Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0906 - 0906
1. IL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA 32001 L 0083: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE tas- 6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67). B'deroga mill-ħtiġijiet ta' kwalità, sigurtà u effikaċja stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE, l-awtorizzazzjonijiet għall-marketing tal-prodotti farmaċewtiċi li hemm fil-listi (fl-Appendiċi A ta' dan l-Anness kif provduta mis-Slovenja f'lingwa waħda) maħruġa taħt il-liġi tas-Slovenja qabel il-data ta' l-adeżjoni, għndhom jibqgħu validi sakemm jiġu mġedda b'konformità ma' l-acquis u skond l-iskeda taż-żmien imniżżla fil-listi msemmija hawn qabel, jew sal- 31 ta' Diċembru 2007, skond liema tiġi l-ewwel. Minkejja d-disposizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu 4, tad-Direttiva, l-awtorizzazzjonijiet tal-marketing koperti minn din id-deroga ma għandhomx jibbenefikaw mir-rikonoxximent reċiproku fl-Istati Membri, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux ġew awtorizzati bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------