12003TN09/10/D



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0843 - 0843


D. IL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS INDUSTRIJALI U L-IMMANIĠĠJAR TAR-RISKJI

32001 L 0080: Id-Direttiva Nru. 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' ħruġ fl-arja ta' ċerti sustanzi li jniġġsu minn impjanti kbar ta' kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

B'deroga mill-Artikolu 4(3) u minn parti A ta' l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2001/80/KE, il-limitu ta' valuri ta' emissjoni għad-dissodju tal-kubrit u għall-ossidi tan-nitroġenu ma għandux japplika fil-Litwanja sal- 31 ta' Diċembru 2015 għall-impjanti ta' kombustjoni li ġejjin: l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija CHP-3 ta' Vilnius, l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija ta' Kaunas u l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija ta' Mažeikiai.

Matul dan il-perijodu transitorju, l-emissjonijiet globali ta' dissodju tal-kubrit u ta' ossidu tan-nitroġenu li għandhom x'jaqsmu mal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku mill-Impjant ta' l-Enerġija Termika tal-Litwanja, l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija CHP-3 ta' Vilnius, l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija ta' Kaunas u l-Impjant li jiġġenera kemm Sħana u Enerġija ta' Mažeikiai (minbarra l-ġenerazzjoni tas-sħana u sorsi oħra) ma għandhomx jaqbżu il-limiti massimi li ġejjin:

- 2005: 28300 tunnellata metrika ta' SO2/sena; 4600 tunnellata metrika ta' Nox/sena

- 2008: 21500 tunnellata metrika ta' SO2/sena; 5000 tunnellata metrika ta' Nox/sena

- 2010: 30500 tunnellata metrika ta' SO2/sena; 10500 tunnellata metrika ta' Nox/sena

- 2012: 29000 tunnellata metrika ta' SO2/sena; 10800 tunnellata metrika ta' Nox/sena

Sa l- 1 ta' Jannar 2007, kif ukoll sa 1 ta' Jannar 2012, il-Litwanja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan aġġornat, li jinkludi pjan ta' investiment, għall-allinjament gradwali ta' l-impjanti li jifdal li ma jkunux konformi bi stadji definiti b'mod ċar għall-applikazzjoni ta' l-acquis. L-UE tikkunsidra li b'riżultat ta' l-iżvilupp ekonomiku globali mistenni fil-Litwanja, il-possibilitajiet li jqumu għall-finanzjament ta' iktar investimenti fi żmien qabel dak ippjanat attwalment, u t-tibdiliet previsti fis-settur ta' l-enerġija għandhom jiżguraw aktar tnaqqis fl-emissjonijiet sa livell li jkun taħt il-miri intermedji ta' hawn qabel b'mod sinifikanti, b'mod partikolari għall-emissjonijiet fil-perijodu 2012 sa 2015.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lil-Litwanja jekk, wara li jkunu meqjusa b'mod partikolari l-effetti fuq l-ambjent u l-ħtieġa li jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba l-arranġament transitorju, tikkunsidra li dawn il-pjanijiet mhumiex biżżejjed biex jilħqu dawn il-miri. Fi żmien it-tliet xhur ta' wara, il-Litwanja għandha tikkomunika il-miżuri li tkun ħadet sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Jekk sussegwentement, waqt li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu dawn il-miri, hija għandha tibda l-proċeduri ta' ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE.

--------------------------------------------------