta ma' l-applikazzjoni tiegħu.Dawn il-proċeduri għandhom jibdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew min-notifika tagħha lir-rikorrent jew, fin-nuqqas, mill-jum meta r-rikorrent ikun sar jaf biha, skond ma jkun il-każ.

14.3. Il-banek ċentrali nazzjonali huma parti integrali mill-SEBĊ u għandhom jaġixxu skond il-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE. Il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE jiġu mħarsa, u għandu jirrikjedi li tingħatalu kull informazzjoni li tkun tinħtieġ.

14.4. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jwettqu funzjonijiet oħra li ma jkunux dawk indikati f'dan l-Istatut kemm-il darba l-Kunsill Regolatorju ma jiddeċidiex, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti, li dawn ikunu qed ifixklu l-iskopijiet u l-kompiti ta' l-SEBĊ. Dawn il-funzjonijiet jinvolvu responsabbiltà u l-obbligi tal-banek ċentrali nazzjonali u m'għandhomx jitqiesu bħala parti mill-funzjonijiet ta' l-SEBĊ.

Artikolu 15

Obbligi li jsiru rapport

15.1. IL-BĊE għandu jħejji u jippubblika rapporti dwar l-attivitajiet tas-SEBĊ ta' l-inqas kull tliet xhur.

15.2. Dikjarazzjoni finanzjarja konsolidata tas-SEBĊ għandha tiġi ppubblikata kull ġimgħa.

15.3. Skond l-artikolu 113(3) ta' dan it-Trattat, il-BĊE għandu jagħmel rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-SEBĊ u fuq il-politika monetarja kemm tas-sena preċedenti kif ukoll ta' dik kurrenti, lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u l-Kunsill Ewropew.

15.4. Ir-rapporti u d-dikjarazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta' kull parti interressata bla ebda ħlas.

Artikolu 16

Karti tal-flus

Skond l-Artikolu 106(1) ta' dan it-Trattat, il-Kunsill Regolatorju jkollu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta' karti tal-flus fil-Komunità. Dan il-ħruġ ta' noti jista' jsir kemm mill-BĊE kif ukoll mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali biss ikollhom l-istat ta' valuta legali fi ħdan il-Komunità.

IL-BĊE għandu jirrispetta kemm jista' jkun kull pratika eżistenti fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjoni u d-disinn ta' karti tal-flus.

KAPITOLU IV

FUNZJONIJIET MONETARJI U ĦIDMIET TA' L-SEBĊ

Artikolu 17

Kontijiet mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali

Sabiex iwettqu l-ħidmiet tagħhom, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiftħu kontijiet għal istituzzjonijiet ta' kreditu, entitajiet pubbliċi u parteċipanti oħra fis-suq u jaċċettaw assi, inklużi titoli mniżżla fil-kotba bħala garanziji kollaterali.

Artikolu 18

Is-suq miftuħ u l-operazzjonijiet ta' kreditu

18.1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-SEBĊ u biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu:

- joperaw fis-swieq finanzjarji billi jixtru u jbiegħu fil-mument (spot and forward) jew taħt ftehim ta' rkupru u b'titoli ta' self, ta'kreditu, u li jkunu trasferibbli sew jekk f'valuti użati fil-Komunità u sew f' oħrajn barra minnha, kif ukoll f'metalli prezzjużi;

- imexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, meta is-self ikun ibbażat fuq garanziji kollaterali adegwati.

18.2 Il-BĊE jistabilixxi prinċipji ġenerali għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ u ta' kreditu li jitwettqu minnu stess jew mill-banek ċentrali nazzjonali, inkluż għal mod kif jitħabbru il-kondizzjonikondizzjonijiet li taħthom huma jkunu lesti li jidħlu fi tranżazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 19

Riżervi minimi

19.1. Suġġett għall-Artikolu 2, il-BĊE jista', biex jimxi mal-miri ta' linji politiċi monetarji, jeżiġi mingħand l-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri illi jkollhom minimi ta' riżervi fil-kontijiet tagħhom mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali. Regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju. F'każijiet ta' inadempjenza il-BĊE ikollu l-jedd li jiġbor imgħax li jkun impost bħala piena u li jimponi sanzjonijiet oħra li jkollhom effett paragunabbli.

19.2. Sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 42, jiddefinixxi l-bażi għar-riżervi minimi u l-ogħla proporzjonijiet permissibbli bejn dawk ir-riżervi u l-bażi tagħhom, kif ukoll is-sanzjonijiet xierqa f'każijiet ta' inadempjenza.

Artikolu 20

Strumenti oħra ta' Kontroll Monetarju

Il-Kunsill Regolatorju jista', b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi fuq l-użu ta' dawk il-metodi l-oħra ta' kontroll monetarju kif iqis xieraq, skond l-Artikolu 2.

Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 42, jiddefinixxi l-ambitu li fih dawk il-metodi jimponu obbligazzjonijiet fuq terzi.

Artikolu 21

Operazzjonijiet ma' entitajiet pubbliċi

21.1. Skond l-Artikolu 101 ta' dan it-Trattat, overdrafts jew tipi oħra ta' faċilità ta' kreditu mal-BĊE jew mal-banek ċentrali nazzjonali favur l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Komunità, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew pubbliċi oħra, korpi oħra rregolati bil-liġi amministrattiva, jew intrapriżi pubbliċi fi Stati Membri huma pprojbiti, bħalma jkun ipprojbit ix-xiri dirett ta' istrumenti ta' kreditu minn għandhom milIl-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali.

21.2. IL-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħmluha ta' aġenti fiskali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 21.1.

21.3. Il-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' proprjeta pubblika fil-kuntest ta' provvista ta' riżervi mill-banek ċentrali, jkunu mgħotija l-istess trattament mill-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE bħalma jingħataw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu privati.

Artikolu 22

Sistemi ta' clearing u ħlas

IL-BĊE u l-banek centrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiżgura li s-sistemi ta' clearing u ħlas fi ħdan il-Komunità u ma' pajjizi oħra jkunu effiċjenti u validi.

Artikolu 23

Operazzjonijiet esterni

IL-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu

- jistabbilixxu relazzjonijiet ma’ banek ċentrali u istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiżi oħra u, fejn ikun xieraq, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

- jakkwistaw, ibiegħu fil-mument bħala futuri u jgħaddu kull tip ta' assi ta' valuta estera u metalli prezzjużi;

- il-frażi "attiv ta" valuta estera' tinkludi kull titolu u assi oħra fil-valuta ta' kull pajjiż jew miżuri ta' konteġġ u f'liema forma jkunu;

- jżommu in depożitu u jamministraw l-assi imsemmija f'dan l-Artikolu;

- jagħmlu kull tip ta' transazzjoni bankarja f'relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi operazzjonijiet ta' self u prestiti.

Artikolu 24

Operazzjonijiet oħra

Minbarra l-operazzjonijiet li joriġinaw mill-ħidmiet tagħhom, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali, jistgħu jidħlu f'operazzjonijiet li jkollhom skopijiet amministrattivi għalihom jew għall-ħaddiema tagħhom.

KAPITOLU V

IS-SORVELJANZA PRUDENZJALI

Artikolu 25

Is-Sorveljanza prudenzjali

25.1. IL-BĊE jista' joffri parir lil u jiġi konsultat mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar il-kamp ta' azzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni komunitarja fejn tidħol is-sorveljanza prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

25.2. Konformi ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 105(6) ta' dan it-Trattat, il-BĊE jista' jiżvolġi kompiti speċifiċi dwar linji politiċi li jirrigwardaw s-sorveljanza prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-eċċezzjoni ta' kumpaniji ta' l-assigurazzjoni.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI TA' L-SEBĊ

Artikolu 26

Il-Kontabilità finanzjarja

26.1. Is-sena finanzjarja tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tibda fl-ewwel jum ta' Jannar u tispiċċa fl-aħħar jum ta' Diċembru.

26.2. Il-kontijiet annwali tal-BĊE jitlestew mill-Bord Eżekuttiv, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju. Il-kontijiet jiġu approvati mill-Kunsill Regolatorju u għandhom wara dan jiġu ppubblikati.

26.3. Għall-finijiet analitiċi u operattivi, il-Bord Eżekuttiv għandu jlesti balance sheet konsolidata tal-BĊE, li tinkludi dak l-attiv u l-passiv tal-banek ċentrali nazzjonali li jaqgħu taħt l-SEBĊ.

26.4. Sabiex isseħħ l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill Regolatorju għandu jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex jiġu standardizzati l-kontijiet u r-rapporti ta' operazzjonijiet li jsiru mill-banek ċentrali nazzjonali.

Artikolu 27

Il-Verifika

27.1. Il-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju u approvati mill-Kunsill. L-awdituri jkollhom kull setgħa li jeżaminaw il-kotba u l-kontijiet kollha tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali u li jiksbu kull informazzjoni fuq it-transazzjonijiet tagħhom.

27.2. Il-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 ta' dan it-Trattat ikunu japplikaw biss għal eżami ta' l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE.

Artikolu 28

Il-Kapital tal-BĊE

28.1. Il-kapital tal-BĊE, li jsir operattiv malli jiġu stabbilita, ikun ta' 5,000 miljun ECU. Il-kapital jista' jiżdied b'dawk l-ammonti li l-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 10.3, fil-limiti u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet stipulati mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42.

28.2. Il-banek ċentrali nazzjonali jkunu l-uniċi sottoskriventi u detenturi tal-kapital tal-BĊE. Is-sottoskrizzjoni fil-kapital tkun skond il-kjavi stabbilita fl-Artikolu 29.

28.3. Il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata skond l-Artikolu 10.3, għandu jiddeċiedi sa liema limitu ammont il-kapital jiġi konferit u f'liema forma.

28.4. Skond l-Artikolu 28.5, l-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fil-kapital sottoskritt tal-BĊE ma jistgħux jiġu trasferiti, mirhuna jew issekwestrati.

28.5. Jekk il-kjavi msemmija fl-Artikolu 29 tiġi aġġustata, il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jittrasferixxu bejniethom l-ishma mill-kapital sal-limitu meħtieġ biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni ta' l-ishma mill-kapital tkun tikkorrispondi mal-kjavi aġġustata. Il-Kunsill Regolatorju għandu jiddeċiedi l-pattijiet u l-kondizzjonikondizzjonijiet ta' dawk it-transferimenti.

Artikolu 29

Il-Kjavi għas-sottoskrizzjoni tal-Kapital

29.1. Meta skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 123(1) ta' dan it-Trattat is-SEBĊ u l-BĊE jkunu ġew stabbiliti, għandha tiġi stabbilita l-kjavi fil-kapital tal-BĊE. Kull bank ċentrali nazzjonali jiġi mogħti piż f'din il-kjavi ekwivalenti għas-somma ta':

- 50 % tas-sehem li jkollu l-Istat Membru rispettiv tiegħu mill-popolazzjoni tal-Komunità fis-sena preċedenti għal dik meta tkun ġiet stabbilita l-SEBĊ;

- 50 % tas-sehem ta' l-Istat Membru rispettiv tiegħu mill-prodott gross domestiku tal-Komunità skond il-prezzijiet fis-suq hekk kif dawn ikunu ġew reġistrati matul l-aħħar ħames snin li ppreċedew is-sena ta' qabel dik meta tkun ġiet stabbilita l-SEBĊ;

Il-perċentwali jiġu approssimizzati għall-eqreb multiplu ta' 0.05 punti perċentwali.

29.2. L-informazzjoni statistika li għandha tintuża fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skond ir-regoli adottati mill-Kunsill taħt il-proċedura li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 42.

29.3. Il-piżijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu aġġustati kull ħames snin wara li l-SEBĊ tiġi stabbilita b'analoġija mad-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29.1. Il-kjavi kif aġġustata tibda tapplika mill-ewwel ġurnata tas-sena ta' wara.

29.4. Il-Kunsill Regolatorju jieħu kull miżura oħra meħtieġa biex dan l-Artikolu jkun jista' jiġi applikat.

Artikolu 30

It-trasferiment ta' assi ta' riżerva barranin lill-BĊE

30.1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 28, il-BĊE tiġi pprovduta mill-banek ċentrali nazzjonali b'assi ta' riżerva barranin, barra minn muniti ta' l-Istati Membri, ECUs, posizzjonijiet ta' riżerva ta' l-IMF u SDRs, sa ammont ekwivalenti għal 50,000 miljun ECU. Il-Kunsill Regolatorju jiddeċiedi fuq il-proporzjon li jista' jintalab li jiġi konferit mill-BĊE wara li tiġi stabbilita u dwar l-ammonti li jintalbu aktar tard. Il-BĊE jkollha kull dritt li żżomm in depożitu r-riżervi barranin li jiġu ttrasferiti lilha kif ukoll li tużahom għall-bżonnijiet stipulati f'dan l-Istatut.

