12004V101

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI II - IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI - TITOLU V - ĊITTADINANZA - Artikolu II-101

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0050 - 0050


Artikolu II-101

Dritt għal amministrazzjoni tajba

1. Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi trattat b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni.

2. Dan id-dritt jinkludi:

a) id-dritt ta' kull persuna li tagħti l-opinjoni tagħha, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha ħażin;

b) id-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għat-tagħrif uffiċjali miġbura dwarha, filwaqt li jiġu rispettati l-interessi leġittimi ta' kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju;

ċ) l-obbligu ta' l-amministrazzjoni li tagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

3. Kull persuna għandha d-dritt li l-Unjoni tagħmel tajjeb għal danni kkaġunati mill-istituzzjonijiet jew l-impjegati tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri.

4. Kull persuna tista' tikteb lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni f'waħda mil-lingwi tal-Kostituzzjoni u għandha tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

--------------------------------------------------