12006E/PRO/24

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 24) dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0298 - 0298


Protokoll Protokoll (Nru 24)

dwar it-transizzjoni għat-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1992)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

Jiddikjaraw il-karattru irriversibbli tal-moviment tal-Komunità lejn it-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja billi jiffirmaw id-disposizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid fuq l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Għaldaqstant l-Istati Membri kollha għandhom, kemm jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji għall-addozzjoni ta' munita unita kif ukoll jekk le, jirrispettaw ir-rieda tal-Komunità li tidħol malajr fit-tielet stadju, u għalhekk l-ebda Stat Membru ma għandu jimpedixxi d-dħul fit-tielet stadju.

Jekk sa l-aħħar ta' l-1997, id-data tal-bidu tat-tielet stadju ma tkunx ġiet iffissita, l-Istati Membri interessati, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u korpi oħra involuti għandhom iħaffu x-xogħol preparatorju kollu matul is-sena 1998, sabiex il-Komunità tkun tista' tidħol fit-tielet stadju b'mod irrevokabbli fl- ewwel ta' Jannar 1999 u sabiex il-BĊE u s-SEBĊ jkunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw b’mod sħiħ sa minn din id-data.

Dan il-Protokoll ser jiġi anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------