30.2. Il-kontribuzzjonijiet ta' kull bank ċentrali nazzjonali jiġu ffissati skond il-proporzjon tas-sehem tiegħu fil kapital sottoskritt tal-BĊE.

30.3. Kull bank ċentrali nazzjonali jiġi akkreditat mill-BĊE bi dritt ta' preljev ekwivalenti għall- kontribuzzjoni tiegħu. Il-Kunsill Regolatorju għandu jistabbilixxi d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta' dawn it-talbiet.

30.4. Aktar talbiet għal assi ta' riżerva barranin li jkunu jaqbżu l-limitu stipulat fl-Artikolu 30.1 mill-BĊE, jistgħu isiru skond l-Artikolu 30.2, fil-limiti u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet stipulati mill-Kunsill skond il-proċeduri li hemm fl-Artikolu 42.

30.5. Il-BĊE tista' żżomm u tamministra pożizzjonijiet ta' riżerva ta' IMF u SDRs u tipprovdi biex dawk l-assi jinġabru flimkien.

30.6. Il-Kunsill Regolatorju jieħu l-miżuri l-oħra kollha neċessarji biex dan l-Artikolu jiġi applikat.

Artikolu 31

L-Assi ta' riżervi barranin miżmuma mill-banek ċentrali nazzjonali

31.1 Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħmlu transazzjonijiet biex iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 23.

31.2. L-operazzjonijiet l-oħra kollha f'assi ta' riżerva barranin li jibqgħu għand il-banek ċentrali nazzjonali wara t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 30, u t-transazzjonijiet ta' l-Istati Membri bil-bilanċi tagħhom fir-rati tal-kambju għandhom, meta jaqbżu ċertu limitu li jkun definit fil-parametri ta' l-Artikolu 31.3, ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-BĊE, u dan sabiex tiġi żgurata koerenza mal-linji politiċi monetarji u dwar ir-rati tal-kambju komunitarji u kull politika monetarja tal-Komunità.

31.3. Il-Kusill Regolatorju għandu jippubblika linji direttivi bl-iskop li jiffaċilita operazzjonijiet bħal dawk.

Artikolu 32

L-Allokazzjoni ta' l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali

32.1. L-introjtu li jakkumula għad-disposizzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali fit-twettiq tal-funzjoni tal-politika monetarja ta' l-SEBĊ (iżjed 'il quddiem imsemmi bħala "introjtu monetarju") jiġi allokat fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

32.2. Skond l-Artikolu 32.2, l-ammont ta' l-introjtu monetarju ta' kull bank ċentrali nazzjonali jkun daqs l-introjtu annwali tiegħu derivat mill-assi tiegħu kontra l-flus fiċ-ċirkulazzjoni u l-passiv fid-depożiti għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawn l-assi għandhom jiġu riżervati mill-banek ċentrali nazzjonali skond linji direttivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju.

32.3. Jekk, wara l-bidu tat-tielet stadju, l-istruttura tal-balance sheet tal-banek ċentrali nazzjonali, fil-fehma tal-Kunsill Regolatorju, ma jippermettux l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32.2, il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċidi li, b'deroga mill-Artikolu 32.2, l-introjtu monetarju jitqies skond metodu alternattiv għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

32.4. L-ammont ta' l-introjtu monetarju ta' kull bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi mnaqqas b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax imħallas minn dak il-bank ċentrali fuq il-passiv fid-depożitu tiegħu f'istituzzjonijiet ta' kreditu skond l-Artikolu 19.

Il-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi li banek ċentrali nazzjonali jingħataw indennizz għal kull ħlas li jkunu għamlu in-konnessjoni ma' l-emissjoni tal-karti tal-flus jew f'ċirkostanzi eċċezjonali għal kull telf speċifiku li joriġina mill-operazzjonijiet ta' politika monetarja kkummissjonati mis-SEBĊ. L-indennizz ikun f'dik il-forma li tidher xierqa fil-fehma tal-Kunsill Regolatorju; dawn l-ammonti jistgħu jiġu paċuti kontra l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali.

32.5. Is-somma ta' l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali għandha tiġi allokata lill-banek ċentrali nazzjonali fi proporzjon ta' l-ishma mħallsa fil-kapital ta' l-BĊE, salva kull deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Regolatorju konformi ma' l-Artikolu 33.2.

32.6. Is-saldu u t-tpaċija tal-bilanċi li joriġinaw mill-allokazzjoni ta' dħul monetarju għandhom isiru mill-BĊE f'konformità mal-linji direttivi stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju.

32.7. Il-Kunsill Regolatorju ser jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 33

L-Allokazzjoni ta' profitt u telf nett tal-BĊE

33.1. Il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f'din l-ordni li ġej:

(a) ammont li jiġi stabbilit mill-Kunsill Regolatorju, li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-profitt nett, ikun trasferit fil-fond ta' riżerva ġenerali suġġett għal-limitu ekwivalenti għal 100 % tal-kapital;

(b) il-bqija tal-profitt nett jiġi mqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fi proporzjon għall-ishma tagħhom imħallsa.

33.2. F'każ ta' telf min-naħa tal-BĊE, l-iżbilanċ jista' jitpaċa mill-fond ta' riżerva ġenerali tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Regolatorju, kontra l-introjtu monetarju tas-sena finanzjarja relevanti fi proporzjon u sa l-ammonti allokati lill-banek ċentrali nazzjonali skond l-Artikolu 32.5.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 34

Atti Legali

34.1. Skond l-Artikolu 110 ta' dan it-Trattat, l-BĊE:

- jagħmel regolamenti meħtieġa biex jimplimenta il-kompiti fl-Artikolu 3.1, l-ewwel subinċiż, fl-Artikoli 19.1, 22 jew 25.2 u f'każijiet stabbiliti fl-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 42;

- jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex iwettaq ix-xogħol fdat lis-SEBĊ taħt dan it-Trattat u f'dan l-Istatut.

- jagħmel rakkomandazzjonijiet u jagħti opinjonijiet.

34.2. Kull Regolament għandu jkollu applikazzjoni ġenerali. Ikun jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Rakkomandazzjonijiet u opinjonijet ma jkunux vinkolanti.

L-Artikoli 253, 254 u 256 ta' dan it- Trattat japplikaw għal regolamenti u deċiżjonijiet adottati mill-BĊE.

Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu.

34.3. Fil-limitu u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiiet adottati mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42, il-BĊE għandu d-dritt jimponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi fuq intrapriżi għal nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tagħha.

Artikolu 35

Il-Kontroll ġudizzjarju u materji relatati

35.1. L-atti jew l-ommissjonijiet tal-BĊE ikunu soġġetti għar-reviżjoni jew l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat. Il-BĊE jista' jibda proċeduri fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stipulati f'dan it-Trattat.

35.2. Il-Kwistjonijiet bejn il-BĊE fuq naħa, u l-kredituri tagħha, id-debituri jew ma' kull persuna oħra, ikunu deċiżi mill-qrati nazzjonali kompetenti, salv meta l-ġurisdizzjoni tkun ġiet mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja.

35.3. Il-BĊE ikun suġġett għall-kondizzjonikondizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 288 f'dan it-Trattat. Il-banek ċentrali nazzjonali ikunu responsabbli skond il-liġijiet rispettivi tagħhom.

35.4. Il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi skond u konformi ma' kull klawsola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt magħmul minn jew f'isem il-BĊE, kemm jekk il-kuntratt ikun regolat bid-dritt pubbliku jew dak privat.

35.5. Id-Deċiżjoni tal-BĊE biex tibda kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja trid tittieħed mill-Kunsill Regolatorju.

35.6. Il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha ġurisdizzjoni f'kawżi dwar it-twettiq minn xi bank ċentrali nazzjonali ta’ l-obbligazzjonijiet taħt dan l-Istatut. Jekk il-BĊE jikkonsidra li bank ċentrali nazzjonali jkun naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt dan l-Istatut, il-BĊE jagħti opinjoni kkunsidrata fuq il-kwistjoni wara li jagħti lill-bank ċentrali nazzjonali involut l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk il-bank ċentrali nazzjonali in kwistjoni ma jkunx ikkonforma ruħu ma' dik il-fehma fiż-żmien mogħti mill-BĊE, il-BĊE jista' jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

Artikolu 36

Il-Persunal

36.1. Il-Kunsill Regolatorju, fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv, għandu jistabilixxi il-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-impjegati tal-BĊE.

36.2. Il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha kompetenza f'kull tilwima bejn il-BĊE u l-impjegati tiegħu fil-limiti u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet stipulati fil-kondizzjonikondizzjonijiet ta' l-impieg.

Artikolu 37

Is-Sede

Qabel tmiem l-1992, id-deċiżjoni dwar fejn tkun stabbilita s-sede tal-BĊE għandha tittieħed bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livelli ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern.

Artikolu 38

Is-Sigriet professjonali

38.1. Membri tal-korpi regolatorji u l-impjegati tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali, ikunu obbligati, ukoll wara li d-dmirijiet tagħhom ikunu spiċċaw, li ma jagħtux informazzjoni li tkun tax-xorta koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali.

38.2. Persuni li jkollhom aċċess għal informazzjoni koperta bil-leġislazzjoni komunitarja li tkun timponi obligazzjoni ta' segretezza għandhom ikunu suġġetti għal dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 39

Il-Firmatarji

Il-B¬E jintrabat legalment ma' terzi, mill-President jew minn żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv jew bil-firem ta' żewġ membri tal-persunal tal-BĊE li jkunu ġew awtorizzati kif suppost mill-President biex jiffirmaw f'isem il-BĊE.

Artikolu 40

Il-Privileġġi u l-immunitajiet

Il-BĊE għandu jgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għall-qadi ta' d-dmirijiet tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea.

KAPITOLU VIII

EMENDA TA' L-ISTATUT U TAL-LEĠISLAZZJONI KOMPLIMENTARI

Artikolu 41

Proċedura simplifikata għall-emendi

41.1. Bi qbil ma' l-Artikolu 107(5) ta' dan it-Trattat, l-Artikoli 5.1,5.2, 5.3, 17, 18, 19.1, 22, 23, 24, 26, 32.2, 32.3, 32.4, 32.6, 33.1(a) u 36 ta' dan l-Istatut jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill li jaġixxi jew b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-BĊE u wara li jikkonsulata mal-Kummissjoni, jew unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara kunsultazzjoni mal-BĊE. F'kull każ ikun hemm il-bżonn tal-kunsens tal-Parlament Ewropew.

41.2. Rakkomandazzjoni magħmula mill-BĊE taħt dan l-Artikolu teħtieġ deċiżjoni unanima mill-Kunsill Regolatorju.

Artikolu 42

Il-Leġislazzjoni komplimentari

Konformi ma' l-Artikolu 107(6) ta' dan it-Trattat, minnufih wara li tiġi deċiża d-data għall-bidu tat-tielet stadju, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-B¬E, jew fuq rakkomandazjoni mill-B¬E u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, għandu jadotta il-provvedimenti msemmija fl-Artikoli 4, 5.4, 19.2, 20, 28.1, 29.2, 30.4 u u 34.3 ta' dan l-Istatut.

KAPITOLU IX

PERIJODU TRANSITORJU U DISPOSIZZJONIJIET OĦRA GĦALL-SEBĊ

Artikolu 43

Disposizzjonijiet Ġenerali

43.1. Deroga kif inhi msemmija fl-Artikolu 122(1) ta' dan it-Trattat, għandha tfisser li l-Artikoli li ġejjin f'dan l-Istatut ma jagħtu l-ebda dritt u lanqas ma jimponu xi obbligazzjoni fuq l-Istat Membru involut: 3, 6, 9.2, 12.1, 14.3, 16, 18, 19, 20, 22, 23, 26.2, 27, 30, 31, 32, 33, 34, 50 u 52.

43.2. Il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri b'deroga kif indikata fl-Artikolu 122(1) ta' dan it-Trattat iżommu l-poteri tagħhom fil-qasam tal-politika monetarja skond il-liġi nazzjonali.

