12004V361

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-361

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0158 - 0159


Artikolu III-361

Kull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jissodisfa obbligu skond il-Kostituzzjoni jista' jġib il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Qabel ma Stat Membru jagħmel rikors kontra Stat Membru ieħor għal ksur allegat ta' obbligu taħt il-Kostituzzjoni, għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni motivata wara li kull wieħed mill-Istati konċernati jkun ingħata l-opportunità li jissottometti l-każ kontra tiegħu u l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-każ tal-parti l-oħra kemm bil-fomm u kemm bil-miktub.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx tat opinjoni fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun ġiet imressqa quddiemha, l-assenza ta' din l-opinjoni m'għandhiex tipprekludi l-kwistjoni milli titressaq quddiem il-Qorti.

--------------------------------------------------