12005SP026

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU III:DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Artikolu 26

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0036 - 0037


Artikolu 26

1. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom iħallsu l-ammonti li ġejjin lill-Fond għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar imsemmi fid-Deċiżjoni 2002/234/KEFA tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tas- 27 ta' Frar 2002 dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar [6]:

(EUR miljuni, prezzijiet attwali) |

Bulgarija | 11,95 |

Rumanija | 29,88. |

2. Il-kontributi għall-Fond għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom isiru f'erba' pagamenti li jibdew fl-2009 u jitħallsu kif ġej, f'kull każ fl-ewwel jum ta' xogħol ta' l-ewwel

xahar ta' kull sena:

2009: 15 %

2010: 20 %

2011: 30 %

2012: 35 %.

[6] ĠU L 79, 22.3.2002, p. 42.

--------------------------------------------------