12005S/TTE/02

Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 2

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0018 - 0018


Artikolu 2

1. Fil-każ li t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ma jkunx fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsiru Partijiet għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni, kif emendati jew miżjuda.

F' dak il-każ l-Artikolu 1(2) sa (4) għandu jsir applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.

2. Il-kondizzjonijiet ta' l-ammissjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni, li saru meħtieġa b' din l-ammissjoni, li se japplikaw mid-data ta' l-adeżjoni sad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, qegħdin jiġu stabbiliti fl-Att anness ma' dan it-Trattat. Id-disposizzjonijiet ta' dak l-Att għandhom jagħmlu parti integrali minn dan it-Trattat.

3. Fil-każ li t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jidħol fis-seħħ wara l-adeżjoni, il-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1(3) għandu jissostitwixxi l-Att imsemmi fl-Artikolu 2(2) dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi. F' dak il-każ, id-disposizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi hawn fuq ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li qegħdin joħolqu effett legali ġdid, iżda għandhom jiġu kkunsidrati bħala li qegħdin jippreservaw, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u f' dak il-Protokoll, l-effetti legali li diġà nħolqu mid-disposizzjonijiet ta' l-Att imsemmi fl-Artikolu 2(2).

Atti adottati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 1(3) abbażi ta' dan it-Trattat jew l-Att imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ u l-effetti legali tagħhom għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu emendati jew imħassra.

--------------------------------------------------