12004V018

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU III - KOMPETENZI TA' L-UNJONI - Artikolu I-18

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0018 - 0018


Artikolu I-18

Klawżola ta' flessibilità

1. Jekk jirriżulta neċessarju li l-Unjoni tieħu azzjoni, fil-qafas tal-politika definita fil-Parti III sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni, u l-Kostituzzjoni ma tkunx ipprovdiet is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill tal-Ministri, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni Ewropea u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-miżuri xierqa.

2. Billi tuża l-proċedura għall-kontroll tal-prinċipju ta' sussidjarjetà previst fl-Artikolu I-11(3), il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Parlamenti nazzjonali għall-proposti bbażati fuq dan l-Artikolu.

3. Il-miżuri bbażati fuq dan l-Artikolu m'għandhomx jinvolvu l-armonizzazzjoni ta' liġijiet u ta' regolamenti ta' l-Istati Membri f'każijiet fejn il-Kostituzzjoni teskludi din l-armonizzazzjoni.

--------------------------------------------------