12005SA034

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU III:DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Artikolu 34

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0215 - 0215


Artikolu 34

1. Minbarra r-regolamenti li jikkonċernaw l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, id-disposizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjonijiet I sa III ta' l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija għall-perjodu ta' l-2007-2009 u d-disposizzjonijiet finanzjarji speċifiċi stabbiliti fis-Sezzjoni IV ta' l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' l-2007-2013.

2. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri ta' politika, approprazzjonijiet ta' impenn mis-Sezzjoni ta' Garanzija ta' l-EAGGF għall-iżvilupp rurali għall-Bulgarija u għar-Rumanija matul il-perjodu ta' tliet snin 2007-2009 għandhom jammontaw għal EUR 3041 miljun (prezzijiet ta' l-2004).

3. Għandhom jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Anness VIII skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1260/1999.

4. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jagħmel kull adattament lid-disposizzjonijiet ta' l-Anness VIII fejn meħtieġ sabiex jiżgura l-koerenza mar-regolamenti li jikkonċernaw l-iżvilupp rurali.

--------------------------------------------------