02024R1348 — MT — 27.02.2026 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1348 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Mejju 2024 (ĠU L 1348 22.5.2024, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2026/463 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta' Frar 2026 |
L 463 |
1 |
26.2.2026 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2026/464 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Frar 2026 |
L 464 |
1 |
26.2.2026 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2024/1348 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2024
li jistabbilixxi proċedura komuni tal-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2024/1347.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“refuġjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li, minħabba biża’ li jkollha bażi soda li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta’ razza, reliġjon, ċittadinanza, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż taċ-ċittadinanza u ma jistax, jew, minħabba din il-biża’, ma jixtieqx jagħmel użu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna apolida li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba din il-biża’, ma tixtieqx tirritorna lejh, u li għaliha ma japplikax l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1347;
“persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma li fir-rigward tagħha intwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li dik il-persuna, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha jew, fil-każ ta’ persuna apolida, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tagħha, tiffaċċa riskju reali li ssofri ħsara serja kif definit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2024/1347, u li għaliha l-Artikolu 17(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament ma japplikax, u ma tistax jew, minħabba f’dan ir-riskju, ma tixtieqx tagħmel użu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż;
“status ta’ refuġjat” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida bħala refuġjat f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347;
“status ta’ protezzjoni sussidjarja” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolida bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347;
“protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja;
“minuri” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta’ 18-il sena;
“minuri mhux akkumpanjat” tfisser minuri li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih, kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, u sakemm dak il-minuri ma jitteħidx effettivament taħt ir-responsabbiltà ta’ adult tali, inkluż persuna minuri li titħalla mhux akkumpanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri;
“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tingħatax status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja skont ir-Regolament (UE) 2024/1347, inkluż deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni bħala inammissibbli jew deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala rtirata impliċitament jew espliċitament, li ma tkunx għadha soġġetta għal rimedju skont il-qafas tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament jew tkun saret finali f’konformità mal-liġi nazzjonali, irrispettivament minn jekk l-applikant għandux id-dritt li jibqa’ skont dan ir-Regolament;
“eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” tfisser eżami tal-ammissibbiltà jew tal-merti ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2024/1347;
“data bijometrika” tfisser data bijometrika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (s), tar-Regolament (UE) 2024/1358;
“kapaċità adegwata” tfisser il-kapaċità meħtieġa fi kwalunkwe mument partikolari biex jitwettqu l-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera, u l-proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2024/1349 jew, fejn applikabbli, proċedura ekwivalenti ta’ ritorn fuq il-fruntiera stabbilita skont il-liġi nazzjonali;
“applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali” jew “applikazzjoni” tfisser talba għal protezzjoni minn Stat Membru magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tista’ tinftiehem li qed tfittex status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja;
“applikant” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li għamlet applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li dwarha tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali;
“applikant li jkollu bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali” tfisser applikant li l-kapaċità tiegħu li jibbenefika mid-drittijiet u li jikkonforma mal-obbligi previsti f’dan ir-Regolament tkun limitata minħabba ċirkostanzi individwali, bħal vulnerabbiltajiet speċifiċi;
“persuna apolida” tfisser persuna li l-ebda Stat ma jqis li tkun ċittadin tiegħu taħt il-liġi tiegħu;
“awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u kompetenti biex jieħu deċiżjonijiet fil-proċedura amministrattiva;
“irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità determinanti jew qorti jew tribunal kompetenti li tirrevoka jew ittemm, inkluż billi tirrifjuta li ġġedded, il-protezzjoni internazzjonali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347;
“tibqa’ fl-Istat Membru” tfisser li tibqa’ fuq it-territorju, inkluż fil-fruntiera jew żoni ta’ tranżitu, tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew li fih tkun qed tiġi eżaminata;
“applikazzjoni sussegwenti” tfisser applikazzjoni oħra għal protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inkluż każijiet li fihom l-applikazzjoni tkun ġiet miċħuda bħala espliċitament jew impliċitament irtirata;
“l-Istat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351.
Artikolu 4
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu jaħtar f’konformità mal-liġi nazzjonali awtorità determinanti biex twettaq il-kompiti konferiti lilha skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2024/1347, b’mod partikolari:
tirċievi u teżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
tieħu deċiżjonijiet dwar l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.
L-awtorità determinanti għandha tkun l-unika awtorità, matul il-proċedura amministrattiva, bis-setgħa li tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u l-merti ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 5
Assistenza lill-awtoritajiet kompetenti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(7) u (8), fuq it-talba tal-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti identifikati fl-Artikolu 4 jistgħu, sabiex jirċievu u jirreġistraw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u sabiex jiffaċilitaw l-eżami tal-applikazzjonijiet, inkluż fir-rigward tal-intervista personali, jiġu assistiti minn:
esperti mibgħuta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-“Aġenzija għall-Ażil”) f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2303, u
l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor li jkunu ġew fdati minn dak l-Istat Membru bil-kompitu li jirċievu, jirreġistraw jew jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.
L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4 jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor biss fil-kompiti li jkunu ġew fdati bihom mill-Istat Membru tagħhom.
Il-kompetenza li tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali għandha tibqa’ biss f’idejn l-awtorità determinanti tal-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 6
Rwol tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati
L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati:
ikollu aċċess għall-applikanti, inkluż dawk miżmuma f’ċentri ta’ akkoljenza, f’detenzjoni, fil-fruntiera u fiż-żoni ta’ tranżitu;
ikollu aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali, dwar kif tkun għaddejja l-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, soġġett għall-kunsens tal-applikant;
jippreżenta l-fehmiet tiegħu, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu skont l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, kif issupplimentata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (il-“Konvenzjoni ta’ Ġinevra”), lil kwalunkwe awtorità kompetenti rigward applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali fi kwalunkwe stadju tal-proċedura.
Artikolu 7
Prinċipju ta’ kunfidenzjalità
Matul il-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni, l-awtoritajiet ma għandhomx:
jiżvelaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni individwali għal protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuni allegatament awturi ta’ persekuzzjoni jew ħsara serja;
jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-atturi allegati ta’ persekuzzjoni jew ħsara serja b’mod li jwassal biex dawn l-atturi jiġu infurmati bil-fatt li tkun saret applikazzjoni mill-applikant inkwistjoni.
KAPITOLU II
PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI
TAQSIMA I
Drittijiet u obbligi tal-applikanti
Artikolu 8
Garanziji ġenerali għall-applikanti
L-awtorità determinanti jew, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti jew organizzazzjonijiet oħrajn inkarigati mill-Istati Membri għal dak il-fini għandhom jinfurmaw lill-applikanti, b’lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu, b’dan li ġej:
id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni individwali;
il-limiti ta’ żmien u l-istadji tal-proċedura li għandha tiġi segwita;
id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura, inkluż dawk skont ir-Regolament (UE) 2024/1351, u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk l-obbligi, b’mod partikolari fir-rigward tal-irtirar espliċitu jew impliċitu ta’ applikazzjoni;
id-dritt għal konsulenza legali mingħajr ħlas biex jippreżentaw l-applikazzjoni individwali u għal assistenza u rappreżentanza legali fl-istadji kollha tal-proċedura skont it-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu u f’konformità mal-Artikoli 15, 16, 17, 18 u 19;
il-mezzi li bihom jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jippreżentaw l-elementi kif imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/1347;
id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti skont l-Artikolu 36.
L-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta mill-aktar fis possibbli biex l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f’dan ir-Regolament u biex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 9. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e), ta’ dan il-paragrafu għandha tingħata lill-applikant mhux aktar tard minn meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tingħata permezz tal-fuljett imsemmi fil-paragrafu 7, fiżikament jew elettronikament, u jekk meħtieġ, bil-fomm. L-informazzjoni għandha tingħata lill-minuri b’mod adattat għat-tfal u bl-involviment tar-rappreżentant jew tal-persuna msemmija fl-Artikolu 23(2), punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jikkonferma li rċieva l-informazzjoni. Tali konferma għandha tiġi ddokumentata fil-fajl tal-applikant. Jekk l-applikant jirrifjuta li jikkonferma li rċieva l-informazzjoni, għandha tiddaħħal nota ta’ dak il-fatt fil-fajl tiegħu.