43.3. B'konformità ma' l-Artikolu 122(4) ta' dan it-trattat, "Stati Membri" għandha tinftiehem bħala "Stati Membri mingħajr deroga" fl-Artikoli li ġejjin ta' dan l-Istatut: 3, 11.2, 19, 34.2 u 50.

43.4. "Banek ċentrali nazzjonali" għandha tinftiehem bħala "banek ċentrali ta" Stati Membri mingħajr deroga' fl-Artikoli li ġejjin ta' dan l-Istatut: 9.2, 10.1, 10.3, 12.1, 16, 17, 18, 22, 23, 27, 30, 31, 32, 33.2 u 52.

43.5. "Azzjonisti" għandha tinftiehem bħala "banek ċentrali ta' Stati Membri mingħajr deroga" fl-Artikoli 10.3 u 33.1.

43.6. "Kapital sottoskritt tal-BĊE" għandha tinftiehem bħala "kapital tal-BĊE sottoskritt mill-banek ċentrali ta" Stati Membri mingħajr deroga' fl-Artikoli 10.3 u 30.2.

Artikolu 44

Il-Kompiti transitorji tal-BĊE

Il-BĊE għandu jassumi dawk il-kompiti ta' l-IME li, minħabba d-deroga ta' xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri, ikunu għad iridu jsiru fit-tielet stadju.

Il-BĊE għandu jagħti pariri fil-preparattivi għall-abrogazzjoni tad-deroga indikata fl-Artikolu 122 ta' dan it-Trattat.

Artikolu 45

Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE

45.1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(3) ta' dan it-Trattat, il-Kunsill Ġenerali jiġi kostitwit bħala t-tielet korp deċiżjonali tal-BĊE.

45.2. Il-Kunsill Ġenerali jkun magħmul mill-President u l-Viċi-President tal-B¬E u mill-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali. Il-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jipparteċipaw, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

45.3. Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsill Ġenerali huma elenkati fid-dettal fl-Artikolu 47 ta' dan l-Istatut.

Artikolu 46

Regoli ta' proċedura tal-Kunsill Ġenerali

46.1. Il-President jew, fl-assenza tiegħu, il-Viċi-President tal-BĊE għandu jippresjedi l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE.

46.2. Il-President tal-Kunsill u membru tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw, mingħajr id-drit għall-vot fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

46.3. Il-President għandu jipprepara l-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

46.4. B'deroga mill-Artikolu 12.3, il-Kunsill Ġenerali għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

46.5. Is-Segretarjat tal-Kunsill Ġenerali għandu jiġi pprovdut mill-BĊE.

Artikolu 47

Ir-Responsabbiltajiet tal-Kunsill Ġenerali

47.1. Il-Kunsill Ġenerali għandu:

- jwettaq il-kompiti imsemmija fl-Artikolu 44;

- jikkontribwixxi għall-funzjonijiet konsultattivi msemmija fl-Artikoli 4 u 25.1.

47.2. Il-Kunsill Ġenerali għandu jikkontribwixxi:

- għall-ġbir ta' informazzjoni statistika kif imsemmija fl-Artikolu 5;

- għall-attivitajiet ta’ rappurtaġġ tal-BĊE kif imsemmija fl-Artikolu 15;

- għall-istabbiliment tar-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 26 kif imsemmi fl-Artikolu 26.4;

- biex jittieħdu l-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29 kif imsemmi fl-Artikolu 29.4;

- biex jiġu stipulati l-kondizzjonikondizzjonijiet ta' impjieg tal-ħaddiema tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 36.

47.3. Il-Kunsill Ġenerali għandu jikkontribwixxi fil-preparattivi neċessarji biex jiġu ffissati irrevokabbilment ir-rati tal-kambju tal-muniti ta' l-Istati Membri li għandhom deroga, fil-konfront tal-muniti, jew il-munita unika, ta' l-Istati Membri mingħajr deroga, kif msemmi fl-Artikolu 123(5) ta' dan it-Trattat.

47.4 Il-Kunsill Ġenerali għandu jiġi mgħarraf mill-President tal-BĊE bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill Regolatorju.

Artikolu 48

Provvedimenti transitorji dwar il-kapital tal-BĊE

Skond l-Artikolu 29.1 kull bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi ppeżat fil-kjavi ta' sottoskrizzjoni tal-kapital tal BĊE. B'deroga mill-Artikolu 28.3, il-banek ċentrali ta' Stati Membri b'deroga ma jikkonferux il-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali, b'maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-kapital sottoskritt tal-BĊE u mill-inqas nofs l-azzjonisti, ma jiddeċidix li għandha titħallas perċentwali minima bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' l-operat tal-BĊE.

Artikolu 49

Ħlas differit tal-kapital, ta' riservi u ta' provvista tal-BĊE

49.1 Il-bank ċentrali ta' Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet abrogata, għandu jħallas is-sehem sottoskritt tiegħu tal-kapital tal-BĊE, fl-istess livell tal-banek ċentrali ta' Stati Membri oħra mingħajr deroga, u għandu jittrasferixxi lill-BĊE, assi f'riservi barranin skond l-Artikolu 30.1. Is-somma li tiġi trasferita għandha tiġi ffissata billi jiġi moltiplikat il-valur ta' l-ECU skond ir-rati ta' kambju kurrenti ta' l-assi tar-riservi barranin li kienu diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1, bil-proporzjon bejn l-għadd ta' ishma sottoskritti mill-bank ċentrali nazzjonali u l-għadd ta' ishma diġa mħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra.

49.2 B'żieda mal-ħlas li għandu jsir skond l-Artikolu 49.1, il-bank ċentrali involut għandu jikkontribwixxi għar-riservi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riservi, u għall-ammont li għad ikun irid jiġi allokat lir-riservi u l-provvisti li jikkorrispondu għall-bilanċ tal-kont ta' profitt u telf kif jidher sal-31 ta' Diċembru tas-sena qabel l-abrogazzjoni tad-deroga. Is-somma li titħallas għandha tiġi stabbilita billi jiġi moltiplikat l-ammont tar-riservi, kif imsemmi hawn qabel u kif muri fil-balance sheet approvata tal-BĊE, bil-proporzjon bejn l-għadd ta' ishma sottoskritti mill-bank ċentrali involut u l-għadd ta' ishma diġà mħallsa mill-banek ċentrali l-oħra.

49.3 [1] Malli pajjiż wieħed jew iżjed isiru Stati Membri u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom isiru parti mis-SEBĊ, il-kapital sottoskritt tal-BĊE u l-limitu fuq l-ammont ta' assi ta' riservi barranin li jistgħu jiġu trasferiti lill-BĊE għandhom jiżdiedu awtomatikament. Iż-żieda għandha tkun stabbilita permezz tal-multiplikazzjoni ta' l-ammonti rispettivi li jeżistu f'dak iż-żmien skond il-proporzjon, fi ħdan is-sistema estiża tas-sottoskrizzjoni tal-kapital, bejn il-peżar tal-banek ċentrali nazzjonali li ser jidħlu u l-peżar tal-banek ċentrali nazzjonali li huma diġa' membri tas-SEBC. Il-peżar ta' kull bank ċentrali nazzjonali fis-sistema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital għandu jiġi kalkulat b'analoġija għall-Artikolu 29.1 u b'konformità ma' l-Artikolu 29.2. Il-perijodi ta' referenza li għandhom jintużaw għad-data statistika għandhom ikunu identiċi għal dawk applikati għall-aħħar aġġustament tal-peżati ta' kull ħames snin taħt l-Artikolu 29.3.

Artikolu 50

L-ewwel ħatriet tal-membri tal-Bord Eżekuttiv

Meta l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE ikun qed jiġi stabbilit, il-President, il-Viċi-President u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru bil-kunsens bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew tal-Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill ta' l-IME. Il-President tal-Bord Eżekuttiv jinħatar għal 8 snin. B'deroga mill-Artikolu 11.2, il-Viċi-President jinħatar għal 4 snin u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għal perjodi ta' kariga bejn 5 u 8 snin. L-ebda mandat ma jista' jiġi mġedded. L-għadd ta' membri tal-Bord Eżekuttiv jista' jkun iżgħar minn dak ikkontemplat fl-Artikolu 11.1, iżda f'ebda ċirkostanza ma jista' jkun inqas minn erbgħa.

Artikolu 51

Deroga mill-Artikolu 32

51.1 Jekk, wara l-bidu tat-tielet stadju, il-Kunsill Regolatorju jiddeċiedi li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32 issir tibdil sinifikat fil-posizzjonijiet relattivi ta' introjtu tal-banek ċentrali nazzjonali, l-ammont ta' introjtu li għandu jiġi allokat skond l-Artikolu 32 għandu jiġi mnaqqas b'perċentwali uniformi li m'għandhiex taqbeż is-60 % fl-ewwel sena finanzjarja wara l-bidu tat-tielet stadju u għandu jonqos b'ta’ l-inqas 12-il punt perċentwali f'kull sena finanzjarja sussegwenti.

51.2 L-Artikolu 51.1 ikun japplika għal mhux iktar minn ħames snin finanzjarji wara l-bidu tat-tielet stadju.

Artikolu 52

Il-Kambju ta' noti bankarji f'muniti tal-Komunità

Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment, il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-karti ta' flus bankarji denominati f'muniti b'rati tal-kambju li jkunu ġew iffissati irrevokabbilment, jinbidlu mill-banek ċentrali nazzjonali bil-valur pari tagħhom rispettiv.

Artikolu 53

Applikabbilta' tad-disposizzjonijiet transitorji

Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, l-Artikoli 43 sa 48 għandhom japplikaw.

[1] Paragrafu miżjud bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 19)

dwar l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BIX-XEWQA li jistabbilixxu l-Istatut ta' l-Istitut Monetarju Ewropew,

FTEHMU fuq il-provvisti li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

Artikolu 1

Kostituzzjoni u isem

1.1 L-Istitut Monetarju Ewropew (IME) jiġi stabbilit skond l-Artikolu 117 ta' dan it-Trattat; għandu jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u jwettaq l-attivitajiet tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat u ta' dan l-Istatut.

1.2 Il-membri ta' l-IME ikunu l-banek ċentrali ta' l-Istati Membri ("banek ċentrali nazzjonali"). Għall-finijiet ta' dan l-Istatut, l-Institut monetaire luxembourgeois għandu jkun meqjus bħala l-bank ċentrali tal-Lussemburgu.

1.3 Skond u konformi ma' l-Artikolu 117 ta' dan it-Trattat, kemm il-Kumitat tal-Gvernaturi kif ukoll il-Fond għall-Kooperazzjoni Monetarja Ewropea (FKME) għandhom jiġu xolti. L-assi u d-djun kollha tal-FKME għandhom jgħaddu awtomatikament għand l-IME.

Artikolu 2

Il-miri

L-IME għandu jikkontribwixxi biex iseħħu il-kondizzjonikondizzjonijiet neċessarji għat-transizzjoni għat-tielet stadju ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja, partikolarment billi:

- jsaħħaħ il-kordinament tal-linji politiċi monetarji sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà fil-prezzijiet;

- jagħmel il-preparattivi meħtieġa biex tiġi stabbilita s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), u biex titħaddem il-politika monetarja unika u tinħoloq munita unika fit-tielet stadju;

- jissorvelja l-iżvilupp ta' l-ECU.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

3.1 L-IME għandu jeżerċita l-kompiti u l-funzjonijiet mogħtija lilu b'dan it-Trattat u dan l-Istatut mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet kompetenti li jħaddmu l-politika monetarja fl-Istati Membri rispettivi.

3.2 L-IME għandu jaġixxi skond l-għanijiet u l-prinċipji dikjarati fl-Artikolu 2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

Artikolu 4

Kompiti ewlenin

4.1 Skond l-Artikolu 117 (2) ta' dan it-Trattat, l-IME għandu:

- jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali nazzjonali

- jsaħħaħ il-koordinament bejn il-linji politiċi monetarji ta' l-Istati Membri bl-iskop li jiżgura l-istabbiltà fil-prezzijiet.

- jissorvelja l-operat tas-Sistema Monetarja Ewropea (SME);

- iżomm konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-banek ċentrali nazzjonali u li jaffettwaw l-istabbiltà ta' l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji;

- jieħu f'idejh ix-xogħol tal-FKME; partikolarment, għandu jeżerċita l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6.1, 6.2 u 6.3;

- jiffaċilita l-użu ta' l-ECU u jżomm taħt għajnejh l-iżvilupp tagħha, inkluż l-operazzjoni regolari mingħajr xkiel tas-sistema ta' likwidazzjoni ta' kontijiet ta' l-ECU.

