12004V162

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu III-162

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0069 - 0069


Artikolu III-162

Kull abbuż minn impriża waħda jew iktar ta' posizzjoni dominanti fis-suq intern jew f'parti sostanzjali tiegħu għandu jiġi pprojbit bħala inkompatibbli mas-suq intern sa fejn jista' jolqot l-kummerċ bejn Stati Membri.

Dan l-abbuż jista', b'mod partikolari, jikkonsisti f'li:

a) direttament jew indirettament jiġu imposti prezzijiet inġusti ta' xiri jew ta' bejgħ jew kondizzjonijiet inġusti oħrajn ta' kummerċ;

b) jiġu limitati l-produzzjoni, s-swieq jew l-iżvilupp tekniku b'mod li jippreġudika l- konsumaturi;

ċ) jiġu applikati kondizzjonijiet mhux simili għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet kummerċjali oħra, u b'hekk iqiegħduhom fi żvantaġg kompetittiv;

d) jagħmlu l-konklużjoni ta' kuntratti soġġetta għal aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligi supplimentari li, min-natura tagħhom jew skond l-użanza kummerċjali, m'għandhom ebda konnessjoni mas-suġgett ta' dawn il-kuntratti.

--------------------------------------------------