Artikolu 9
Obbligi tal-applikanti
L-applikant għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 4 fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi
jipprovdi d-data msemmija fl-Artikolu 27(1), il-punti (a), (b) u (d);
jipprovdi spjegazzjoni meta ma jkollux dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar fil-pussess tiegħu;
jipprovdi informazzjoni dwar kull bidla fir-rigward tal-post ta’ residenza, l-indirizz, in-numru tat-telefon jew l-indirizz elettroniku tiegħu;
jipprovdi d-data bijometrika;
jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 28 u jibqa’ disponibbli matul il-proċedura;
jippreżenta mill-aktar fis possibbli dokumenti fil-pussess tiegħu li jkunu rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni;
jattendi l-intervista personali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13;
jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti, f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jżommu kwalunkwe dokument kif imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiżguraw li l-applikant jirċievi minnufih kopji tal-oriġinali. Fil-każ ta’ trasferiment skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1351, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lura tali dokumenti lill-applikant fil-mument tat-trasferiment.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-metodu ta’ komunikazzjoni u l-mument li l-komunikazzjoni titqies li tkun waslet għand l-applikant.
Artikolu 10
Dritt li wieħed jibqa’ matul il-proċedura amministrattiva
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eċċezzjoni għad-dritt tal-applikant li jibqa’ fit-territorju tagħhom matul il-proċedura amministrattiva meta dak l-applikant:
jagħmel applikazzjoni sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 55 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 56 ikunu ġew issodisfati;
jiġi jew ikun ser jiġi estradit, ikkonsenjat jew trasferit lejn Stat Membru ieħor, pajjiż terz, il-Qorti Kriminali Internazzjonali jew qorti jew tribunal internazzjonali ieħor għall-fini tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali jew għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza jew ordni ta’ detenzjoni;
ikun ta’ periklu għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 u 17 tar-Regolament (UE) 2024/1347, dment li l-applikazzjoni ta’ tali eċċezzjoni ma tirriżultax fit-tneħħija tal-applikant lejn pajjiż terz bi ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement.
TAQSIMA II
Intervisti personali
Artikolu 11
Intervista dwar l-ammissibbiltà
Artikolu 12
Intervista sostantiva
Artikolu 13
Rekwiżiti għal intervisti personali
Il-preżenza ta’ medjatur kulturali tista’ tiġi pprovduta matul l-intervisti personali.
L-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza lill-interpreti u lill-medjaturi kulturali li rċevew taħriġ, bħat-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 8(4), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2021/2303.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interpreti u l-medjaturi kulturali jsiru konxji tal-kunċetti u t-terminoloġija ewlenin rilevanti għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, pereżempju permezz ta’ fuljett standard jew gwida. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-lingwa li jippreferi l-applikant ħlief jekk ikun hemm lingwa oħra li huwa jifhem u li biha huwa jkun kapaċi jikkomunika b’mod ċar.
Meta jkun hemm għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jagħmlu applikazzjoni fl-istess perjodu ta’ żmien, u b’hekk ma jkunx fattibbli li jsiru intervisti personali f’waqthom għal kull applikant, l-awtorità determinanti tista’ tiġi assistita temporanjament mill-persunal ta’ awtoritajiet oħra ta’ dak l-Istat Membru li għandu jirċievi t-taħriġ rilevanti minn qabel li għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/2303 biex isiru dawn l-intervisti jew mill-Aġenzija għall-Ażil f’konformità mal-Artikolu 5.
Il-persuna li twettaq l-intervista:
għandha tkun kompetenti biex tqis iċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż is-sitwazzjoni prevalenti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant, u l-oriġini kulturali, l-età, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-vulnerabbiltà u l-bżonnijiet proċedurali speċjali tal-applikant;
ma għandhiex tilbes uniformi militari jew tal-infurzar tal-liġi.
Il-persunal li jintervista lill-applikanti, inkluż esperti mibgħuta mill-Aġenzija għall-Ażil, għandu:
ikollu għarfien ġenerali miksub ta’ fatturi li jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin il-kapaċità tal-applikant li jiġi intervistat, bħal indikazzjonijiet li l-persuna setgħet ġiet ittorturata fil-passat jew li kienet vittma ta’ traffikar tal-bnedmin.
ikun irċieva, minn qabel, taħriġ li jinkludi elementi rilevanti minn dawk elenkati fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2021/2303.
F’każ bħal dan, l-awtorità determinanti għandha tiżgura l-arranġamenti meħtieġa għall-faċilitajiet xierqa, l-istandards proċedurali u tekniċi, l-assistenza legali u l-interpretazzjoni filwaqt li tqis il-gwida mill-Aġenzija għall-Ażil.
L-intervista dwar l-ammissibbiltà jew l-intervista sostantiva, skont il-każ, tista’ titħalla barra meta:
l-awtorità determinanti tkun tista’ tieħu deċiżjoni pożittiva fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, dment li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja joffri l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;
l-awtorità determinanti tqis li l-applikazzjoni mhijiex inammissibbli fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli;
l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f’siktu jew kapaċi jiġi intervistat minħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll;
fil-każ ta’ applikazzjoni sussegwenti, l-eżami preliminari msemmi fl-Artikolu 55(4) jitwettaq fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni bil-miktub;
l-awtorità determinanti tqis l-applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 38(1), il-punt (c).
L-ommissjoni ta’ intervista personali skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti. Meta l-intervista personali titħalla barra skont dak il-punt, l-awtorità determinanti għandha tagħti lill-applikant opportunità effettiva li jippreżenta aktar informazzjoni bil-miktub.
Meta jkollha dubju dwar jekk l-applikant ikunx f’siktu jew ikunx kapaċi jiġi intervistat, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta professjonist mediku biex tistabbilixxi jekk l-applikant ma jkunx f’siktu jew ma jkunx kapaċi li jiġi intervistat temporanjament jew jekk is-sitwazzjoni tiegħu tkunx ta’ natura persistenti. Meta, wara konsultazzjoni ma’ dak il-professjonist mediku, ikun ċar li l-kundizzjoni li minħabba fiha l-applikant ma jkunx f’siktu jew ma jkunx kapaċi jiġi intervistat hija ta’ natura temporanja, l-awtorità determinanti għandha tipposponi l-intervista personali sa meta l-applikant ikun f’siktu jew kapaċi li jiġi intervistat.
Meta l-applikant ma jkunx jista’ jattendi l-intervista personali minħabba ċirkostanzi speċifiċi lil hinn mill-kontroll tiegħu, l-awtorità determinanti għandha tiskeda mill-ġdid l-intervista personali
L-assenza tal-konsulent legali ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli twettaq l-intervista.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw fil-liġi nazzjonali li, fejn konsulent legali jipparteċipa fl-intervista personali, il-konsulent legali jista’ jintervjeni biss fi tmiem l-intervista personali.
Artikolu 14
Rapport u reġistrazzjoni ta’ intervisti personali
L-applikant ma għandux għalfejn jintalab jagħmel kummenti jew jipprovdi kjarifiki dwar ir-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista, u lanqas li jikkonferma li l-kontenut tar-rapport jew it-traskrizzjoni tal-intervista jirrifletti b’mod korrett l-intervista meta:
skont il-liġi nazzjonali, ir-reġistrazzjoni jew traskrizzjoni tagħha tista’ tiġi ammessa bħala evidenza fil-proċedura tal-appell, jew
ikun ċar għall-awtorità determinanti li l-applikant ser jingħata status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja dment li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja joffri l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-istatus ta’ refuġjat skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.
L-aċċess għar-reġistrazzjoni għandu jiġi pprovdut ukoll fil-proċedura tal-appell.
TAQSIMA III
Għoti ta’ konsulenza legali u assistenza u rappreżentanza legali
Artikolu 15
Dritt għal konsulenza legali u assistenza u rappreżentanza legali
L-applikant għandu jiġi infurmat mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn meta jirreġistra l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27 dwar id-dritt tiegħu li jitlob konsulenza legali mingħajr ħlas jew assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.
Artikolu 16
Konsulenza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-aċċess effettiv għall-konsulenza legali mingħajr ħlas jista’ jiġi assigurat billi tiġi inkarigata persuna bl-għoti ta’ konsulenza legali fl-istadju amministrattiv tal-proċedura lil diversi applikanti fl-istess ħin.
Għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva, konsulenza legali mingħajr ħlas għandha tinkludi l-għoti ta’:
gwida fuq u spjegazzjoni tal-proċedura amministrattiva inkluż informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi matul dik il-proċedura;
assistenza dwar il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u gwida dwar:
il-proċeduri differenti li fil-qafas tagħhom l-applikazzjoni tista’ tiġi eżaminata u r-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri,
ir-regoli relatati mal-ammissibbiltà ta’ applikazzjoni,
kwistjonijiet legali li jinqalgħu matul il-proċedura, inkluż informazzjoni dwar kif tiġi kkontestata deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 67, 68 u 69.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-għoti ta’ konsulenza legali mingħajr ħlas fil-proċedura amministrattiva jista’ jiġi eskluż meta:
l-applikazzjoni hija l-ewwel applikazzjoni sussegwenti meqjusa bħala li ġiet ippreżentata sempliċiment sabiex jiġi ttardjat jew imfixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tirriżulta fit-tneħħija imminenti tal-applikant mill-Istat Membru;
l-applikazzjoni hija t-tieni applikazzjoni jew applikazzjoni sussegwenti ulterjuri;
l-applikant ikun diġà assistit u rrappreżentat minn konsulent legali.
Artikolu 17
Assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura ta’ appell
L-għoti ta’ assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas fil-proċedura ta’ appell tista’ tiġi eskluża mill-Istati Membri meta:
l-applikant, li għandu jiżvela s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, jitqies li għandu biżżejjed riżorsi biex jaffordja assistenza u rappreżentanza legali bi spiża għalih stess;
ikun ikkunsidrat li l-appell ma jkollu ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess jew ikun abbużiv;
l-appell jew ir-rieżami ikun fit-tieni livell ta’ appell jew ogħla kif previst fil-liġi nazzjonali, inkluż smigħ mill-ġdid jew rieżamijiet tal-appell;
l-applikant ikun diġà assistit jew irrappreżentat minn konsulent legali.
Artikolu 18
Ambitu tal-konsulenza legali u l-assistenza u r-rappreżentanza legali
L-aċċess għall-informazzjoni jew għas-sorsi fil-fajl tal-applikant jista’ jiġi miċħud f’konformità mal-liġi nazzjonali fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni jew sorsi jista’ jipperikola s-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew is-sigurtà tal-persuni li magħhom hija relatata l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi relatati mal-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi jew fejn l-informazzjoni jew is-sorsi jkunu klassifikati skont il-liġi nazzjonali. F’dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:
tagħmel l-aċċess għal tali informazzjoni jew sorsi disponibbli għall-qrati jew it-tribunali fil-proċedura tal-appell; u
tiżgura li d-dritt tal-applikant għal difiża jiġi rrispettat.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għal informazzjoni jew sorsi lil konsulent legali, li jirrappreżenta legalment lill-applikant u li tkun saritlu verifika tas-sigurtà, dment li l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni jew għat-teħid ta’ deċiżjoni li tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 19
Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ konsulenza, assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas
TAQSIMA IV
Garanziji speċjali
Artikolu 20
Valutazzjoni tal-ħtieġa għal garanziji proċedurali speċjali
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi konkluża kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ, fi żmien 30 jum. Din għandha tiġi rieżaminata fil-każ ta’ kwalunkwe bidla rilevanti fiċ-ċirkostanzi tal-applikant jew meta l-ħtieġa għal garanziji proċedurali speċjali ssir evidenti wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni.
Il-parir mogħti skont l-ewwel subparagrafu għandu jitqies mill-awtorità determinanti meta tiddeċiedi dwar it-tip ta’ garanziji proċedurali speċjali li jistgħu jingħataw lill-applikant.
Fejn applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-eżami mediku, il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi integrata mal-eżamijiet mediċi msemmijin fl-Artikoli 24 u 25.
Artikolu 21
Applikanti li jkollhom bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali
Artikolu 22
Garanziji għall-minuri
L-intervista personali ta’ minuri għandha ssir minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tad-drittijiet u l-ħtiġijiet speċjali tal-minuri. Din għandha titwettaq b’mod li jqis is-sitwazzjoni tat-tfal u adatt għall-kuntest, filwaqt li jitqiesu l-età u l-maturità tat-tfal.
Artikolu 23
Garanziji speċjali għal minuri mhux akkumpanjati
Fejn applikazzjoni ssir minn persuna li tiddikjara li hija minuri, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet oġġettivi biex wieħed jemmen li hija minuri, li mhijiex akkumpanjata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
jaħtru mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ b’mod f’waqtu għall-finijiet tal-paragrafu 6 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 7, persuna bil-ħiliet u l-għarfien espert meħtieġa biex tassisti lill-minuri b’mod proviżorju sabiex tissalvagwardja l-aħjar interessi u l-benesseri ġenerali tiegħu, li jippermettu lill-minuri jibbenefika mid-drittijiet skont dan ir-Regolament u, fejn applikabbli, taġixxi bħala rappreżentant sakemm jinħatar rappreżentant;
jaħtru rappreżentant mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol mid-data li fiha ssir l-applikazzjoni.
Ir-rappreżentant u l-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu jistgħu jkunu l-istess persuna kif previst fl-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2024/1346. Dawn għandhom jiltaqgħu mal-minuri mhux akkumpanjat u jqisu l-fehmiet proprji tal-minuri dwar il-ħtiġijiet tiegħu skont l-età u l-maturità tal-minuri.
Meta l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li applikant li jiddikjara li huwa minuri jkollu mingħajr ebda dubju aktar minn 18-il sena, ma għandhiex għalfejn taħtar rappreżentant f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
Id-dmirijiet tar-rappreżentant jew tal-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu għandhom jieqfu meta l-awtoritajiet kompetenti, wara l-valutazzjoni tal-età msemmija fl-Artikolu 25(1), ma jassumux li l-applikant huwa minuri jew iqisu li l-applikant mhuwiex minuri jew meta l-applikant ma jkunx għadu minuri mhux akkumpanjat.
L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma:
lill-minuri mhux akkumpanjat, b’mod adattat għat-tfal li jista’ jifhem, dwar il-ħatra tal-persuna msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u tar-rappreżentant tiegħu u dwar kif jista’ jressaq ilment kontra l-persuna msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew (b), b’kunfidenzjalità u sikurezza.
lill-awtorità determinanti u lill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, fejn applikabbli, li jkun inħatar rappreżentant għall-minuri mhux akkumpanjat; u
lill-persuna msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u lir-rappreżentant bil-fatti rilevanti, il-passi proċedurali u l-limiti ta’ żmien marbuta mal-applikazzjoni tal-minuri mhux akkumpanjat.
Ir-rappreżentant u l-persuna msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jkollhom aċċess għall-kontenut tad-dokumenti rilevanti fil-fajl tal-minuri inkluż il-materjal ta’ informazzjoni speċifiku għall-minuri mhux akkumpanjati.
Il-persuna msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tiltaqa’ mal-minuri mhux akkumpanjat u twettaq, fost oħrajn, il-kompiti li ġejjin, fejn xieraq flimkien mal-konsulent legali:
tipprovdi lill-minuri mhux akkumpanjat l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament;
fejn applikabbli, tassisti lill-minuri mhux akkumpanjat fir-rigward tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-età msemmija fl-Artikolu 25;
fejn applikabbli, tipprovdi lill-minuri mhux akkumpanjat l-informazzjoni rilevanti u tassistih fir-rigward tal-proċeduri previsti fir-Regolament (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1358.
Ir-rappreżentant għandu jiltaqa’ mal-minuri mhux akkumpanjat u għandu jwettaq, fost oħrajn, il-kompiti li ġejjin, fejn xieraq flimkien mal-konsulent legali:
fejn applikabbli, jipprovdi lill-minuri mhux akkumpanjat l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament;
fejn applikabbli, jassistih fil-proċedura ta’ valutazzjoni tal-età msemmija fl-Artikolu 25;
fejn applikabbli, jassistih fir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni;
fejn applikabbli, jassistih fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew jippreżenta l-applikazzjoni f’isem il-minuri mhux akkumpanjat f’konformità mal-Artikolu 33;
fejn applikabbli, jassisti fit-tħejjija ta’ u jkun preżenti għall-intervista personali u jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar l-għan u l-konsegwenzi possibbli tal-intervista personali u dwar kif iħejji għal dik l-intervista;
fejn applikabbli, jipprovdi lill-minuri mhux akkumpanjat l-informazzjoni rilevanti u jassisti lill-minuri mhux akkumpanjat fir-rigward tal-proċeduri previsti fir-Regolamenti (UE) 2024/1351 u (UE) 2024/1358.
Fl-intervista personali, ir-rappreżentant u l-konsulent legali għandu jkollhom l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti fil-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista.