L-IME għandu wkoll:

- iżomm konsultazzjonijiet regolarment dwar l-andament ta' linji politiċi monetarji u l-użu ta' strumenti ta' politika monetarja;

- ikun normalment ikkonsultat mill-awtoritajiet monetarji nazzjonali qabel ma jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tmexxija tal-politika monetarja fil-kuntest ta' qafas komuni għal koordinament ex ante.

4.2 Sa mhux iktar tard mill- 31 ta' Diċembru 1996, l-IME għandu jispeċifika l-qafas regolatorju, organizzattiv u loġistiku neċessarju biex l-SEBĊ tkun tista' taqdi l-kompiti tagħha fit-tielet stadju, skond il-prinċipju ta' ekonomija ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni libera. Dan il-qafas għandu jiġi ppreżentat mill-Kunsill ta' l-IME għal deċiżjoni mill-BĊE fid-data tat-twaqqif tiegħu.

Skond l-Artikolu 117 (3) ta' dan it-Trattat, l-IME għandu partikolarment:

- jipprepara l-istrumenti u l-proċeduri neċessarji biex titħaddem il-politika monetarja unika fit-tielet stadju;

- jippromwovi l-armonizzazzjoni fejn dan hu neċessarju, tar-regoli u tal-prattiċi li tirregola l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tqassim ta’ statistika fis-setturi li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.

- iħejji r-regoli għall-operat mill-banek ċentrali nazzjonali fl-istruttura ta' l-SEBĊ;

- jippromwovi l-effiċjenza ta' pagamenti transkonfini.

- jissorvelja l-preparazzjoni teknika tal-karti tal-flus ta' l-ECU.

Artikolu 5

Funzjonijiet konsultattivi

5.1 Skond l-Artikolu 117(4) ta' dan it-Trattat, il-Kunsill ta' l-IME jista' jifformula opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet dwar l-orjentament ġenerali tal-politika monetarja u l-politika dwar ir-rati tal-kambju, kif ukoll dwar miżuri relatati introdotti f'kull Stat Membru. L-IME jista' jippreżenta opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet u lill-Kunsill dwar linji politiċi li jistgħu jaffettwaw s-sitwazzjoni monetarja interna jew esterna fil-Komunità u, partikolarment, il-finzjonament tas-SME.

5.2 Il-Kunsill ta' l-IME jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet monetarji ta' l-Istati Membri dwar il-mod kif ikunu jmexxu politika monetarja tagħhom.

5.3 Skond l-Artikolu 117(6) ta' dan it-Trattat, l-IME għandu jkun ikkonsultat mill-Kunsill dwar kull att komunitarju propost fil-qasam ta' kompetenza tiegħu.

Fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet iffissati mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-IME, l-IME għandu jiġi kkonsultat mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, dwar kull abbozz ta' provvediment leġislattiv li jaqa' fil-qasam ta' kompetenza tiegħu, partikolarment fil-kuntest ta' l-Artikolu 4.2.

5.4 Skond l-Artikolu 117(5) ta' dan it-Trattat, l-IME jista' jiddeċiedi li jippubblika l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 6

Funzjonijiet operattivi u tekniċi

6.1 L-IME għandu:

- jipprovdi struttura multilaterali dwar posizzjonijiet li jirriżultaw minn interventi tal-banek ċentrali nazzjonali fuq muniti tal-Komunità kif ukoll struttura multilaterali dwar is-saldu tal-pagament fi ħdan il-Komunità.

- jamministra l-mekkaniżmu ta' ffinanzjar għal żmien qasir ħafna previst bil-ftehim tat- 13 ta' Marzu 1979 bejn il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għas-Sistema Monetarja Ewropea (hawn izjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim SME") u jamministra l-mekkaniżmu ta' sostenn monetarju għal żmien qasir li hu previst fil-Ftehim bejn il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea tad- 9 ta' Frar 1970, kif emendat;

- jeżerċita l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru. 1969/88 ta' l- 24 ta' Ġunju 1988 li jistabbilixxi faċilità unika biex tipprovdi assistenza finanzjarja għal żmien medju lill-bilanċi tal-pagamenti ta' l-Istati Membri.

6.2 L-IME jista' jirċievi riservi monetarji mill-banek ċentrali nazzjonali u joħroġ ammonti ta' ECU biex jagħmel tajjeb għal dawk l-assi, bil-għan li jimplimenta l-Ftehim dwar is-SME. Dawn l-ECU jistgħu jintużaw mill-IME u mill-banek ċentrali nazzjonali bħala mezz ta' ħlas u għal transazzjonijiet bejnhom u l-IME. L-IME għandu jieħu l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jimplimenta dan il-paragrafu.

6.3 L-IME jista' jikkonċedi lill-awtoritajiet monetarji ta' pajjiżi terzi u lil istituzzjonijiet monetarji internazzjonali l-istatus ta' "Titulari Oħra" ta' l-ECU u jistabbilixxi l-pattijiet u l-kondizzjonijiet li bihom dawn it-Titulari Oħra jistgħu jakkwistaw, iżommu in depożitu jew jużaw dawn l-ECU.

6.4 L-IME huwa intitolat li jżomm u jamministra riservi f'kambju ta' muniti barranin meta jkun mitlub mill-banek ċentrali nazzjonali kif ukoll bħala aġent tagħhom. Il-profitt u telf fuq dawn ir-riservi għandu jiġi attribwit lill-kont tal-bank ċentrali nazzjonali li jiddepożita r-riżervi. L-IME għandu jeżerċita din il-funzjoni abbażi ta' kuntratti bilaterali skond regoli stabbiliti b'deċiżjoni ta' l-IME. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li transazzjonijiet b'dawn ir-riservi ma' jxekklux il-politika monetarja u l-politika tar-rati tal-kambju ta' l-awtorità monetarja kompetenti ta' xi Stat Membru u għandhom ikunu koerenti ma' l-iskopijiet ta' l-IME u ma’ l-operat tajjeb tal-Mekkaniżmu għar-Rati tal-Kambju tas-SME.

Artikolu 7

Kompiti oħra

7.1 Darba fis-sena, l-IME għandu jibgħat rapport lill-Kunsill dwar l-istat ta' tħejjijiet għat-tielet stadju. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-progress lejn konverġenza fi ħdan il-Komunità u għandhom jittrattaw partikolarment dwar l-adattamenti ta' l-istrumenti għal politika monetarja u t-tħejjija tal-proċeduri neċessarji biex tiġi mħaddma politika monetarja unika fit-tielet stadju, kif ukoll dwar it-tibdil leġistlattiv li jrid jitwettaq sabiex banek ċentrali nazzjonali isiru parti integrali mis-SEBĊ.

7.2 Skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 117(7) ta' dan it-Trattat, l-IME jista' jkollu kompiti oħra fit-tħejjija tat-tielet stadju.

Artikolu 8

Indipendenza

Il-membri tal-Kunsill ta' l-IME li huma r-rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet tagħhom għandhom, in kwantu għall-attivitajiet tagħhom, jaġixxu skond ir-responsabbiltajiet tagħhom. Fl--żerċizzju tas-setgħat u fil-qadi tal-kompiti u d-dmirijiet mogħtija lilhom b'dan it-Trattat u dan l-Istatut, il-Kunsill ta' l-IME ma' jistax ifittex jew jaċċetta istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet tal-Komunità jew korpi jew gvernijiet ta' Stati Membri. L-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-korpi kif ukoll il-gvernijiet ta' l-Istati Membri jintrabtu li jirrispettaw dan il-prinċipju u li ma jippruvawx li jinfluwenzaw il-Kunsill ta' l-IME fil-qadi ta’ dmirijietu.

Artikolu 9

L-Amministrazzjoni

9.1. Konformement ma' l-Artikolu 117(1) ta' dan it-Trattat, l-IME għandu jkun immexxi u amministrat mill-Kunsill ta' l-IME.

9.2. Il-Kunsill ta' l-IME għandu jikkonsisti fi President u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali, li wieħed minnhom ikun il-Viċi-President. Jekk xi Gvernatur ikun miżmum milli jattendi laqgħa, jista' jinnomina rappreżentant ieħor mill-istituzzjoni tiegħu.

9.3. Il-President għandu jinħatar bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapi ta' Stat jew tal-Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat tal-Gvernaturi jew il-Kunsill ta' l-IME, skond il-każ, wara li jikkonsultaw mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Il-President għandu jinħatar minn fost persuni ta' statura rikonoxxuta u ta' esperjenza f'materji monetarji jew bankarji. Persuni biċ-ċittadinanza ta' l-Istati Membri biss jistgħu jservu bħala President ta' l-IME. Il-Kunsill ta' l-IME jaħtar il-Viċi-President. Il-President u l-Viċi-President għandhom jinħatru għal perijodu ta' tliet snin.

9.4. Il-President għandu jiddedika ruħu kompletament għal dmirijietu. Ma għandux jagħmel xogħol ieħor, sewwa jekk bi ħlas u sewwa jekk le, ħlief meta eċċezzjonalment ma jingħatax eżenzjoni mill-Kunsill ta' l-IME.

9.5. Il-President għandu:

- jipprepara u jippresiedi l-laqgħat tal-Kunsill ta' l-IME;

- mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, jippreżenta l-veduti ta' l-IME esternament;

- ikun responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum ta' l-IME.

Fl-assenza tal-President, dmirijietu jitwettqu mill-Viċi-President.

9.6. Il-pattijiet u l-kondizzjonikondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-President, partikolarment is-salarju, il-pensjoni u benefiċċji soċjali oħra, għandhom isiru b'kuntratt ma' l-IME u għandhom ikunu fissati mill-Kunsill ta' l-IME fuq proposta minn Kumitat li jikkonsisti fi tliet membri maħtura mill-Kumitat tal-Gvernaturi jew mill-Kunsill ta' l-IME, kif ikun il-każ, u tliet membri maħtura mill-Kunsill. Il-President ma jkollux id-dritt li jivvota fuq materji msemmija f'dan il-paragrafu.

9.7. Jekk il-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa għat-twettieq tad-dmirijiet tiegħu jew jekk jinstab ħati ta' mġieba ħażina serjament, il-Qorti tal-Ġustizzja tista', fuq applikazzjoni mill-Kunsill ta' l-IME, iġġiegħlu jirtira.

9.8. Ir-Regoli tal-Proċedura ta' l-IME għandhom jiġu adottati mill-Kunsill ta' l-IME.

Artikolu 10

Il-Laqgħat tal-Kunsill ta' l-IME u proċeduri ta' votazzjoni

10.1. Il-Kunsill ta' l-IME għandu jiltaqa' mill-inqas għaxar darbiet fis-sena. Id-deliberazzjonijiet fil-laqgħat tal-Kunsill għandhom ikunu kunfidenzjali. Il-Kunsill ta' l-IME jista', filwaqt li jaġixxi unanimament, jiddeċidi li jippubblika l-eżitu tad-deċiżjonijiet tiegħu.

10.2. Kull membru tal-Kunsill ta' l-IME jew is-sostitut tiegħu għandu jkollu vot wieħed.

10.3. Salv meta provdut mod ieħor fl-Istatut, il-Kunsill ta' l-IME għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi fost il-membri tiegħu.

10.4. Id-Deċiżjonijiet li jittieħdu fil-kuntest ta' l-Artikoli 4.2, 5.4, 6.2 and 6.3 jeħtieġu l-unanimità fost il-membri tal-Kunsill ta' l-IME.

L-adozzjoni ta' opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet skond l-Artikoli 5.1 and 5.2, l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet skond l-Artikoli 6.4, 16 and 23.6 u l-adozzjoni tal-linji-gwida skond l-Artikolu 15.3 jeħtieġu maġġoranza kkwalifikata ta' żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill ta' l-IME.

Artikolu 11

Kooperazzjoni intra-istituzzjonali u l-obbligi ta' rappurtaġġ

11.1. Il-President tal-Kunsill u membru tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-laqgħat tal-Kunsill ta' l-IME.

11.2. Il-President ta' l-IME għandu jiġi mistieden biex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill meta l-Kunsill jiddiskuti materji li għandhom x'jaqsmu mal-miri u l-kompiti ta' l-IME.

11.3. F'data li għad trid tiġi stabbilita fir-Regoli ta' Proċedura, l-IME għandu jagħmel rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu u fuq il-kondizzjonikondizzjonijiet monetarji u finanzjarji fil-Komunità. Ir-rapport annwali, flimkien mal-kontijiet annwali ta' l-IME, għandhom jiġu mibgħuta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u wkoll lill-Kunsill Ewropew.

