Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - Artikolu 8
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0032 - 0032
Artikolu 8 1. L-Atti adottati mill-istituzzjonijiet li għalihom jirrelataw id-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti f'dan il-Protokoll għandhom iżommu l-istatus tagħhom fil-liġi; b'mod partikolari, il-proċeduri sabiex jiġu emendati dawk l-atti għandhom jibqgħu japplikaw. 2. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll li għandhom l-għan jew l-effett li jħassru jew li jemendaw atti adottati mill-istituzzjonijiet, mhux bħala miżuri transitorji, għandhom ikollhom l-istess status fil-liġi bħad-disposizzjonijiet li huma jħassru jew jemendaw u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk id-disposizzjonijiet. --------------------------------------------------