L-awtorità determinanti tista’ tesiġi li l-minuri mhux akkumpanjat ikun preżenti fl-intervista personali, anke jekk ikun preżenti r-rappreżentant jew il-konsulent legali.
Ir-rappreżentant għandu jinbidel biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-kompiti ta’ dak ir-rappreżentant jew persuna ma jkunux twettqu b’mod adegwat. Organizzazzjonijiet jew persuni fiżiċi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minuri mhux akkumpanjati ma għandhomx jinħatru bħala rappreżentanti.
Fil-każ ta’ għadd sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet magħmula minn minuri mhux akkumpanjati jew f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali oħra, l-għadd ta’ minuri mhux akkumpanjati għal kull rappreżentant jista’ jiżdied sa mhux aktar minn ħamsin minuri mhux akkumpanjati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji jew entitajiet oħra responsabbli biex jissorveljaw, fuq bażi regolari, it-twettieq xieraq tal-kompiti mir-rappreżentanti u mill-persuni maħtura skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), inkluż billi jirrieżaminaw ir-rekords kriminali ta’ dawk ir-rappreżentanti maħtura u persuni maħtura f’intervalli regolari sabiex jidentifikaw inkompatibbiltajiet potenzjali mar-rwol tagħhom. Dawk l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji jew entitajiet oħra għandhom jirrieżaminaw l-ilmenti mressqa minn minuri mhux akkumpanjati kontra rappreżentanti maħtura jew persuni maħtura skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
TAQSIMA V
Eżami mediku u valutazzjoni tal-età
Artikolu 24
Eżami mediku
L-eżami mediku għandu jkun mingħajr ħlas għall-applikant u jitħallas mill-fondi pubbliċi.
Fejn applikabbli, il-kontrolli tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà msemmija fl-[Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1356 jistgħu jitqiesu għall-eżami mediku msemmi f’dan l-Artikolu.
Artikolu 25
Valutazzjoni tal-età ta’ minuri
Fejn japplika dan il-paragrafu, ir-riżultati mill-eżami mediku u l-valutazzjoni multidixxiplinari għandhom jiġu analizzati flimkien, u b’hekk jippermettu l-aktar riżultat affidabbli possibbli.
KAPITOLU III
PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA
TAQSIMA I
Aċċess għall-proċedura
Artikolu 26
Tħejjija ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali
Fejn l-uffiċjali mill-awtorità kompetenti jkollhom dubji dwar jekk ċerti dikjarazzjonijiet għandhomx jitqiesu bħala applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, huma għandhom jistaqsu lill-persuna espressament jekk hi tixtieqx tirċievi protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 27
Reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2024/1358, l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor imsemmija fl-Artikolu 5(1), punt (b) ta’ dan ir-Regolament jew l-esperti mibgħuta mill-Aġenzija għall-Ażil li jassistuhom f’dak il-kompitu għandhom jirreġistraw applikazzjoni minnufih, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem minn meta tkun saret. Għal dak l-għan huma għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja, li tista’ tiġi mill-formola tal-iskrinjar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1356:
l-isem, id-data u l-post tat-twelid tal-applikant, il-ġeneru, iċ-ċittadinanzi jew il-fatt li l-applikant ikun persuna apolida, il-membri tal-familja kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2024/1351 u, fil-każ ta’ minuri, aħwa jew qraba kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (9), ta’ dak ir-Regolament preżenti fi Stat Membru, fejn applikabbli, u dettalji personali oħra tal-applikant li jkunu rilevanti għall-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli;
fejn ikunu disponibbli, it-tip, in-numru u l-perjodu ta’ validità ta’ kwalunkwe dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-applikant u l-pajjiż li ħareġ dak id-dokument, u dokumenti oħra provduti mill-applikant li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tiegħu, għall-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli;
id-data tal-applikazzjoni, il-post fejn tkun saret l-applikazzjoni u l-awtorità li lilha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni;
il-post fejn jinsab l-applikant jew il-post ta’ residenza jew l-indirizz tal-applikant u fejn disponibbli numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika fejn l-applikant jista’ jiġi kkuntattjat.
Fejn id-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tkun diġà nkisbet mill-Istati Membri qabel ma ssir l-applikazzjoni, din ma għandhiex terġa’ tintalab.
Artikolu 28
Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali li applikazzjoni titqies bħala li ġiet ippreżentata personalment meta l-awtorità kompetenti tivverifika li l-applikant ikun fiżikament preżenti fit-territorju tal-Istat Membru fil-mument tar-reġistrazzjoni jew tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza f’dak il-qafas ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dawk l-elementi addizzjonali li l-applikant għandu jagħmel ħiltu biex jikkonforma magħha.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom jitħallew jippreżentaw kwalunkwe element addizzjonali rilevanti għall-eżami tal-applikazzjoni tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom skont il-proċedura amministrattiva. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza f’dak il-qafas ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dawk l-elementi addizzjonali li l-applikant għandu jagħmel ħiltu biex jikkonforma magħha.
Artikolu 29
Dokumenti provduti lill-applikant
Wara trasferiment f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2024/1351, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għandhom, meta l-applikant jidentifikahom, jipprovdu lill-applikant b’dokument f’ismu li jindika li saret u ġiet irreġistrata applikazzjoni u li l-persuna ġiet trasferita. Dak id-dokument għandu jibqa’ validu sa meta jinħareġ id-dokument imsemmi fil-paragrafu 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) u (2) għandhom, malajr kemm jista’ jkun wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, joħorġu dokument li jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin, li għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ:
l-isem, id-data u l-post tat-twelid tal-applikant, il-ġeneru u ċ-ċittadinanzi jew, jekk applikabbli, indikazzjoni ta’ apolidija, immaġni tal-wiċċ tal-applikant u l-firma tal-applikant;
l-awtorità emittenti, id-data u l-post tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità tad-dokument;
l-istatus tal-individwu bħala applikant;
dikjarazzjoni li l-applikant għandu d-dritt jibqa’ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għall-fini li l-applikazzjoni tiġi eżaminata u indikazzjoni dwar jekk l-applikant hux ħieles li jiċċaqlaq fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru jew f’parti minnu;
dikjarazzjoni li d-dokument mhuwiex dokument tal-ivvjaġġar u li l-applikant ma jistax jivvjaġġa lejn Stati Membri oħra mingħajr awtorizzazzjoni.
Mal-ħelsien mid-detenzjoni jew priġunerija, l-applikant għandu jiġi pprovdut bid-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 jew 4. Meta l-applikant jiġi pprovdut bid-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 mar-rilaxx, l-applikant għandu jirċievi d-dokument imsemmi fil-paragrafu 4 mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 30
Aċċess għall-proċedura f’faċilitajiet ta’ detenzjoni u f’punti ta’ qsim tal-fruntieri
L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti fuq l-aċċess kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, permezz tal-liġi nazzjonali, fejn ikunu oġġettivament neċessarji għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera, inkluż żoni ta’ tranżitu, jew ta’ faċilità ta’ detenzjoni, sakemm l-aċċess ma jkunx limitat severament jew ma jsirx impossibbli.
Artikolu 31
Applikazzjonijiet f’isem adulti li jeħtieġu assistenza biex jeżerċitaw kapaċità ġuridika
Artikolu 32
Applikazzjonijiet f’isem minuri akkumpanjati
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-ewwel subparagrafu anki fil-każ ta’ minuri akkumpanjat li jkun twieled jew li jkun preżenti matul il-proċedura amministrattiva.
Artikolu 33
Applikazzjonijiet ta’ minuri mhux akkumpanjati
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-minuri mhux akkumpanjati għal assistenza legali u għal assistenza u rappreżentanza legali f’konformità mal-Artikoli 15 u 16.