Il-President ta' l-IME jista', jiġi mismugħ mill kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tiegħu.

11.4. Ir-Rapporti ppubblikati mill-IME għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet responsabbli mingħajr ħlas.

Artikolu 12

Denominazzjoni tal-Munita

L-operazzjonijiet ta' l-IME jiġu espressi f'ECU.

Artikolu 13

Sede

Qabel l-aħħar tas-sena 1992, id-deċiżjoni dwar fejn għandha tiġi stabbilita is-sede ta' l-IME, għandha tittieħed bil-kunsens tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern.

Artikolu 14

Kapaċità legali

L-IME, li skond l-Artikolu 117 (l) ta' dan it-Trattat għandu jkollu personalità ġuridika, għandu jgawdi f'kull wieħed mill-Istati Membri l-akbar estensjoni ta' kapaċità li jkollhom persuni legali skond il-liġijiet tagħhom; jista' b'mod partikolari jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jkun parti fi proċeduri legali.

Artikolu 15

Atti legali

15.1. Fil-qadi ta’ dmirijietu, u skond il-kondizzjonikondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Istatut, l-IME għandu:

- jagħti opinjonijiet;

- jagħmel rakkomandazzjonijiet;

- jadotta linji gwida, u jieħu deċiżjonijiet li għandhom ikunu indirizzati lill-banek ċentrali nazzjonali.

15.2. L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjoni ta' l-IME m’għandhomx ikunu vinkolanti.

15.3. Il-Kunsill ta' l-IME jista' jadotta linji gwida li jistabbilixxu l-metodi għall-implimentazzjoni tal-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa biex is-SEBĊ tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha fit-tielet stadju. Il-linji gwida ta' l-IME ma għandhomx ikunu vinkolanti; għandhom jiġu sottomessi għad-deċiżjoni lill-BĊE.

15.4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3.1, kull deċiżjoni ta' l-IME għandha torbot fit-totalità tagħha lil dawk kollha li lilhom tkun diretta. L-Artikoli 253 and 254 ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw għal dawn id-deċiżjonijiet.

Artikolu 16

Ir-Riżorsi finanzjarji

16.1. L-IME għandu jiġi mogħni bir-riżorsi tiegħu. L-ammontanti tar-riżorsi ta' l-IME għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill ta' l-IME bil-ħsieb li jiżgura l-introjtu meqjus meħtieġ sabiex ikopri l-ispiża amministrattiva inkorsa fit-twettieq tal-kompiti u l-funzjonijiet ta' l-IME.

16.2. Ir-riżorsi ta' l-IME stabbiliti skond l-Artikolu 16.1 għandhom jiġu pprovduti minn kontribuzzjonijiet mill-banek ċentrali nazzjonali skond il-kjavi msemmija fl-Artikolu 29.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u għandhom jiġu mħallsa mat-twaqqif ta' l-IME. Għal dan l-iskop, it-tagħrif statistiku li għandu jintuża biex jistabbilixxi l-kjavi għandu jkun mogħti mill-Kummissjoni, skond ir-regoli adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tal-Gvernaturi u mal-Kumitat riferit fl-Artikolu 114 ta' dan it-Trattat.

16.3. Il-Kunsill ta' l-IME għandu jistabbilixxi l-forma li biha għandhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet.

Artikolu 17

Il-Kontijiet annwali u reviżjonijiet

17.1. Is-sena finanzjarja ta' l-IME għandha tibda fl-ewwel jum ta' Jannar u tagħlaq fl-aħħar jum ta' Diċembru.

17.2. Il-Kunsill ta' l-IME għandu jadotta l-estimi annwali qabel il-bidu ta' kull sena finanzjarja.

17.3. Il-kontijiet annwali għandhom jiġu kkumpilati skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill ta' l-IME. Il-kontijiet annwali għandhom jiġu approvati mill-Kunsill ta' l-IME u għandhom jiġu pubblikati sussegwentement.

17.4. Il-kontijiet annwali għandhom jiġu verifikati minn awdituri barranin u indipendenti approvati mill-Kunsill ta' l-IME. L-awdituri għandhom ikollhom il-poteri kollha li jeżaminaw il-kotba u l-kontijiet ta' l-IME u li jiksbu t-tagħrif kollu dwar it-transazzjonijiet tiegħu.

Id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 248 ta' dan it-Trattat għandhom japplikaw biss għal eżami ta' effiċjenza fl-operat tat-tmexxija ta' l-IME.

17.5. Dak l-eċċess li jifdal lill-IME għandu jiġi trasferit bil-mod li ġej:

(a) ammont li jrid jiġi stabbilit mill-Kunsill ta' l-IME għandu jiġi trasferit fil-fond ta' riserva ġenerali ta' l-IME;

(b) kull eċċess li jibqa' għandu jiġi mqassam lill-banek ċentrali nazzjonali konformi mal-kjavi riferita fl-Artikolu 16.2.

17.6. F’każ ta' telf inkors mill-IME, l-iżbilanċ għandu jagħmel tajjeb għalih il-fond ġenerali ta' riserva ta' l-IME. Kull żbilanċ, għandu jitpaċa b'kontribuzzjonijiet mill-banek ċentrali nazzjonali bi qbil mal-kjavi riferita fl-Artikolu 16.2.

Artikolu 18

Il-Persunal

18.1. Il-Kunsill ta' l-IME għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-persunal ta' l-IME.

18.2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha kompetenza f'kull kwistjoni bejn l-IME u l-impjegati tagħha fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-kondizzjonijiet ta' l-impjieg.

Artikolu 19

Il-Kontrolli ġudizzjarji u l-materji relatati

19.1. L-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ta' l-IME għandhom ikunu soġġetti għall-iskrutinju jew l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat. L-IME jista' jiftaħ proċeduri fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat.

19.2. Kwistjonijiet bejn l-IME, min-naħa l-waħda, u l-kredituri u d-debituri tagħha jew xi persuna oħra, min-naħa l-oħra, għandhom jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali kompetenti, minbarra fejn il-ġurisdizzjoni tkun ġiet mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja.

19.3. L-IME għandu jkun soġġett għar-regoli ta' responsabbilità li hemm fl-Artikolu 288 ta' dan it-Trattat.

19.4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti sentenza fuq il-klawsoli arbitrali kollha li jkunu jinsabu f'kuntratt konkluż minn jew f’isem l-IME, kemm jekk dak il-kuntratt ikun regolat bil-liġi pubblika u kif ukoll b'dik privata.

19.5. Id-Deċiżjoni ta' l-IME li tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tittieħed mill-Kunsill ta' l-IME.

Artikolu 20

Is-Sigriet professjonali

20.1. Membri tal-Kunsill ta' l-IME u l-persunal ta' l-IME, ikunu obbligati, ukoll wara li d-dmirijiet tagħhom ikunu spiċċaw, li ma jagħtux informazzjoni li tkun tax-xorta koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali.

20.2. Persuni li jkollhom aċċess għad-"data" koperta bil-leġislazzjoni komunitarja li timponi l-obbligu tas-segretezza għandhom ikunu soġġetti għal din il-leġislazzjoni.

Artikolu 21

Il-Privileġġi u l-immunitajiet

L-IME għandu jgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettieq tal-kompiti tiegħu, skond il-kondizzjonikondizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 22

Il-Firmatarji

L-IME għandu jkun marbut legalment lejn partjiet terżi mill-President jew mill-Viċi-President jew bil-firem ta' żewġ membri tal-persunal ta' l-IME li jkunu awtorizzati mill-President biex jiffirmaw f’isem l-IME.

Artikolu 23

Il-Likwidazzjoni ta' l-IME

23.1. Skond l-Artikolu 123 ta' dan it-Trattat, l-IME għandu jidħol f'likwidazzjoni mat-twaqqif tal-BĊE. L-assi u d-djun kollha ta' l-IME għandhom imbagħad jgħaddu awtomatikament għand il-BĊE. Dan ta' l-aħħar għandu jillikwida l-IME skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Il-likwidazzjoni għandha tiġi konkluża sal-bidu tat-tielet stadju.

23.2. Il-mekkaniżmu għall-ħolqien ta' l-ECU kontra l-valur tad-deheb u tad-dollaru Amerikan kif provdut fl-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar is-SME għandu jiġi likwidat ma' l-ewwel jum tat-tielet stadju skond l-Artikolu 20 ta' l-imsemmi Ftehim.

23.3. Il-pretensjonijiet u d-djun li jidderogaw mill-mekkaniżmu ta' finanzjament għal perijodu qasir ħafna u mill-mekkaniżmu ta' appoġġ għal finanzjament għal perijodu qasir, skond il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 6.1, għandhom jiġu mħallsa ma' l-ewwel jum tat-tielet stadju.

23.4. L-assi kollha ta' l-IME li jibqgħu għandhom jiġu likwidati u d-djun kollha pendenti għandhom jiġu mħallsa.

23.5. Id-dħul mil-likwidazzjoni deskritta fl-Artikolu 23.4 għandu jiġi mqassam lill-banek ċentrali nazzjonali bi qbil mal-kjavi msemmija fl-Artikolu 16.2.

23.6. Il-Kunsill ta' l-IME jista' jieħu l-miżuri meħtieġa għat-twettieq ta' l-Artikoli 23.4 and 23.5.

23.7. Mat-twaqqif tal-BĊE, il-President ta' l-IME għandu jħalli l-kariga tiegħu.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 20)

Dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jistabbilixxu d-dettalji dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv imsemmija fl-Artikolu 104 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

FTEHMU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

Artikolu 1

Il-valuri ta' referenza msemmija fl-Artikolu 104(2) ta' dan it-Trattat huma:

- 3 % għall-proporzjon ta' żbilanċ ippjanat jew attwali tal-gvern mal-prodott gross domestiku bil-prezzijiet tas-suq;

- 60 % għall-proporzjon ta' dejn tal-gvern mal-prodott gross domestiku bil-prezzijiet tas-suq.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 104 ta' dan it-Trattat u f'dan il-Protokoll:

- gvern ifisser il-gvern in ġenerali, jiġifieri l-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali u l-fondi ta' serviżżi soċjali, ħlief għall-attivitajiet kummerċjali, kif imfisser fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- żbilanċ ifisser is-self nett kif imfisser fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- investiment ifisser formazzjoni kapitali fissa gross kif imfissra fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- dejn ifisser dejn gross totali f'valur nominali rimanenti fl-aħħar tas-sena u konsolidat bejn u fis-setturi tal-gvern in ġenerali hekk kif imfisser fl-ewwel subinċiż.

Artikolu 3

Biex jiżguraw l-effettività tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, il-gvernijiet ta' l-Istati Membri jkunu responsabbli taħt din il-proċedura għal kull żbilanċ tal-gvern in ġenerali hekk kif imfisser fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri nazzjonali fil-qasam ta' l-estimi jirrenduhom kapaċi li jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward kif jirriżultaw minn dan it-Trattat. L-Istati Membri għandhom jirrapportawfil-pront u regolarment lill-Kummissjoni dwar kull żbilanċ ippjanat u attwali u l-livell ta' dejn tagħhom.

Artikolu 4

L-informazzjoni statistika li għandha tintuża għall-applikazjoni ta' dan il-Protokoll għandha tkun mogħtija mill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 21)

fuq il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

XEWQANA li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji ta’ konverġenza li ser imexxu l-Komunità bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-passaġġ lejn it-tielet stadju ta' unjoni ekonomika u monetarja, imsemmija fl-Artikolu 121(1) ta' dan it-Trattat.

QABLU fuq dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li ser jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

Artikolu 1

Il-kriterju fuq l-istabbilità tal-prezzijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 121(1) ta' dan it-Trattat ifisser li l-Istat Membru jkollu grad ta' stabbilità tal-prezzijiet li jkun sostenibbli u rata medja ta' inflazzjoni, osservat fuq perjodu ta' sena qabel l-eżami, li ma teċċedix b'aktar minn medja ta’ inflazzjoni, osservata fuq perijodu ta’ sena qabel l-eżami, li ma teċċedix b’aktar minn 1.5 %, dik ta’ l-aħjar tliet Stati Membri, f'dik li hi stabbiltà fil-prezzijiet. L-inflazzjoni għandha tiġi mkejla permezz ta' indiċi ta' prezzijiet tal-konsumatur fuq bażi komparabbli, meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fid-definizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 2

Il-kriterju fuq il-posizzjoni ta' l-estimi tal-gvern imsemmija fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 121(l) ta' dan it-Trattat ifisser li filwaqt ta' l-eżami l-Istat Membru ma jkunx suġġett meta jiġi eżaminat għal deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 104(6) ta' dan it-Trattat li jkun hemm żbilanċ eċċessiv.

