Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 7 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-175
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0075 - 0075
Artikolu III-175 1. Meta jkun hemm raġuni għal biża' li l-adozzjoni jew l-emenda ta' disposizzjoni nazzjonali stabbilita b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva ta' Stat Membru tista' tikkawża distorsjoni fis-sens ta' l-Artikolu III-174, Stat Membru li jixtieq jipproċedi biha għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni. Wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha tindirizza lill-Istati Membri konċernati rakkomandazzjoni dwar il-miżuri adatti sabiex tiġi evitata d-distorsjoni in kwistjoni. 2. Jekk Stat Membru li jixtieq idaħħal jew jemenda d-disposizzjonijiet tiegħu ma jħarisx ir-rakkomandazzjoni indirizzata lilu mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra m'għandhomx ikunu meħtieġa, skond l-Artikolu III-174, li jemendaw id-disposizzjonijiet tagħhom sabiex jeliminaw dik id-distorsjoni. Jekk l-Istat Membru li ma jkunx ta każ tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jikkawża distorsjoni ta' detriment għalih innifsu biss, l-Artikolu III-174 m'għandux japplika. --------------------------------------------------