12003T045



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0046 - 0047


Artikolu 45

1. Kull Stat li jaderixxi ma' l-Unjoni għandu d-dritt li jkollu wieħed miċ-ċittadini tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni.

2. Minkejja t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 213(1), l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 214(1), l-Artikolu 214(2) tat-Trattat tal-KE u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 126 tat-Trattat ta' l-Euratom:

(a) ċittadin ta' kull Stat Membru ġdid għandu jinħatar fuq il-Kummissjoni mid-data ta' l-adeżjoni. Il-Membri l-ġodda tal-Kummissjoni għandhom jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

(b) il-mandat tal-ħatra tal-Membri tal-Kummissjoni maħtura skond (a) kif ukoll ta' dawk li nħatru mit- 23 ta' Jannar 2000 għandu jiskadi fil- 31 ta' Ottubru 2004,

(ċ) Kummissjoni ġdida magħmula minn ċittadin ta' kull Stat Membru għandha tibda d-dmirijiet tagħha fl- 1 ta' Novembru 2004, il-mandat tal-ħatra tal-Membri ta' din il-Kummissjoni l-ġdida jiskadi fil- 31 ta' Ottubru 2009,

(d) id-data ta' l- 1 ta' Novembru 2004 tbiddel id-data ta' l- 1 ta' Jannar 2005 fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' l-UE u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni.

--------------------------------------------------