Artikolu 3

Il-kriterju fuq il-parteċipazzjoni f'Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea msemmi fit-tielet subinċiż ta' l-Artikolu 121(1) ta' dan it-Trattat ifisser li Stat Membru jkun irrispetta il-marġni normali ta' fluttwazzjoni li hemm provdut dwarhom bil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarju Ewropea mingħajr tensjonijiet qawwija għal ta' l-anqas l-aħħar sentejn qabel l-eżami. Partikolarment, l-Istat Membru ma jridx ikun żvaluta r-rata bilaterali ċentrali tal-munita tiegħu kontra xi munita ta' xi Stat Membru ieħor fuq inizjattiva tiegħu stess għall-istess perjodu.

Artikolu 4

Il-kriterju dwar il-konverġenza ta' rati ta' mgħax imsemmija fir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 121(1) ta' dan it-Trattat ifisser li, Stat Membru, osservat fuq perjodu ta' sena qabel l-eżami, kellu rata ta' mgħax nominali medja għal żmien twil li ma taqbiżx b'aktar minn żewġ punti perċentwali dik, fl-aħħar mill-aħħar, tat-tliet Stati Membri li jmorru l-aħjar fl-istabbiltà tal-prezzijiet. Ir-rati ta' mgħax jitqiesu abbażi ta' titoli tal-gvern għal żmien twil jew obbligazzjonijiet komparabbli, meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fid-definizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 5

L-informazzjoni statistika li għandha tiġi użata għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll ser tiġi mogħtija mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-Kunsill, li jimxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-IME jew lill-BĊE skond il-każ, u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 114, għandu jadotta dispozizzjonijiet adattati biex jiffissaw id-dettalji tal-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121 ta' dan it-Trattat, li għandu mbagħad jieħu post dan il-Protokoll.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 22)

dwar id-Danimarka (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jirrisolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

QABLU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li ser jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma jaffettwawx id-dritt tal-Bank Nazzjonali tad-Danimarka li jwettaq ix-xogħol eżistenti tiegħu rigwardanti dawk il-partijiet tar-Renju tad-Danimarka li mhumiex parti mill-Komunità.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 23)

fuq il-Portugall (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

XEWQANA li jirrisolvu ċerti problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mal-Portugall,

QABLU fuq dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li ser jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

1. Il-Portugall qed jiġi b’dan awtorizzat li jżomm il-faċilità mogħtija lir-Reġjuni Awtonomi ta' l-Azores u Madeira li jibbenefikaw minn faċilità ta' kreditu bla ebda mgħax mal-Banco de Portugal taħt it-termini stabbiliti bil-liġi Portugiża ezistenti.

2. Il-Portugall jintrabat li jagħmel l-almu tagħha sabiex itemm il-faċilità fuq imsemmija mill-aktar fis possibbli.

--------------------------------------------------

Protokoll Protokoll (Nru 24)

dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

Jiddikjaraw il-karattru irriversibbli tal-moviment tal-Komunità lejn it-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja billi jiffirmaw id-disposizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid fuq l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Għaldaqstant l-Istati Membri kollha għandhom, kemm jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji għall-addozzjoni ta' munita unita kif ukoll jekk le, jirrispettaw ir-rieda tal-Komunità li tidħol malajr fit-tielet stadju, u għalhekk l-ebda Stat Membru ma għandu jimpedixxi d-dħul fit-tielet stadju.

Jekk sa l-aħħar ta' l-1997, id-data tal-bidu tat-tielet stadju ma tkunx ġiet iffissita, l-Istati Membri interessati, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u korpi oħra involuti għandhom iħaffu x-xogħol preparatorju kollu matul is-sena 1998, sabiex il-Komunità tkun tista' tidħol fit-tielet stadju b'mod irrevokabbli fl- ewwel ta' Jannar 1999 u sabiex il-BĊE u s-SEBĊ jkunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw b’mod sħiħ sa minn din id-data.

Dan il-Protokoll ser jiġi anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 25)

fuq ċerti disposizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li r-Renju Unit ma jkunx obbligat jew marbut li jgħaddi għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja mingħajr deċiżjoni separata biex jagħmel hekk mill-gvern u l-Parlament tiegħu.

FILWAQT LI JINNOTAW l-prattika tal-gvern tar-Renju Unit li tiffinanzja s-self li hemm bżonn permezz tal-bejgħ tad-dejn lis-settur privat,

QABLU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

1. Ir-Renju Unit għandu javża lill-Kunsill jekk għandux il-ħsieb li jgħaddi għat-tielet stadju qabel ma l-Kunsill jagħmel il-valutazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 121(2) ta' dan it-Trattat.

Kemm-il darba r-Renju Unit ma javżax lill-Kunsill bl-intenzjoni li jgħaddi għat-tielet stadju, ma jkun hemm ebda obbligazzjoni li jagħmel dan.

Jekk ma tiġi stabbilita l-ebda data għall-bidu tat-tielet stadju taħt l-Artikolu 121(3) ta'dan it-Trattat, ir-Renju Unit jista' javża bil-ħsieb li jgħaddi għat-tielet stadju qabel l- 1 ta' Jannar 1998.

2. Il-paragrafi 3 sa 9 japplikaw jekk ir-Renju Unit javża lill-Kunsill li ma jkollux ħsieb li jgħaddi għat-tielet stadju.

3. Ir-Renju Unit m’għandux ikun inkluż mal-maġġoranza ta' l-Istati Membri li jissodisfaw il-kondizzjonikondizzjonijiet neċessarji msemmija fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 121(2) u l-ewwel subinċiż ta' Artikolu 121(3) ta' dan it-Trattat.

4. Ir-Renju Unit għandu jżomm il-poteri tiegħu fil-politika monetarja skond il-liġi nazzjonali.

5. L-Artikoli 4(2), 104(1), (9) u (11), 105(1) sa (5), 106, 108, 109, 110, 111, 112(1) u (2)(b) u 123(4) u (5) ta' dan it-Trattat m’għandhomx japplikaw għar-Renju Unit. F'dawn id-disposizzjonijiet, kull referenza għall-Komunità jew għall-Istati Membri ma tinkludix lir-Renju Unit u referenzi għall-banek ċentrali nazzjonali m’għandhomx jinkludu l-Bank of England.

6. L-Artikoli 116(4) u 119 u 120 ta' dan it-Trattat jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit. L-Artikoli 114(4) u 124 japplikaw għar-Renju Unit daqs li kieku kellu deroga.

7. Id-drittijiet għall-vot tar-Renju Unit jiġu sospiżi fir-rigward ta' atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli elenkati fil-paragrafu 5. Għal dan l-iskop, il-voti peżati tar-Renju Unit jiġu esklużi minn kull kalkolu ta' maġġoranza kkwalifikata taħt l-Artikolu 122(5) ta' dan it-Trattat.

Ir-Renju Unit ma jkollux lanqas dritt tipparteċipa fil-ħatra tal-President, il-Viċi President u membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE skond l-Artikoli 112(2)(b) u 123(1) ta' dan it-Trattat.

8. L-Artikoli 3, 4, 6, 7, 9.2, 10.1, 10.3, 11.2, 12.1, 14, 16, 18 sa 20, 22, 23, 26, 27, 30 sa 34, 50 u 52 tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ("l-Istatut") m’għandhomx japplikaw għar-Renju Unit.

F'dawk l-Artikoli, referenzi għall-Komunità jew l-Istati Membri m’għandhomx jinkludu r-Renju Unit u referenzi għall-banek ċentrali nazzjonali jew azzjonisti ma jinkludux il-Bank of England.

Referenzi fl-Artikoli 10.3 u 30.2 ta' l-Istatut għal "kapital sottoskritt tal-BĊE" m'għandhomx jinkludu kapital sottoskritt mill-Bank of England.

9. L-Artikolu 123(3) ta' dan it-Trattat u l-Artikoli 44 sa 48 ta' l-Istatut ikollhom seħħ, sew jekk ikun hemm jew ma jkunx hemm Stat Membru b'deroga, bla ħsara għall-emendi li ġejjin:

a) Referenzi fl-Artikolu 44 għax-xogħol ta' l-BĊE u ta' l-IME jinkludu dak ix-xogħol li jkun għad irid isir fit-tielet stadju minħabba f'xi deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jgħaddix għal dak l-istadju.

b) B'żieda max-xogħol imsemmi fl-Artikolu 47, l-BĊE irid ukoll jagħti parir u jikkontribwixxi għat-tħejjija ta' kull deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tar-Renju Unit meħuda skond paragrafi 10(a) u 10(ċ).

c) Il-Bank of England irid iħallas l-abbonament tiegħu għall-kapital tal-BĊE bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattiv relattivi fuq l-istess bażi bħall-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri b'deroga.

10. Jekk ir-Renju Unit ma jgħaddix għat-tielet stadju, jista' jibdel l-avviż tiegħu f'kull żmien wara li jibda dak l-istudju. F'dak il-każ:

(a) Ir-Renju Unit għandu jkollu d-dritt li jgħaddi għat-tielet stadju iżda biss jekk jissodisfa l-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq talba tar-Renju Unit u taħt il-kondizzjonikondizzjonijiet u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 122(2) ta' dan it-Trattat, għandu jiddeċiedi jekk hu jissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa.

(b) Il-Bank of England għandu jħallas il-kapital sottoskritt tiegħu, jittrasferixxi lill-BĊE l-assi ta' riservi barranin u jikkontribwixxi għar-riservi tiegħu fuq l-istess bażi bħall-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet abrogata.

(c) Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-kondizzjonikondizzjonijiet u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 123(5) ta' dan it-Trattat, għandu jieħu d-deċiżjonijiet l-oħra kollha meħtieġa biex ir-Renju Unit ikun jista' jgħaddi għat-tielet stadju.

Jekk ir-Renju Unit jgħaddi għat-tielet stadju skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, il-paragrafi 3 sa 9 għandhom jieqfu milli jibqgħu fis-seħħ.

11. Minkejja l-Artikoli 101 u 116(3) ta' dan it-Trattat u l-Artikolu 21.1 ta' l-Istatut, il-gvern tar-Renju Unit jista' jibqa' jżomm il-faċilità ta' ways and means mal-Bank ta' l-Ingilterra jekk u sakemm ir-Renju Unit ma jgħaddix għat-tielet stadju.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 26)

dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BIX-XEWQA li jiffinalizzaw, bi qbil mal-miri ġenerali tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, ċerti problemi partikolari li jeżistu fil-preżent;

WARA li kkunsidraw li fil-Kostituzzjoni Daniża hemm disposizzjonijiet li jistgħu jimplikaw li jsir referendum fid-Danimarka qabel il-parteċipazzjoni Daniża fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

FTEHMU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

1. Il-Gvern Daniż għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-posizzjoni tiegħu dwar il-parteċipazzjoni fit-tielet stadju qabel ma l-Kunsill jagħmel il-valutazzjoni tiegħu skond l- Artikolu 121(2) ta' dan it-Trattat.

2. Jekk issir notifika li d-Danimarka ma tkunx sejra tipparteċipa fit-tielet stadju, id-Danimarka jkollha eżenzjoni. L-effett ta' l-eżenzjoni jkun li l-Artikoli u d-disposizzjonijiet kollha ta' dan it-Trattat u ta’ l-Istatut tas-SEBĊ li jirreferu għal deroga għandhom ikunu applikabbli għad-Danimarka.

3. F'dan il-każ, id-Danimarka m’għandhiex tkun inkluża fost il-maġġoranza ta' l-Istati Membri li jissodisfaw il-kondizzjonikondizzjonijiet meħtieġa msemmija fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 121(2) u l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 121(3) ta' dan it-Trattat.

4. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija ta' l-eżenzjoni, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 122(2) għandha tinbeda biss fuq it-talba tad-Danimarka.

