Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet rigward il-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka - 36.Dikjarazzjoni dwar it-transitu ta' persuni bl-art bejn ir-reġjun ta' Kaliningrad u partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0468 - 0468
36. Dikjarazzjoni dwar it-transitu ta' persuni bl-art bejn tal-Federazzjoni Russa ir-reġjun ta' Kaliningrad u partijiet oħra IL-KONFERENZA Waqt li tqis is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjun ta' Kaliningrad tal-Federazzjoni Russa fil-kuntest tat-tkabbir ta' l-Unjoni; Waqt li tirrikonoxxi l-obbligi u l-impenji li l-acquis jimponi fuq il-Litwanja fir-rigward ta' l-iistabbiliment ta' żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja; Wara li nnotat, b'mod partikolari, li l-Litwanja għandha tapplika u timplimenta b'mod sħiħ l-acquis ta' l-Unjoni fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u ta' dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa kif ukoll l-acquis ta' l-Unjoni dwar il-format uniformi għal viża; Waqt li tirrikonoxxi li t-transitu ta' persuni bl-art bejn ir-reġjun ta' Kaliningrad u partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa fuq territorju ta' l-Unjoni hija materja li tikkonċerna l-Unjoni kollha u għandha tiġi trattata bħala tali u ma għandhiex iġġib magħha konsegwenzi sfavorevoli għal-Litwanja; Waqt li tqis li l-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni biex jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni wara li jkun ivverifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan ikunu twettqu; Determinata li tgħin lil-Litwanja biex twettaq kemm jista' jkun malajr il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni sħiħa fiż-Żona ta' Schengen mingħajr fruntieri interni; Temfasiżża li disposizzjonijiet speċifiċi għal dak il-għan ġew inklużi fit-Titolu V tat-Tieni Parti tal-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka. --------------------------------------------------