TAQSIMA II
Proċedura ta’ eżami
Artikolu 34
Eżami tal-applikazzjonijiet
L-awtorità determinanti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali wara eżami xieraq fir-rigward tal-ammissibbiltà jew il-merti ta’ applikazzjoni. L-awtorità determinanti għandha teżamina l-applikazzjonijiet oġġettivament, b’mod imparzjali u fuq bażi individwali. Għall-fini tal-eżami ta’ applikazzjoni, l-awtorità determinanti għandha tqis dan li ġej:
id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti preżentati mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1347;
informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata rigward is-sitwazzjoni prevalenti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant fil-mument tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inkluż il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ oriġini u l-mod li bih jiġu applikati, miksuba minn sorsi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti u disponibbli, inkluż organizzazzjonijiet għad-drittijiet tat-tfal, u, fejn disponibbli, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi speċifiċi ta’ oriġini u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303;
meta jiġu applikati l-kunċetti tal-ewwel pajjiż ta’ ażil jew pajjiż terz sikur, informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata relatata mas-sitwazzjoni prevalenti fil-pajjiż terz li jkun qed jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil jew pajjiż terz sikur fil-mument tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, inkluż informazzjoni u analiżi dwar pajjiżi terzi sikuri msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2303;
il-pożizzjoni individwali u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, inkluż fatturi bħalma huma l-ambjent minn fejn ikun ġej, l-età, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali tal-applikant, sabiex jiġi vvalutat jekk, abbażi taċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, l-atti li għalihom l-applikant kien jew jista’ jiġi espost ikunux jammontaw għal persekuzzjoni jew ħsara serja;
jekk l-attivitajiet li kien involut fihom l-applikant minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini kinux imwettqa mill-applikant għall-għan waħdieni jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sabiex jiġi vvalutat jekk dawk l-attivitajiet jesponux lill-applikant għal persekuzzjoni jew ħsara serja kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1347, jekk jiġi ritornat lejn dak il-pajjiż;
jekk l-applikant ikunx mistenni b’mod raġonevoli li japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ pajjiż ieħor fejn ikun jista’ jiddikjara ċ-ċittadinanza;
dment li l-Istat jew l-aġenti tal-Istat ma jkunux l-atturi ta’ persekuzzjoni jew ħsara serja, jekk tapplikax l-alternattiva għall-protezzjoni interna msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2024/1347.
It-traduzzjoni ta’ dawk id-dokumenti rilevanti jew partijiet minnhom tista’ tiġi pprovduta minn entitajiet oħra u titħallas minn fondi pubbliċi f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat membru kkonċernat. L-applikant jista’, bi spejjeż tiegħu, jiżgura t-traduzzjoni ta’ dokumenti oħra. Għal applikazzjonijiet sussegwenti, l-applikant jista’ jkun responsabbli għat-traduzzjoni tad-dokumenti.
L-awtorità determinanti tista’ tagħti prijorità lill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali b’mod partikolari, meta:
tqis li l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi soda;
l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza fit-tifsira tal-[Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2024/1346, jew ikun jeħtieġ garanziji proċedurali speċjali kif imsemmija fl-Artikoli 20 sa 23 ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari fil-każ ta’ minuri mhux akkumpanjati;
ikun hemm raġunijiet validi biex l-applikant jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru;
l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti;
l-applikant kien soġġett għal deċiżjoni f’konformità mal-[Artikolu 23(2), il-punt (e), tad-Direttiva (UE) 2024/1346, kien involut f’fastidju pubbliku jew f’imġiba kriminali.
Artikolu 35
Tul tal-proċedura ta’ eżami
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 (1), il-punt (e), l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-eżami fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol.
L-applikazzjoni ma għandhiex titqies ammissibbli biss minħabba l-fatt li ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà fil-limiti ta’ żmien stipulati f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 2.
L-awtorità determinanti tista’ testendi l-limiti ta’ żmien previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 b’mhux aktar minn xahrejn fejn:
għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jagħmlu applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-istess perjodu ta’ żmien, u dan jagħmilha infattibbli li l-proċedura ta’ ammissibbiltà tiġi konkluża fil-limiti ta’ żmien stabbiliti;
ikun hemm kwistjonijiet kumplessi ta’ fatt jew liġi;
id-dewmien jista’ jiġi attribwit b’mod ċar u esklużivament għan-nuqqas tal-applikant milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 9.
L-awtorità determinanti tista’ testendi l-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 4 b’perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur fejn:
għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jagħmlu applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-istess perjodu ta’ żmien, u dan jagħmilha infattibbli li l-proċedura tiġi konkluża fil-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur;
ikun hemm kwistjonijiet kumplessi ta’ fatt jew liġi;
id-dewmien jista’ jiġi attribwit b’mod ċar u esklużivament għan-nuqqas tal-applikant milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 9.
L-awtorità determinanti tista’ tipposponi l-konklużjoni tal-proċedura ta’ eżami meta ma tkunx tista’ tiġi mistennija li tiddeċiedi fil-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafu 4 minħabba sitwazzjoni inċerta fil-pajjiż ta’ oriġini li tkun mistennija li tkun temporanja. F’dawk il-każijiet, l-awtorità determinanti għandha:
twettaq rieżamijiet tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż ta’ oriġini tal-inqas kull erba’ xhur;
fejn disponibbli, tqis ir-rieżamijiet tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż ta’ oriġini mwettqa mill-Aġenzija għall-Ażil;
tinforma lill-applikanti kkonċernati, b’lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu u kemm jista’ jkun malajr, bir-raġunijiet għall-posponiment.
L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil malajr kemm jista’ jkun dwar il-posponiment tal-proċeduri għal dak il-pajjiż ta’ oriġini. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità determinanti għandha tikkonkludi l-proċedura ta’ eżami fi żmien 21 xahar minn meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.
TAQSIMA III
Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet
Artikolu 36
Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet
Artikolu 37
Ċaħda ta’ applikazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ ritorn
Fejn applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli, mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi fir-rigward kemm tal-istatus ta’ refuġjat u tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, jew tiġi irtirata impliċitament jew espliċitament, l-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn li tirrispetta d-Direttiva 2008/115/KE u li tkun f’konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement. Fejn deċiżjoni ta’ ritorn jew deċiżjoni oħra li timponi l-obbligu ta’ ritorn tkun diġà nħarġet qabel ma ssir applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, id-deċiżjoni ta’ ritorn skont dan l-Artikolu ma tkunx meħtieġa. Id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tinħareġ bħala parti mid-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew f’att separat. Fejn id-deċiżjoni ta’ ritorn tinħareġ bħala att separat, din għandha tinħareġ fl-istess ħin u flimkien mad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew mingħajr dewmien żejjed wara dan.
Artikolu 38
Deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni
L-awtorità determinanti tista’ tivvaluta l-ammissibilità ta’ applikazzjoni, f’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, u tista’ tkun awtoriżżata skont il-liġi nazzjonali li tiċħad applikazzjoni bħala inammissibbli fejn tapplika xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
pajjiż li mhux Stat Membru jitqies li huwa l-ewwel pajjiż tal-ażil għall-applikant skont l-Artikolu 58, sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux ser ikun ammess jew ammess mill-ġdid f’dak il-pajjiż;
pajjiż li mhux Stat Membru jitqies li huwa pajjiż terz sikur għall-applikant skont l-Artikolu 59 sakemm ma jkunx ċar li l-applikant mhux ser ikun ammess jew ammess mill-ġdid f’dak il-pajjiż;
Stat Membru għajr l-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni jkun ta protezzjoni internazzjonali lill-applikant;
qorti jew tribunal kriminali internazzjonali jkunu taw rilokazzjoni sikura lill-applikant lejn Stat Membru jew pajjiż terz, jew ikunu qed jieħdu azzjonijiet b’mod inekwivoku għal dak l-għan, sakemm ma jkunux tfaċċaw ċirkostanzi rilevanti ġodda li ma jkunux tqiesu mill-qorti jew mit-tribunal jew fejn ma kien hemm l-ebda possibbiltà legali li jitqajmu ċirkostanzi rilevanti għall-istandards tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment quddiem dik il-qorti jew it-tribunal kriminali internazzjonali;
l-applikant ikkonċernat inħarġitlu deċiżjoni ta’ ritorn f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115/KE u ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu wara sebat ijiem ta’ xogħol biss mid-data li fiha l-applikant irċieva d-deċiżjoni ta’ ritorn, dment li jkun ġie infurmat bil-konsegwenzi jekk ma jagħmilx applikazzjoni f’dak il-limitu ta’ żmien u dment li ma jkun tfaċċa l-ebda element rilevanti ġdid minn tmiem dak il-perjodu.
Artikolu 39
Deċiżjoni fuq il-merti ta’ applikazzjoni
Applikazzjoni ma għandhiex tiġi eżaminata fuq il-merti meta:
Stat Membru ieħor ikun responsabbli f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351;
applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli f’konformità mal-Artikolu 38 jew;
applikazzjoni tiġi espliċitament jew impliċitament irtirata, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(4) u l-Artikolu 41(5).
