12006E/PRO/32

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 32) dwar is-sistema tax- xandir pubbliku fl-Istati Membri (1997)

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0313 - 0313


Protokoll (Nru 32)

dwar is-sistema tax- xandir pubbliku fl-Istati Membri (1997)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri hija direttament relatata mal-ħtiġiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà u mal-ħtieġa li jkun imħares il-pluraliżmu tal-media;

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament ikun mogħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettieq tal-missjoni ta' servizz publiku kif mogħtija, definita u organizzata minn kull Stat Membru, u sakemm dan il-finanzjament ma jaffetwax il-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fil-Komunità sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li jibqa' jittieħed kont tat-twettieq tal-missjoni ta' dak is-servizz pubbliku.

--------------------------------------------------