5. Fil-każ li jiġi abrogat l-istat ta' eżenzjoni, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jieqfu milli japplikaw.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 27)

dwar Franza (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BIX-XEWQA li jieħdu in kunsiderazzjoni punt partikulari li għandu x'jaqsam ma' Franza,

FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea:

Franza tibqa' żżomm il-privileġġ ta' emissjoni ta' munita fit-territorji barranin tagħha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali tagħha, u tkun intitolata waħedha li tiddetermina l-parità tal-franc taċ-CPF.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 28)

fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

Filwaqt li jfakkru illi l-Unjoni stabbiliet għaliha nfisha l-mira li tippromwovi l-progress ekonomiku u soċjali, fost affarijiet oħra, billi ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali;

FILWAQT LI JFAKKRU illi l-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea jinkludi l-kompitu tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u li t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali jidher fost l-attivitajiet tal-Komunità elenkati fl-Artikolu 3;

FILWAQT LI JFAKKRU li d-disposizzjonijiet tat-Tielet Parti, Titolu XVII fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali meħdua flimkien jipprovdu l-bażi ġuridika għall-konsolidizzazjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, inkluż il-ħolqien ta’ fond ġdid;

FILWAQT LI JFAKKRU illi d-disposizzjonijiet tat-Tielet Parti, Titolu XV fuq in-networks transewropej u t-Titolu XIX fuq l-ambjent jaħsbu għal Fond ta’ Koeżjoni li jitwaqqaf qabel il- 31 ta’ Diċembru 1993;

FILWAQT LI JISTQARRU t-twemmin tagħhom illi l-progress lejn l-Unjoni Ekonomika u Monetarja jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ta' l-Istati Membri kollha;

FILWAQT LI JINNOTAW illi l-Fondi Strutturali tal-Komunità qegħdin jiġu rduppjati f’termini reali bejn 1-1987 u l-1993 li jġib trasferimenti kbar, b’mod partikolari bħala proporzjon tal-PGD ta' l-Istati Membri l-anqas sinjuri;

FILWAQT LI JINNOTAW illi l-Bank ta' l-Investiment Ewropew qiegħed jislef ammonti kbar u li dejjem qed jiżdiedu, għall-ġid ta' l-ifqar reġjuni;

FILWAQT LI JINNOTAW ix-xewqa għal aktar flessibilità fl-arranġamenti għall-allokazjonijiet mill-Fondi Strutturali;

FILWAQT LI JINNOTAW ix-xewqa għall-modulazzjoni tal-livelli ta’ parteċipazzjoni komunitarja fi programmi u proġetti f’ċerti pajjiżi;

FILWAQT LI JINNOTAW il-proposta li tingħata aktar konsiderazzjoni lill-prosperità relattiva ta' l-Istati Membri fis-sistema tar-riżorsi proprji;

JIRRIJAFFERMAW li l-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali hija vitali għall-iżvilupp komplet u s-suċċess li jibqa' fit-tul tal-Komunità, u jisħqu fuq l-importanza ta' l-inklużjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan it-Trattat;

JIRRIJAFFERMAW l-konvinzjoni tagħhom illi l-Fondi Strutturali għandhom ikomplu jkollhom parti konsiderevoli biex jintlaħħqu l-miri tal-Komunità fil-qasam tal-koeżjoni;

JIRRIJAFFERMAW il-konvinzjoni tagħhom illi il-Bank ta' l-Investiment Ewropew jrid ikompli jiddedika l-maġġoranza tar-riżorsi tiegħu għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u jiddikjaraw ruħhom disposti li jirrevedu il-bżonnijiet kapitali tal-Bank ta' l-Investiment Ewropew malli dan ikun neċessarju għal dak l-iskop;

JIRRIJAFFERMAW il-bżonn ta' valutazzjoni sħiħa tal-operat u l-effettività tal-Fondi Strutturali fl-1992, u l-bżonn li jigi rivedut, f’dik l-okkazjoni, id-daqs approprijat ta’ dawn il-Fondi fid-dawl tal-kompiti tal-Komunità fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

JAQBLU li l-Fond ta’ Koeżjoni li jrid jitwaqqaf qabel il- 31 ta’ Diċembru 1993 għandu jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji komunitarji għal proġetti fil-qasam tal-ambjent u n-networks transewropej fl-Istati Membri b’PGN per capita ta’ anqas minn 90 % tal-medja tal-komunitarja u li għandhom programm li jwassal għat-twettieq tal-kondizzjonikondizzjoniet ta’ konverġenza ekonomika skond l-Artikolu 104;

JIDDIKJARAW l-intenzjoni tagħhom li jħallu marġni ta’ flessibilità akbar fl-allokazjoni ta’ fondi mill-Fondi Strutturali sabiex jiġu applikati għall-bżonnijiet speċifici mhux kontemplati taħt ir-regolomenti tal-Fondi Strutturali viġenti;

JIDDIKJARAW li huma disposti li jimmodulaw il-livelli ta’ parteċipazzjoni tal-Komunità fil-kuntest ta’ programmi u proġetti tal-Fondi Strutturali, bil-ħsieb li jevitaw żidiet eċċessivi fin-nefqa ta' l-estimi fl-Istati Membri l-anqas sinjuri;

JIRRIKONOXXU l-bżonn li jiġu segwit regolarment il-progress fit-twettieq tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u jiddikjaraw id-disponibilità tagħhom li jeżaminaw il-miżuri kollha neċessarji f’dan ir-rigward;

JIDDIKJARAW l-intenzjoni tagħhom li jagħtu aktar każ tal-kapaċità kontributtiva ta' l-Istati Membri individwali fis-sistema tar-riżorsi proprji u li jeżaminaw mezzi biex jikkoreġu, għall-Istati Memebri l-inqas sinjuri, l-elementi regressivi li jeżistu fis-sistema preżenti tar-riżorsi proprji;

JAQBLU li jannettu dan il Protokoll mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Il-Protokoll (Nru 29)

dwar l-asil għal ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA;

BILLI skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali iffermata f’Ruma fl- 4 ta’ Novembru 1950;

BILLI l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha ġurisdizzjoni li tassigura li fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea il-liġi tiġi osservata mill-Komunità Ewropea;

BILLI skond l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kull Stat Ewropew, meta japplika biex isir Membru ta' l-Unjoni, għandu jirrispetta l-prinċipji kif stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI JŻOMMU KONT li l-Artikolu 309 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jistabilixxi mekkaniżmu għas-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru ta’ dawk il-prinċipji;

WAQT LI JFAKKRU li kull ċittadin ta’ Stat Membru, bħala ċittadin ta' l-Unjoni, igawdi minn status speċjali u protezzjoni li għandhom ikunu garantiti mill-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta’ Parti Tnejn tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea;

WAQT LI JIEĦDU KONT li t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jistabilixxi żona mingħajr fruntieri nterni u jagħti lil kull ċittadin ta' l-Unjoni id-dritt li jiċċaqlaq u jabita b’libertà fit-territorju ta' l-Istati Membri;

WAQT LI JFAKKRU li l-kwistjoni ta’ estradizzjoni ta’ ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni hija ndirizzata fil-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat- 13 ta’ Diċembru 1957 u fil-Konvenzjoni tas- 27 ta’ Settembru 1996 imħejjija fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li għandu x’jaqsam ma' l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

WAQT LI JIXTIEQU li jevitaw li l-istituzzjoni ta' l-asil tkun użata għal għanijiet li jmorru l-barra minn dawk li għalihom hija intenzjonata;

BILLI dan il-Protokoll jirrispetta il-finalità u l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġeneva tat- 28 ta’ Lulju 1951 li għandha x’taqsam ma' l-istatus tar-refuġjati;

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Artikolu Uniku

Meta wieħed iqis l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fundamentali mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu reċiprokament pajjiżi ta’ oriġini ta' sigurta' għall-finijiet legali u prattiċi kollha f’dak li għandu x'jaqsam ma' materji ta’ asil. Għalhekk, kull applikazzjoni għal asil magħmula minn ċittadin ta’ xi Stat Membru tista' tiġi kkunsidrata jew dikjarata ammissibli għal proċessar minn Stat Membru ieħor biss f’dawn il-każijiet:

(a) jekk l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikunu ċittadin ikompli, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, billi jagħmel użu mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jieħu miżuri li jidderogaw fit-territorju tiegħu mill-obbligi skond dik il-Konvenzjoni;

(b) jekk il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 (1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tkun ġiet mibdija u sakemm il-Kunsill jieħu deċiżjoni dwarha;

(ċ) jekk il-Kunsill, li jaġixxi fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 7 (1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ikun iddetermina, f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin, l-eżistenta ta’ ksur serju u persistenti minn dak l-Istat Membru tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6 (1);

(d) jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk unilateralment rigward l-applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor; f’dak il-każ il-Kunsill għandu jiġi informat immedjatament; l-applikazzjoni għandha tiġi trattata fuq il-bażi tal-preżunzjoni li tkun manifestament bla bażi mingħajr ma taffetwa bl-ebda mod, irrispettivament ikun xi jkun il-każ, il-poter deċiżjonali ta' l-Istat Membru.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 30)

dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

IDDETERMINATI li jistabilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzonalità garantiti fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea bl-iskop li jiddefenixxu b'mod aktar eżatt il-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom u biex jassiguraw l-osservanza stretta tagħhom u l-implementazzjoni koerenti mill-istituzzjonijiet kollha;

FILWAQT LI JIXTIEQU li jassiguraw li d-deċiżjonijiet ikunu meħuda viċin kemm jista' jkun taċ-ċittadini ta' l-Unjoni;

JIEĦDU KONT tal-Ftehim Interistituzzjonali tal- 25 ta’ Ottubru 1993 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implementazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

IKKONFERMAW li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Birmingham fis- 16 ta’ Ottubru 1992 u l-affront ġenerali ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà mifthiem mill-Kunsill Ewropew li ltaqa' f’Edinburgu fil- 11- 12 ta’ Diċembru 1992 ser jibqgħu jiggwidaw l-azzjoni ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni kif ukoll l-iżvilupp ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u, għal dan l-iskop,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea:

(1) Fl-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilha, kull istituzzjoni għandha tassigura li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi segwit. Għandha wkoll tassigura li jkun hemm konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalita', skond liema kull azzjoni mill-Komunità ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat.

(2) L-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità għandha tirrispetta id-disposizzjonijiet ġenerali u l-objettivi tat-Trattat, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-manteniment komplet ta' l-acquis communautaire u tal-bilanċ istituzzjonali; m’għandiex taffetwa il-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward ir-relazzjoni bejn il-liġijiet nazzjonali u dawk tal-Komunità, u li għandha tieħu kont ta’ l-Artikolu 6(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skond liema Artikolu "l-Unjoni għandha tipprovdi lilha nnifisha bil-meżżi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politika tagħha".

(3) Il-Prinċipju tas-sussidjarjetà ma jinvolvix il-kwistjoni tal-poteri mogħtija lill-Komunità Ewropea bit-Trattat, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kriterji msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat għandhom jirrelataw ma' l-oqsma li fuqhom il-Komunità m’għandiex kompetenza esklussiva. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jipprovdi gwida ta' kif dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati fil-livell tal-Komunità. Is-Sussidjarjetà hija kunċett dinamiku u għandha tiġi applikata fid-dawl ta' l-objettivi kif stabbiliti fit-Trattat. Hi tippermetti li l-azzjoni tal-Komunità fil-limiti tal-poteri tagħha tespandi meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, u minn naħa l-oħra, li tkun ristretta u sospiża meta ma tkunx aktar ġustifikata.

(4) F'kull leġislazzjoni proposta tal-Komunità, il-motivazzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata għandhom jiġu dikjarati bl-iskop li jiġġustifikaw il-konformità tagħha mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità; ir-raġunijiet li jwasslu għal konklużjoni li objettiv tal-Komunità jista' jkun milħuq aħjar mill-Komunità għandhom ikunu sostanzjati b’indikaturi kwalitattivi jew, meta possibli, b’indikaturi kwantitattivi.

(5) Sabiex l-azzjoni tal-Komunità tkun ġustifikata, iż-żewġ aspetti tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandhom jintlaħqu: l-objettivi ta' l-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jintlaħqu biżżejjed mill-azzjoni ta’ Stati Membri fil-qafas tas-sistema kostituzzjonali nazzjonali tagħhom u għalhekk ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar bl-azzjoni minn naħa tal-Komunità.

