12005SP051

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI: DISPOSIZZJONIJIET RELATTIVI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAN IL-PROTOKOLL - TITOLU I:L-ISTABBILIMENT TA' L-ISTITUZZJONIJIET U TAL-KORPI - Artikolu 51

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0043 - 0043


Artikolu 51

1. Għandhom jinħatru membri ġodda tal-kumitati, gruppi jew korpi oħra maħluqa bil-Kostituzzjoni jew b'att ta' l-istituzzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri stabbiliti għall-ħatra ta' membri ta' dawn il-kumitati, gruppi jew korpi oħra. Il-mandati tal-membri li jkunu għadhom kemm inħatru għandhom jiskadu fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fiż-żmien ta' l-adeżjoni.

2. Is-sħubija f'kumitati jew gruppi maħluqa bil-Kostituzzjoni jew b'att ta' l-istituzzjonijiet b'numru fiss ta' membri irrispettivament min-numru ta' Stati Membri għandha tiġi mġedda kompletament ma' l-adeżjoni, sakemm il-mandati tal-membri attwali ma jiskadux matul is-sena ta' wara l-adeżjoni.

--------------------------------------------------