12003T/TTE/01



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0022 - 0022


L-Artikolu 1

1. Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja qegħdin isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u Partijiet għat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni kif emendati jew supplementati.

2. Il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, li saru meħtieġa b'din l-adeżjoni, huma stabbiliti fl-Att anness ma' dan it-Trattat. Id-disposizzjonijiet ta' dak l-Att għandhom jagħmlu parti integrali minn dan it-Trattat.

3. Id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri u l-poteri u l-ġurisdizzjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli għal dan it-Trattat.

--------------------------------------------------