12003TN10/08/C



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0855 - 0856


Ċ. IL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS INDUSTRIJALI U L-IMMANIĠĠAR TAR-RISKJI

1. 31994 L 0067: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE tas- 16 ta' Diċembru 1994 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 34).

B'deroga mill-Artikoli 7 u 11 u ta' l-Anness III tad-Direttiva 94/67/KE, il-limitu ta' valuri ta' emissjoni u l-ħtiġiet għall-kejl ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' l-inċineraturi li ġejjin fl-Ungerija sat- 30 ta' Ġunju 2005 kif speċifikat hawn taħt:

- Inċineraturi ta' żjut mormija u likwidu mormi ieħor:

- Petró & Petró Kft., Ács: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl;

- KÖSZOL Kft., Győr: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl;

- Nitrokémia Rt., Balatonfűzfő: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl;

- MB Szerviz Kft., Budapest: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl;

- Jászautó Kft., Jászberény: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl.

- Inċineraturi ta' skart mill-isptarijiet:

- Semmelweis Orvostudományi Egyetem, Budapest: xejn ħlief il-kejl;

- SEPTOX Kft., Országos Korányi Tbc és Pulmonológiai Intézet, Budapest: xejn ħlief il-kejl;

- Progress B-90 Kft., Kistarcsa: xejn ħlief il-valur tal-limitu tat-trabijiet kollha, kejl;

- Albert Schweizer Kórház, Hatvan: xejn ħlief il-valur tal-limitu tal-klorur idroġenu, kejl;

- Jósa András Kórház, Nyíregyáza: xejn ħlief il-kejl;

- Erzsébet Kórház, Jászberény:: xejn ħlief il-valur tal-limitu tal-klorur idroġenu, kejl;

- Kátai Gábor Kórház, Karcag: xejn ħlief il-kejl;

- Mezőtúri Városi Kórház, Mezőtúr: xejn ħlief il-kejl;

- Filantrop Kft., Kecskemét: xejn ħlief il-kejl;

- Szegedi Városi Kórház, Szeged: xejn ħlief il-kejl;

- Csongrád Megyei Területi Kórház, Szentes: xejn ħlief il-limitu ta' valuri tat-trabijiet kollha, tal-klorur idroġenu u kejl;

- Markhot Ferenc Kórház, Eger: xejn ħlief il-kejl;

- Bugát Pál Kórház, Gyöngyös: xejn ħlief il-valur tal-limitu tad-dijossina, kejl;

- Pándy Kálmán Kórház, Gyula: xejn ħlief il-limitu tat-trabijiet kollha, il-klorur idroġenu (HC1), kejl.

- Inċineraturi u ko-inċineraturi ta' skart solidu u likwidu perikoluż:

- Dunai Cement és Mészmű Rt., Vác: xejn ħlief il-kejl;

- Pannoncem Cementipari Rt., Lábatlan: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tan-Nox, kejl;

- Megoldás Kft., Szombathely (inċineratur tat-tip Shenandoah P60-M2 u inċineratur tat-tip Energospar-2): xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal-HC1, kejl;

- Crazy Cargo Kft., Székesfehérvár: xejn ħlief il-kejl;

- H+H Dunaforg Kft., Dunaújváros: xejn ħlief il-kejl;

- Mosonmagyaróvári Fémszerelvény Rt., Mosonmagyaróvár: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal-PM, HF, kejl;

- FORTE Rt., Vác: xejn ħlief il-kejl;

- Légiforgalmi és Repülőtéri Igazgatóság, Budapest: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal-HC1, HF, kejl;

- MOL Rt. Dunai Finomító, Százhalombatta: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal-Cr fl-ilma mormi, kejl;

- ÉMK Kft., Sajóbábony: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tad-dijossina;

- Ecomissio Kft., Tiszaújváros: xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal-So2, HCl, kejl;

- Miskolci Városi Közlekedési Rt., Miskolc (inċineratur tat-tip Energospar-2 u inċineratur tat-tip Pirotherm CV-1): xejn ħlief il-limitu ta' valuri ta' emissjoni tal- HM, kejl;

- MOL Rt. Tiszai Finomító, Tiszaújváros: xejn ħlief il-kejl;

- ICN Hungary Rt., Tiszavasvári: xejn ħlief il-kejl;

- Hajdúkomm Kft., Debrecen: xejn ħlief il-kejl;

- Mendoterm Kft., Budapest: xejn ħlief il-kejl;

- Gyógyszerkutató Intézet, Budapest: xejn ħlief il-kejl;

- Gyógyszerkutató Intézet, Budakeszi: xejn ħlief il-kejl;

2. 32001 L 0080: Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' ħruġ fl-arja ta' ċerti sustanzi li jniġġsu minn impjanti kbar ta' kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

B'deroga mill-Artikolu 4(1) u minn parti A ta' l-Annessi III sa VII tad-Direttiva 2001/80/KE, il-limitu ta' valuri ta' emissjoni għad-dissodju tal-kubrit, għall-ossidi tan-nitroġenu u għat-trabijiet ma għandux japplika fir-rigward ta' l-impjanti li ġejjin fl-Ungerija sal- 31 ta' Diċembru 2004:

- Budapesti Erőmű Rt., Újpest, Újpest, Boiler Nru. 4;

- Budapesti Erőmű Rt., Kőbánya, Boilers Nri. 1, 2, 3 u 4;

- Dorog-Esztergom Erőmű Kft., Dorog, Dorog, Boilers Nri. 5 u 6;

- EMA-POWER Kft., Dunaújváros, Boilers Nri. 7 u 8;

- Nyíregyházi Erőmű Kft., Nyíregyháza, Boiler Nru. 15;

- PANNONPOWER Rt., Pécs, Boilers Nri. 5 u 7;

- Mátra Cukor Rt., Hatvan, tliet boilers;

- Zoltek Rt., Nyergesújfalu, boiler wieħed.

--------------------------------------------------