12003TN02/04/C3



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0344 - 0344


III. ID-DISINJI KOMUNITARJI

32002 R 0006: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat- 12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

L-Artikolu li ġej jiżdied wara l-Artikolu 110:

"Artikolu 110a

Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir tal-Komunità

1. Mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'l quddiem imsejħa "l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda"), disinn Komunitarju protett jew li ssir applikazzjoni għalih skond dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-adeżjoni għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu l-istess effett fil-Komunità kollha.

2. L-applikazzjoni għal disinn Komunitarju reġistrat ma tistax tiġi miċħuda abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet għan-non-reġistrabilità mniżżlin fl-Artikolu 47(1), jekk dawn ir-raġunijiet saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Membru Stat ġdid.

3. Disinn Komunitarju li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ma jistax ikun iddikjarat invalidu skond l-Artikolu 25(1) jekk ir-raġunijiet għall-invalidità saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

4. L-applikant jew il-pussessur ta' dritt iktar kmieni f'xi Stat Membru ġdid jista' jopponi l-użu ta' disinn Komunitarju li jaqa' taħt l-Artikolu 25(1)(d), (e) jew (f) fit-territorju fejn id-dritt ta' iktar kmieni huwa protett. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, "id-dritt l-iktar kmieni" ifisser dritt akkwistat jew li saret applikazzjoni għalih b'bona fidi qabel l-adeżjoni.

5. Il-paragrafi 1, 3 u 4 ta' hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għal disinji Komunitarji mhux reġistrati. Skond l-Artikolu 11, disinn li ma sarx pubbliku fit-territorju tal-Komunità ma għandux igawdi minn protezzjoni bħala disinn Komunitarju mhux reġistrat."

--------------------------------------------------