Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 9 - Riċerka u żvilupp teknoloġiku, u l-Ispazju - Artikolu III-254
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0111 - 0112
Artikolu III-254 1. Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, l-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika Ewropea dwar l-ispazju. Għal dan l-iskop, tista' tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-żvilupp teknoloġiku u tikkordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' l-ispazju. 2. Sabiex tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1, liġi jew liġi kwadru Ewropea għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta' programm Ewropew dwar l-ispazju. 3. L-Unjoni għandha tistabbilixxi relazzjonijiet xierqa ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju. --------------------------------------------------