Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU II - DRITTIJIET FUNDAMENTALI U Ċ-ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI - Artikolu I-9
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0013 - 0013
Artikolu I-9 Id-Drittijiet fundamentali 1. L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tikkostitwixxi l-Parti II. 2. L-Unjoni taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m'għandhiex timmodifika l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti fil-Kostituzzjoni. 3. Id-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif żviluppaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jagħmlu parti mid-dritt ta' l-Unjoni bħala prinċipji ġenerali. --------------------------------------------------