12004V174

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 7 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-174

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0075 - 0075


Artikolu III-174

Meta l-Kummissjoni issib li differenza bejn id-disposizzjonijiet stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri qed tikkawża distorsjoni fil-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern u li hemm bżonn li d-distorsjoni li tirriżulta tiġi eliminata, għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri konċernati.

Jekk din il-konsultazzjoni ma tirriżultax fi ftehim, il-liġi kwadru Ewropea għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex id-distorsjoni in kwistjoni tiġi eliminata. Tista' tiġi adottata kull miżura oħra xierqa prevista fil-Kostituzzjoni.

--------------------------------------------------