Artikolu 40
Irtirar espliċitu ta’ applikazzjonijiet
Artikolu 41
Irtirar impliċitu ta’ applikazzjonijiet
Applikazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala impliċitament irtirata meta:
l-applikant, mingħajr kawża ġusta, ma jkunx ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, f’konformità mal-Artikolu 28, minkejja li kellu opportunità effettiva biex jagħmel dan;
l-applikant jirrifjuta li jikkoopera billi ma jipprovdix l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1), il-punti (a) u (b), jew billi ma jipprovdix id-data bijometrika tiegħu;
l-applikant jirrifjuta li jagħti l-indirizz tiegħu, meta jkollu wieħed, sakemm l-akkomodazzjoni ma tkunx ipprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;
l-applikant, mingħajr raġuni ġustifikata, ma jkunx mar għal intervista personali għalkemm kien mitlub jagħmel dan skont l-Artikolu 13 jew, mingħajr raġuni ġustifikata, irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet matul l-intervista sal-punt li l-eżitu tal-intervista ma kienx biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni dwar il-merti tal-applikazzjoni;
l-applikant ripetutament ma jkunx ikkonforma mad-dmirijiet ta’ rapportar imposti fuqu f’konformità mal-Artikolu 9(4) jew ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti, sakemm ma jkunx jista’ juri li dak in-nuqqas tiegħu li jibqa’ disponibbli kien dovut għal ċirkostanzi speċifiċi lil hinn mill-kontroll tiegħu;
l-applikant ikun ippreżenta l-applikazzjoni fi Stat Membru ieħor minn dak previst fl-[Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1351 u ma jibqax preżenti f’dak l-Istat Membru sakemm jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli jew sakemm tiġi implimentata l-proċedura ta’ trasferiment, fejn applikabbli.
TAQSIMA IV
Proċeduri speċjali
Artikolu 42
Proċedura aċċellerata ta’ eżami
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(2), l-awtorità determinanti għandha, f’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II, taċċellera l-eżami fuq il-merti ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fejn:
l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, ikun qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex rilevanti għall-eżami dwar jekk jikkwalifikax bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2024/1347;
l-applikant ikun għamel dikjarazzjonijiet li b’mod ċar kienu inkonsistenti jew kontradittorji jew foloz jew manifestament improbabbli jew dikjarazzjonijiet li jikkontradixxu informazzjoni rilevanti u disponibbli dwar il-pajjiż ta’ oriġini, li konsegwentement iwasslu biex it-talba tiegħu ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward ta’ jekk jikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347;
l-applikant, wara li jkun ingħata l-opportunità sħiħa li juri raġuni tajba, jitqies li intenzjonalment qarraq lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm lura informazzjoni jew dokumenti rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-identità jew iċ-ċittadinanza tiegħu li seta’ kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni jew, ikun hemm raġunijiet ċari biex jitqies li l-applikant, b’mala fide, qered jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar sabiex jipprevjeni l-istabbiliment tal-identità jew taċ-ċittadinanza tiegħu;
l-applikant jagħmel applikazzjoni sempliċiment biex jittardja, ifixkel jew jipprevjeni l-infurzar ta’ deċiżjoni għat-tkeċċija tiegħu mit-territorju ta’ Stat Membru;
pajjiż terz jista’ jitqies li huwa pajjiż ta’ oriġini sikur għall-applikant fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament;
ikun hemm raġunijiet validi biex l-applikant jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istati Membri, jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali;
l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti li ma tkunx inammissibbli;
l-applikant ikun daħal fit-territorju ta’ Stat Membru illegalment jew tawwal is-soġġorn tiegħu illegalment u, mingħajr raġuni valida, ma jkunx ippreżenta ruħu lill-awtoritajiet kompetenti jew ma jkunx għamel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista’ jkun, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-dħul tiegħu;
l-applikant ikun daħal fit-territorju ta’ Stat Membru legalment, u mingħajr raġuni valida, ma jkunx għamel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista’ jkun, minħabba r-raġunijiet tal-applikazzjoni tiegħu; dan il-punt huwa mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta’ protezzjoni internazzjonali li tinħoloq sur place; jew
l-applikant ikun ta’ ċittadinanza jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, resident abitwali preċedenti ta’ pajjiż terz li għalih il-proporzjon ta’ deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti li jagħtu protezzjoni internazzjonali jkun, skont l-aħħar data medja annwali tal-Eurostat għall-Unjoni kollha, 20 % jew inqas, sakemm l-awtorità determinanti ma tivvalutax li kien hemm bidla sinifikanti fil-pajjiż terz ikkonċernat minn meta tkun ġiet ippubblikata d-data rilevanti tal-Eurostat jew li l-applikant jappartjeni għal kategorija ta’ persuni li għalihom il-proporzjon ta’ 20 % jew inqas ma jistax jitqies li huwa rappreżentattiv għall-ħtiġijiet tagħhom ta’ protezzjoni, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, id-differenzi sinifikanti bejn id-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza u dawk finali.
Fejn l-Aġenzija għall-Ażil tkun ipprovdiet nota ta’ gwida dwar pajjiż ta’ oriġini skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303 li turi li seħħet bidla sinifikanti fil-pajjiż terz ikkonċernat minn meta tkun ġiet ippubblikata d-data rilevanti tal-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jużaw dik in-nota ta’ gwida bħala referenza għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), ta’ dan il-paragrafu.
Il-proċedura aċċellerata ta’ eżami tista’ tkun applikata għal minuri mhux akkumpanjati biss meta:
l-applikant jiġi minn pajjiż terz li jista’ jitqies bħala pajjiż ta’ oriġini sikur skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;
ikun hemm raġunijiet validi biex l-applikant jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istati Membri jew l-applikant ikun tkeċċa bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali;
l-applikazzjoni tkun applikazzjoni sussegwenti li ma tkunx inammissibbli;
l-applikant, wara li jkun ingħata l-opportunità sħiħa li juri raġuni tajba, jitqies li intenzjonalment qarraq lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazzjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm lura informazzjoni jew dokumenti rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-identità jew iċ-ċittadinanza tiegħu li seta’ kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni jew, ikun hemm raġunijiet ċari biex jitqies li l-applikant, b’mala fide, qered jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar sabiex jipprevjeni l-istabbiliment tal-identità jew taċ-ċittadinanza tiegħu; jew
l-applikant ikun ta’ ċittadinanza jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, resident abitwali preċedenti ta’ pajjiż terz li għalih il-proporzjon ta’ deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali mill-awtorità determinanti jkun, skont l-aħħar data medja annwali tal-Eurostat għall-Unjoni kollha, 20 % jew inqas, sakemm l-awtorità determinanti ma tivvalutax bidla sinifikanti fil-pajjiż terz ikkonċernat minn meta tkun ġiet ippubblikata d-data rilevanti tal-Eurostat jew li l-applikant jappartjeni għal kategorija ta’ persuni li għalihom il-proporzjon ta’ 20 % jew inqas ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv għall-ħtiġijiet tagħhom ta’ protezzjoni, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, differenzi sinifikanti bejn id-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza u dawk finali.
Fejn l-Aġenzija għall-Ażil tkun ipprovdiet nota ta’ gwida dwar pajjiż ta’ oriġini skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303 li turi li seħħet bidla sinifikanti fil-pajjiż terz ikkonċernat minn meta tkun ġiet ippubblikata d-data rilevanti tal-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jużaw dik in-nota ta’ gwida bħala referenza għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 43
Kundizzjonijiet għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera
Wara l-iskrinjar imwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1356, fejn applikabbli u sakemm l-applikant ma jkunx għadu ġie awtorizzat jidħol fit-territorju tal-Istati Membri, Stat Membru jista’, f’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, jeżamina applikazzjoni fi proċedura fuq il-fruntiera meta dik l-applikazzjoni tkun saret minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399. Il-proċedura fuq il-fruntiera tista’ ssir:
wara applikazzjoni magħmula f’punt ta’ qsim tal-fruntiera esterna jew f’żona ta’ tranżitu;
wara l-qbid b’rabta ma’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera esterna;
wara l-iżbark fit-territorju ta’ Stat Membru wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ;
wara r-rilokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 67(11) tar-Regolament (UE) 2024/1351.
