12006E/APP/03

Emendi għall-liġi primarja wara l-adeżjoni tar-repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. - III. Protokoll dwar l-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0329 - 0329


EMENDI GĦALL-LIĠI PRIMARJA WARA L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA MA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli li ġejjin jiġu emendati kif ġej.

III. PROTOKOLL DWAR L-ISTATUT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

1. L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali ta' l-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti alternattivament ebatax u tlettax-il-Imħallef."

2. L-Artikolu 48 għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:

"Il-Qorti tal-Prim' Istanza għandha tikkonsisti f'sebgħa u għoxrin Imħallef."

--------------------------------------------------