Il-linji ta’ gwida li ġejjin għandhom ikunu użati fl-eżami ta’ jekk il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunux ġew sodisfatti:

- il-kwistjoni li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata jkollha aspetti transnazzjonali li ma jkunux jistgħu jiġu regolati b’sodisfazzjon bl-azzjoni ta' l-Istati Membri;

- l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri biss jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Komunità ikunu f' kunflitt mal-ħtiġiet tat-Trattat (bħal ma hija l-ħtieġa li tissewwa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jiġu evitati restrizzjonijiet moħbija għall-kummerċ jew li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali) jew ikunu b’mod ieħor jagħmlu ħsara għall-interessi ta' l-Istati Membri;

- l-azzjoni fil-livell tal-Komunità tkun tipproduċi vantaġġi evidenti minħabba d-dimensjoni jew fl-effetti tagħha meta tkun paragunata ma' l-azzjoni fil-livell ta' l-Istati Membri.

(6) Il-forma ta' l-azzjoni tal-Komunità għandha tkun kemm jista' jkun sempliċi, konsistenti mat-twettieq sodisfaċenti ta' l-objettivi tal-miżura u l-ħtieġa ta' l-eżekuzzjoni effikaċi. Il-Komunità għandha tilleġisla biss sa fejn hu meħtieġ. Fil-parità ta' kondizzjonijiet oħra, id-direttivi għandhom ikunu preferiti mir-regolamenti u d-direttivi ta' qafas preferiti mill-miżuri dettaljati. Id-Direttivi kif previsti fl-Artikolu 249 tat-Trattat, waqt li jorbtu lil kull Stat Membru li lejh ikunu ndirizzati in kwantu għar-riżultat li għandu jintlaħaq, għandhom iħallu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-għażla dwar il-forma u l-metodu.

(7) Rigward in-natura u l-portata ta' l-azzjoni Komunitarja, il-miżuri tal-Komunità għandhom iħallu l-ispazju kollu possibbli għad-deċiżjonijiet nazzjonali, basta ikun garantit l-iskop tal-miżuri u l-osservanza tal-ħtigiet tat-Trattat. Waqt li tiġi rrispettata il-liġi Komunitarja, għandha tingħata kura li jiġu rispettati l-arranġamenti nazzjonali stabbiliti u l-organizzazzjoni u l-operat tas-sistemi legali ta' l-Istati Membri. Meta xieraq u suġġett għall-ħtieġa ta’ l-eżekuzzjoni adattata, il-miżuri Komunitarji għandhom jipprovdu lill-Istati Membri b’meżżi alternattivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-miżuri.

(8) Meta l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà ma twassal għat-teħid ta' l-ebda azzjoni mill-Komunità, Stati Membri jkunu meħtieġa li fl-azzjoni tagħhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali mniżżla fl-Artikolu 10 tat-Trattat, billi jieħdu l-miżuri kollha xierqa ħalli jassiguraw it-twettieq ta' l-obbligi tagħhom taħt it-Trattat u billi jibqgħu lura minn kull miżura li tista' tfixkel il-kisba ta' l-objettivi tat-Trattat.

(9) Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha:

- ħlief f’każijiet ta’ urġenza partikolari jew kunfidenzjalità, tikkonsulta ampjament qabel ma tipproponi leġislazzjoni u, kull meta jkun xieraq, tippubblika dokumenti ta' konsultazzjoni;

- tiġġustifika r-rilevanza tal-proposti tagħha fir-rigward tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà; kull meta meħtieġ, b’memorandum ta’ spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta li jagħti dettalji f'dan ir-rigward. L-iffinanzjar ta' l-azzjoni tal-Komunità, kollha kemm hi jew f’parti minnha, mill-budget tal-Komunità jkun jeħtieġ spjegazzjoni;

- tieħu kont xieraq illi kull piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, fuq il-Komunità, fuq gvernijiet nazzjonali, fuq awtoritajiet lokali, fuq operaturi ekonomiċi u fuq ċittadini, jkun minimu u proporzjonat ma' l-objettiv li jrid jintlaħaq.

- tissottometti rapport anwali lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat. Dan ir-rapport annwali għandu wkoll jintbgħat lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

(10) Il-Kunsill Ewropew għandu jieħu kont tar-rapport tal-Kummissjoni imsemmi fir-raba' inċiz tal-punt 9 fir-rapport dwar il-progress milħuq mill-Unjoni li jkun meħtieġ li jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(11) Waqt li josservaw bi sħiħ il-proċeduri applikabli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bħala parti ntegrali ta' l-eżami ġenerali tal-proposti tal-Kummissjoni, jikkonsidraw il-konsistenza tagħhom ma' l-Artikolu 5 tat-Trattat. Din tikkonċerna l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kif ukoll l-emendi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iħossu li għandhom jagħmlu għall-proposta.

(12) Matul il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat, il-Parlament Ewopew għandu jkun infurmat bil-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat, permezz ta’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill li jadotta il-pożizzjoni komuni tiegħu. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġuni li fuq il-bażi tagħha il-proposta kollha jew parti mill-proposta tal-Kummissjoni tkun meqjusa inkonsistenti ma' l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(13) Il-konformita' mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tiġi riveduta skond ir-regoli kif stabbiliti bit-Trattat.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 31)

dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-istati membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtiġiet ta' l-Istati Membri li jassiguraw il-kontrolli effettivi mal-fruntieri esterni tagħhom, b’kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond kif ikun xieraq,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjoni li ġejja li għandha tkun annessa mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Id-disposizzjonijiet dwar il-miżuri dwar il-qsim ta' fruntieri esterni inklużi fl-Artikolu 62(2)(a) tat-Titolu IV tat-Trattat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ Stati Membri li jinnegozjaw jew li jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi sakemm dawn jirrispettaw il-liġi tal-Komunità u ftehim ieħor internazzjonali relevanti.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 32)

dwar is-sistema tax- xandir pubbliku fl-Istati Membri (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri hija direttament relatata mal-ħtiġiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà u mal-ħtieġa li jkun imħares il-pluraliżmu tal-media;

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament ikun mogħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettieq tal-missjoni ta' servizz publiku kif mogħtija, definita u organizzata minn kull Stat Membru, u sakemm dan il-finanzjament ma jaffetwax il-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fil-Komunità sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li jibqa' jittieħed kont tat-twettieq tal-missjoni ta' dak is-servizz pubbliku.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 33)

dwar il-protezzjoni u l-benessri ta' l-annimali

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jassiguraw it-titjib tal-protezzjoni u r-rispett tal-benessri ta' l-annimali bħala ħlejjaq senzjenti;

FTIEHMU DWAR id-disposizzjoni li ġejja li għandha tkun annessa mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiċi tal-Komunità dwar l-agrikoltura, it-trasport, is-suq intern u r-riċerka, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jgħatu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġiet tal-benessri ta' l-annimali, waqt li jirrispettaw id-disposizzjonijiet leġislattivi jew amministrattivi u d-drawwiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu partikolarment mar-riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 34)

dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar. (2001)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JRIDU jsolvu ċerti kwistjonijiet li jirrigwardaw l-iskadenza tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA);

BILLI JRIDU jgħaddu l-proprjetà tal-fondi tal-KEFA lill Komunità Ewropea,

WAQT LI JQISU x-xewqa li jużaw dawn il-fondi għar-riċerka f’setturi relatati ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar u, għalhekk, il-ħtieġa li jipprovdu ċerti regoli speċifiċi f’dan ir-rigward;

QABLU dwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li qiegħdin ikunu annesssi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea:

Artikolu 1

1. L-assi u d-djun kollha tal-KEFA, kif jeżistu fit- 23 ta’ Lulju 2002, jiġu mgħoddija lill-Komunità Ewropea mill- 24 ta’ Lulju 2002.

2. Il-valur nett ta’ dawn l-assi u djun, kif jidhru fil-balance sheet tal-KEFA fit- 23 ta’ Lulju 2002, suġġetti għal xi awment jew tnaqqis konsegwenti għall-operazzjoni ta' likwidazzjoni, huwa kunsidrat bħala patrimonju destinat għar-riċerka fis-setturi konnessi ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa "likwidazzjoni tal-KEFA". Meta tintemm il-likwidazzjoni il-patrimonju jissejjaħ "Patrimonju tal-Fond ta" Riċerka tal-Faħam u l-Azzar’.

3. Id-dħul minn dan il-patrimonju msejjaħ "Fond ta" Riċerka tal-Faħam u l-Azzar' jiġi utilizzat esklussivament għar-riċerka f'setturi konnessi ma' l-industrija tal-faħam u ta' l-azzar il barra mill-programm kwadru ta' riċerka, skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u ta' l-atti adottati abbażi tiegħu.

Artikolu 2

Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-disposizzjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi l-prinċipji essenzjali u l-proċeduri ta' deċiżjoni xierqa, partikolarment għall-adozzjoni ta’ linji gwida finanzjarji pluri-annwali għall-immaniġġjar tal-patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-faħam u l-azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Barra minn kif provdut mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll jibda japplika mill- 24 ta’ Lulju 2002

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 35)

dwar l-Artikolu 67 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (2001)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU dwar din id-disposizzjoni li ġejja, li għandha tiġi annessa mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea:

Artikolu Uniku

Mill- 1 ta’ Mejju 2004, il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, biex jadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Protokoll (Nru 36)

Dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1965)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

Filwaqt li kkunsidraw illi, skond l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandhom igawdu fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom,

QABLU dwar dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin, li se jiġu annessi ma’ dan it-Trattat:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 1

Il-postijiet u l-bini tal-Komunitajiet ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Komunitajiet ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Komunitajiet ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

Il-Komunitajiet, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Komunitajiet jagħmlu, għall-użu uffiċjali tagħhom, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw, madankollu, b' mod illi jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunitajiet.

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

Il-Komunitajiet ikunu eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas sew bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

Il-Komunitajiet ikunu wkoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar jista’ jkollha valuta ta’ kull xorta u tħaddem kontijiet f’kull valuta.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 6

Għall-komunikazzjonijiet uffiċċjali u t-trasmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ma jkunux suġġetti għal ċensura.

Artikolu 7

1. Laissez-passer f’għamla li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi ta’ l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati oħra taħt kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kull ftehim biex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi għall-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar għandhom, madankollu, jibqgħu applikabbli għall-membri u għall-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat ikollhom fil-pussess tagħhom laissez-passer li hemm provdut dwaru f’dak l-Artikolu, sakemm jiġu applikati id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 8

M’għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a) mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b) mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 9

Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 10

Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:

(a) fit-territorju ta’ l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

(b) fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TA’ STATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 11

Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta’ korpi ta’ konsulenza tal-Komunitajiet.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 12

Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet:

(a) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn il-Komunitajiet u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti fi kwistjonijiet bejn il-Komunitajiet u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħhom, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunita wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom;

(b) flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri;

(ċ) fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d) igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f’dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f’dak il-pajjiż, bla ħsara, f’kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e) ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skond il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, bla ħsara f’kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 13

Uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunitajiet, skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet.

Artikolu 14

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri tal-Komunitajiet, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz tal-Komunitajiet, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal skopijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz tal-Komunitajiet, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f’dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru tal-Komunitajiet. Dawn id-disposizzjonijiet jgħoddu wkoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qliegħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f’dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, tiġi meqjusa bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, bla ħsara għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m’għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni jistipula l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet.

Artikolu 16

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, u l-Artikolu 14 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f’parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f’dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA’ MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 17

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-Komunitajiet ikollhom is-sede tagħhom għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Komunitajiet.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 18

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet unikament fl-interessi tal-Komunitajiet.

Kull istituzzjoni tal-Komunitajiet tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunita ma tkunx kontra l-interessi tal-Komunitajiet.

Artikolu 19

L-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom, bl-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet responsabbli ta’l-Istati Membri involuti.

Artikolu 20

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 japplikaw għal membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 21

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom jgħoddu għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistratur u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, għall-membri ta’ l-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandha tagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u ta’ l-organi tiegħu imwettqa skond l-Istatut tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi taxxa fuq il-bejgħ.

Artikolu 23

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri ta' l-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, ukoll, ikun eżenti minn kull għamla ta' tassazzjoni jew imposizzjoni ta' xorta simili, f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu, fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.

Id-disposizzjonijiet ta' hawn qabel għandhom japplikaw għall-Istitut Monetarju Ewropew. Ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu m'għandu jagħti lok għal ebda imposizzjoni.

B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti Plenipotenzjarji ffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi Brussel illum it-tmien jum ta’ April tas-sena elf disa’ mija u ħamsa u sittin.

Paul-Henri Spaak

Kurt Schmucker

Maurice Couve de Murville

Amintore Fanfani

Pierre Werner

J. M.A. H.Luns

--------------------------------------------------