B’deroga mill-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza, l-applikant ma għandux ikun awtorizzat jidħol fit-territorju tal-Istat Membru meta:
l-applikant ma għandux id-dritt li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 10(4), il-punt (a) jew (c);
l-applikant ma jkollu l-ebda dritt li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 68 u ma jkunx talab li jitħalla jibqa’ għall-finijiet ta’ proċedura ta’ appell fil-limitu ta’ żmien applikabbli;
l-applikant ma jkollu l-ebda dritt li jibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 68 u qorti jew tribunal ikun iddeċida li l-applikant ma għandux jitħalla jibqa’ sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ proċedura ta’ appell.
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn l-applikant kien soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE jew ġie miċħud id-dħul f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/1349.
Artikolu 44
Deċiżjonijiet fil-qafas tal-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera
Meta tiġi applikata proċedura fuq il-fruntiera, jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar dan li ġej:
l-inammissibbiltà ta’ applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38;
il-merti ta’ applikazzjoni fejn tapplika xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 42(1), il-punti (a) sa (g) u (j), u l-Artikolu 42(3), il-punt (b).
Meta l-għadd ta’ applikanti jaqbeż l-għadd imsemmi fl-Artikolu 47(1) u għall-fini li jiġi ddeterminat lil min tissuġġetta għal proċedura fuq il-fruntiera applikata skont l-Artikolu 42(1), il-punti (c), (f) jew (j), jew l-Artikolu 42(3), il-punt (b), għandha tingħata prijorità lill-kategoriji ta’ applikazzjonijiet li ġejjin:
applikazzjonijiet ta’ ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, ta’ residenti abitwali preċedenti f’pajjiż terz, li, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, għandhom prospett ogħla li jiġu ritornati, kif applikabbli, lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħhom, lejn pajjiż terz sikur jew lejn l-ewwel pajjiż ta’ ażil, skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;
applikazzjonijiet ta’ ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, ta’ residenti abitwali preċedenti f’pajjiż terz, li huma kkunsidrati, għal raġunijiet serji, li huma ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku ta’ Stat Membru;
mingħajr preġudizzju għall-punt (b), l-applikazzjonijiet ta’ ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, ta’ residenti abitwali preċedenti f’pajjiż terz li mhumiex minuri u l-membri tal-familja tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu prijorità lill-eżami tal-applikazzjonijiet ta’ ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew, fil-każ ta’ persuni apolidi, ta’ residenti abitwali preċedenti f’pajjiż terz, li, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, għandhom prospett ogħla li jiġu ritornati, kif applikabbli, lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali preċedenti, lejn pajjiż terz sikur jew lejn l-ewwel pajjiż ta’ ażil, skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 45
Applikazzjoni obbligatorja tal-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, sabiex tinżamm l-unità tal-familja, “membri tal-familja ta’ dak l-applikant” għandha tinftiehem li tfisser, sa fejn il-familja kienet diġà teżisti qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja li ġejjin tal-applikant, li jkunu preżenti fit-territorju tal-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:
il-konjuġi tal-applikant jew is-sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa tiegħu f’relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat tittratta koppji mhux miżżewġa bħala ekwivalenti għal koppji miżżewġa;
it-tfal minuri tal-koppji kif imsemmija fil-punt (a) jew tal-applikant, bil-kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u irrispettivament minn jekk twildux fiż-żwieġ jew barra miż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont il-liġi nazzjonali;
meta l-applikant ikun minuri u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-applikant, kemm jekk bil-liġi kif ukoll jekk bil-prattika tal-Istat Membru li fih l-adult ikun preżenti;
meta l-applikant ikun minuri u mhux miżżewweġ, l-aħwa tal-applikant, dment li ma jkunux miżżewġin u jkunu minuri.
Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, abbażi ta’ valutazzjoni individwali, minuri għandu jitqies mhux miżżewweġ jekk iż-żwieġ tiegħu/tagħha ma jkunx seħħ f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari fir-rigward tal-età legali taż-żwieġ.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 53(2), il-punt (b), u bil-ħsieb li jindirizza kwalunkwe nuqqas identifikat biex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Artikolu 54(2). L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jagħtu effett lir-rakkomandazzjoni.
Artikolu 46
Kapaċità adegwata fil-livell tal-Unjoni
Il-kapaċità adegwata fil-livell tal-Unjoni għandha titqies li hija 30 000 .
Artikolu 47
Kapaċità adegwata ta’ Stat Membru
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi wkoll l-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet li Stat Membru jkun meħtieġ jeżamina fil-proċedura fuq il-fruntiera kull sena. Dak in-numru massimu għandu jkun darbtejn l-għadd miksub permezz tal-użu tal-formula stabbilita fil-paragrafu 4 mit-12 ta’ Ġunju 2026, tliet darbiet l-għadd miksub permezz tal-użu tal-formula stabbilita fil-paragrafu 4 mit-13 ta’ Ġunju 2027 u erba’ darbiet l-għadd miksub permezz tal-użu tal-formula stabbilita fil-paragrafu 4 mit-13 ta’ Ġunju 2028.
Wara li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jiżgura, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tat-tieni u dawk l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti kollha, li jkollu l-kapaċità adegwata stipulata f’dak l-att ta’ implimentazzjoni. Għall-finijiet tal-ewwel att ta’ implimentazzjoni bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom il-kapaċità adegwata stabbilita f’dak l-att ta’ implimentazzjoni fis-seħħ qabel it-12 ta’ Ġunju 2026.
Artikolu 48
Miżura applikabbli fejn il-kapaċità adegwata ta’ Stat Membru tintlaħaq
Artikolu 49
Notifika minn Stat Membru fejn tintlaħaq il-kapaċità adegwata
In-notifika msemmija fl-Artikolu 48 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
l-għadd ta’ applikanti li huma soġġetti għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera, proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2024/1349 jew, fejn applikabbli, proċedura ekwivalenti tar-ritorn fuq il-fruntiera stabbilita skont il-liġi nazzjonali fl-Istat Membru kkonċernat fiż-żmien tan-notifika;
il-miżura msemmija fl-Artikolu 48, li l-Istat Membru kkonċernat biħsiebu japplika jew ikompli japplika;
raġunament sostanzjat b’appoġġ għall-intenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, li jiddeskrivi kif ir-rikors għall-miżura inkwistjoni jista’ jgħin biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, u fejn applikabbli, miżuri oħra li l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta jew jipprevedi li ser jadotta fil-livell nazzjonali biex itaffi s-sitwazzjoni, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2024/1351.
Stat Membru li japplika l-miżura msemmija fl-Artikolu 48 għandu jinforma lill-Kummissjoni kull xahar dwar l-elementi li ġejjin:
l-għadd ta’ applikanti li huma soġġetti għall-proċedura fuq il-fruntiera f’dak l-Istat Membru fil-mument tan-notifika;
l-evoluzzjoni tal-fluss ta’ dħul u ħruġ tal-għadd ta’ persuni li huma soġġetti għal proċeduri fuq il-fruntiera għal kull ġimgħa ta’ dak ix-xahar;
l-għadd ta’ persunal responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet fil-proċedura fuq il-fruntiera;
it-tul medju tal-eżami matul il-fażi amministrattiva tal-proċedura; u
it-tul medju tal-eżami, minn qorti jew tribunal, ta’ talba biex applikant jitħalla jibqa’ fit-territorju sakemm isir l-appell.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament u għal dak l-għan għandha tirrieżamina l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/1351, tipprovdi valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament f’kull Stat Membru.
Artikolu 50
Notifika minn Stat Membru fejn jintlaħaq l-għadd massimu annwali ta’ applikazzjonijiet
Fejn l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jkunu ġew eżaminati fil-proċedura fuq il-fruntiera fi Stat Membru fi żmien sena kalendarja waħda jkun daqs jew jaqbeż l-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet stipulat fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 47(1), dak l-Istat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan.
Fejn l-Istat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni f’konformità mal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru kkonċernat sabiex tivverifika li l-Istat Membru kkonċernat ikun eżamina fil-proċedura fuq il-fruntiera mill-bidu tas-sena kalendarja għadd ta’ applikazzjonijiet li jkun daqs jew jaqbeż l-għadd stabbilit fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 47(1).
Malli titlesta l-verifika, il-Kummissjoni għandha tawtorizza, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat biex ma jeżaminax fil-proċedura fuq il-fruntiera l-applikazzjonijiet magħmula mill-applikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(1), il-punti (c) u (j).
Tali awtorizzazzjoni ma għandhiex teżenta lill-Istat Membru mill-obbligu li jeżamina fil-proċedura fuq il-fruntiera l-applikazzjonijiet magħmula mill-applikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(1), il-punt (f), u l-Artikolu 42(3), il-punt (b).
