12006E/APP/04

Emendi għall-liġi primarja wara l-adeżjoni tar-repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. - IV. Protokoll dwar l-istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0329 - 0331


EMENDI GĦALL-LIĠI PRIMARJA WARA L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA MA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli li ġejjin jiġu emendati kif ġej.

IV. PROTOKOLL DWAR L-ISTATUT TAL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT

1. Fl-Artikolu 3, jiżdiedu r-referenzi għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

2. Fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu:

(a) is-sentenza introduttiva għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"1. Il-kapital tal-Bank għandu jkun EUR 164795737000, sottoskritt mill-Istati Membri kif ġej [1]:"

b) jiddaħħlu r-referenzi li ġejjin:

"Bulgarija | 296000000 |

Rumanija | 846000000" |

3. Fl-Artikolu 11(2) l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"'2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn tmienja u għoxrin direttur u tmintax-il direttur alternat.

[…]

Id-diretturi alternati għandhom jiġu maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin kif jidher hawn taħt:

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Franċiza,

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Taljana,

- diretturi alternati nominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq,

- direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża,

- direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal- Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda,

- żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Renju tad-Danimarka, ir- Repubblika Ellenika, l-Irlanda u r-Rumanija,

- żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja,

- tliet diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

- direttur alternat nominat mill-Kummissjoni.".

[1] Il-figuri kkwotati għall-Bulgarija u r-Rumanija huma indikattivi u bbażati fuq id-data ta' l-2003 pubblikata mill-Eurostat.

--------------------------------------------------