Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0985 - 0985
43. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-klawsola ta' salvagwardja ekonomika ġenerali, il-klawsola ta' salvagwardja tas-suq intern u l-klawsola ta' salvagwardja tal-ġustizzja u l-affarijiet interni Qabel ma tiddeċiedi dwar jekk tapplikax il-klawsoli ta' salvagwardja tas-suq intern u tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ser tisma' l-fehma jew fehmiet u l-posizzjonijiet ta' l-Istat Membru jew ta' l-Istati Membri li ser ikun jew ser ikunu effetwati direttament b'dawn il-miżuri u għandu tqis dawn il-fehmiet u posizzjonijiet kif jixraq. Il-klawsola ta' salvagwardja ekonomika ġenerali tkopri wkoll l-agrikoltura. Tista' tiskatta meta f'xi setturi speċifiċi agrikoli jqumu xi diffikultajiet, li huma serji u u li jistgħu jkunu persistenti, jew li jistgħu jikkawżaw deterjorazzjoni serja fis-sitwazzjoni ekonomika ta' area speċifika. Tenut kont tal-problemi speċifiċi tas-settur agrikolu fil-Polonja, il-miżuri li jittieħdu mill-Kummissjoni sabiex tipprevjeni disturbi fis-suq taħt il-klawsola ta' salvagwardja ekonomika ġenerali jistgħu jinkludu sistemi ta' kontroll taċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċbejn il-Polonja u Stati Membri oħra. --------------------------------------------------