12003TN02/01/E



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0065 - 0065


E. TANKIJIET TAĦT PRESSJONI

31976 L 0767: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' disposizzjonijiet komuni ta' tankijiet taħt pressjoni u l-metodu ta' l-ispezzjoni tagħhom (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 153), kif emendata bi:

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31987 L 0354: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE tal- 25.6.1987 (ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43),

- 31988 L 0665: Id-Direttiva tal-Kunsill 88/665/KEE tal- 21.12.1988 (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 42),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

Dan li ġej jiżdied mat-test fil-parentesi fl-ewwel inċiż tal-punt 3.1 ta' l-Anness I u fl-ewwel inċiż tal-punt 3.1.1.1.1 ta' l-Anness II:

"CZ għar-Repubblika Ċeka, EST għall-Estonja, CY għal Ċipru, LV għal-Latvja, LT għal-Litwanja, H għall-Ungerija, M għal Malta, PL għall-Polonja, SI għas-Slovenja, SK għas-Slovakkja"

.

--------------------------------------------------