Artikolu 51
Skadenzi
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tul tal-proċedura ta’ eżami, b’deroga mill-Artikolu 35, tal-eżami minn qorti jew tribunal ta’ talba biex l-applikant jibqa’ fit-territorju li tkun ġiet ippreżentata f’konformità mal-Artikolu 68(4) u (5) u, jekk applikabbli, tal-proċedura ta’ appell. It-tul ta’ żmien stabbilit għandu jiżgura li dawk il-passi proċedurali kollha jiġu ffinalizzati fi żmien 12-il ġimgħa minn meta tiġi rreġistrata l-applikazzjoni.
Il-perjodu ta’ 12-il ġimgħa jista’ jiġi estiż għal 16-il ġimgħa jekk l-Istat Membru li lilu tiġi ttrasferita l-persuna skont l-Artikolu 67(11) tar-Regolament (UE) 2024/1351 qed japplika l-proċedura fuq il-fruntiera.
Artikolu 52
Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli u rilokazzjoni
Artikolu 53
Eċċezzjonijiet għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw jew għandhom jieqfu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fi kwalunkwe stadju tal-proċedura meta:
l-awtorità determinanti tqis li r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni bħala inammissibbli jew għall-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata ta’ eżami mhumiex applikabbli jew ma għadhomx applikabbli;
l-appoġġ meħtieġ ma jistax jingħata lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż minuri, f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1346, fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 54;
l-appoġġ neċessarju ma jistax jingħata lill-applikanti li jkollhom bżonn ta’ garanziji proċedurali speċjali fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 54;
ikun hemm raġunijiet mediċi rilevanti biex il-proċedura fuq il-fruntiera ma tiġix applikata, inkluż raġunijiet ta’ saħħa mentali;
il-garanziji u l-kundizzjonijiet għad-detenzjoni kif stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 13 tad-Direttiva (UE) 2024/1346 ma jiġux issodisfati jew ma jibqgħux jiġu ssodisfati u l-proċedura fuq il-fruntiera ma tistax tiġi applikata lill-applikant mingħajr ma tintuża d-detenzjoni.
Fil-każijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza lill-applikant jidħol fit-territorju tal-Istat Membru u tapplika l-proċedura xierqa prevista fil-Kapitolu III.
Artikolu 54
Postijiet biex titwettaq il-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera
Artikolu 55
Applikazzjonijiet sussegwenti
Dik id-dikjarazzjoni ulterjuri għandha tiġi eżaminata fl-Istat Membru responsabbli fil-qafas tal-eżami li jkun għaddej fil-proċedura amministrattiva jew fil-qafas ta’ kwalunkwe proċedura ta’ appell li tkun għaddejja sa fejn il-qorti jew it-tribunal kompetenti jistgħu jqisu l-elementi sottostanti tad-dikjarazzjoni ulterjuri.
Applikazzjoni sussegwenti għandha tkun soġġetta għal eżami preliminari li fih l-awtorità determinanti għandha tistabbilixxi jekk ikunux tfaċċaw jew ġew ippreżentati elementi ġodda mill-applikant u li:
iżidu b’mod sinifikanti l-probabbiltà li l-applikant jikkwalifika bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1347; jew
huma relatati ma’ raġuni ta’ inammissibbiltà applikata preċedentement, fejn l-applikazzjoni preċedenti ġiet miċħuda bħala inammissibbli.
Artikolu 56
Eċċezzjoni mid-dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju f’applikazzjonijiet sussegwenti
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ non-refoulement, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu eċċezzjoni għad-dritt li persuna tibqa’ fit-territorju tagħhom u jidderogaw mill-Artikolu 68(5), il-punt (d), meta:
tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni sussegwenti, sempliċiment sabiex jiġi ttardjat jew imfixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni li tirriżulta fit-tneħħija imminenti tal-applikant minn dak l-Istat Membru, u din ma tiġix eżaminata ulterjorment skont l-Artikolu 55(7); jew
it-tieni applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħra sussegwenti jsiru fi kwalunkwe Stat Membru wara deċiżjoni finali li tiċħad applikazzjoni sussegwenti preċedenti bħala inammissibbli jew mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi.
TAQSIMA V
Kunċetti ta’ pajjiż sikur
Artikolu 57
Il-kunċett ta’ protezzjoni effettiva
F’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-pajjiż terz għandu jitqies li jiżgura protezzjoni effettiva biss meta, bħala minimu, jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jitħallew jibqgħu fit-territorju tal-pajjiż terz inkwistjoni,
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom aċċess għal mezzi ta’ sussistenza suffiċjenti biex jinżamm standard ta’ għajxien adegwat fir-rigward tas-sitwazzjoni ġenerali ta’ dak il-pajjiż terz ospitanti,
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u t-trattament essenzjali tal-mard skont il-kundizzjonijiet ġeneralment previsti f’dak il-pajjiż terz;
il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom aċċess għall-edukazzjoni taħt il-kundizzjonijiet ġeneralment previsti f’dak il-pajjiż terz; u
il-protezzjoni effettiva tibqa’ disponibbli sakemm tkun tista’ tinstab soluzzjoni durabbli.
Artikolu 58
Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil
Pajjiż terz jista’ biss ikun ikkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil għal applikant meta f’dak il-pajjiż:
l-applikant gawda protezzjoni effettiva f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, kif imsemmi fl-Artikolu 57(1), jew gawda protezzjoni effettiva kif imsemmi fl-Artikolu 57(2), qabel ma vvjaġġa lejn l-Unjoni, u għadu jista’ jagħmel użu minn dik il-protezzjoni;
il-ħajja u l-libertà tal-applikant ma jkunux mhedda minħabba r-razza, reliġjon, ċittadinanza, sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika;
l-applikant ma jkun qed jiffaċċa l-ebda riskju reali ta’ ħsara serja kif definit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2024/1347;
l-applikant ikun protett kontra r-refoulement f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u kontra t-tneħħija li jiskru d-dritt għall-protezzjoni mit-tortura u minn trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti kif stabbilit fil-liġi internazzjonali.
Fejn applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil, l-awtorità determinanti għandha:
tinforma lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 36; u
tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni, bil-lingwa ta’ dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza tagħha bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil.
Artikolu 59
Il-kunċett ta’ pajjiż terz sikur
Pajjiż terz jista’ biss jiġi ddeżinjat bħala pajjiż terz sikur meta f’dak il-pajjiż:
il-ħajja u l-libertà ta’ ċittadini barranin ma jkunux mhedda minħabba r-razza, reliġjon, ċittadinanza, sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika;
ċittadini barranin ma jiffaċċaw l-ebda riskju reali ta’ ħsara serja kif definit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2024/1347;
ċittadini barranin huma protetti kontra r-refoulement f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u kontra t-tneħħija li jiskru d-dritt għall-protezzjoni mit-tortura u minn trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti kif stabbilit fil-liġi internazzjonali;
teżisti l-possibbiltà li tintalab u, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tingħata protezzjoni effettiva kif definit fl-Artikolu 57.
Il-kunċett ta’ pajjiż terz sikur jista’ jiġi applikat:
fejn pajjiż terz ikun ġie deżinjat bħala pajjiż terz sikur fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 60 jew 64; jew
fir-rigward ta’ applikant speċifiku fejn il-pajjiż ma jkunx ġie ddeżinjat bħala pajjiż terz sikur fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ dak l-applikant.
Il-kunċett ta’ pajjiż terz sikur jista’ jkun applikat biss dment li:
l-applikant ma jkunx jista’ juri l-eżistenza ta’ elementi li jiġġustifikaw għaliex il-kunċett ta’ pajjiż terz sikur mhuwiex applikabbli għalih, fil-qafas ta’ valutazzjoni individwali;
tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikun hemm konnessjoni bejn l-applikant u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli għalih li jmur f'dak il-pajjiż;
l-applikant ikun għamel tranżitu mill-pajjiż terz ikkonċernat fi triqtu lejn l-Unjoni; jew
ikun ġie konkluż ftehim jew arranġament bejn l-Unjoni, Stat Membru wieħed jew aktar jew Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiżi terzi, minn naħa waħda, u l-pajjiż terz ikkonċernat, min-naħa l-oħra, li jirrikjedi l-eżami tal-merti ta' kwalunkwe talba għal protezzjoni effettiva li ssir fil-pajjiż terz ikkonċernat mill-applikanti koperti minn dak il-ftehim jew l-arranġament.”
Meta l-Kummissjoni tidħol f'negozjati għal ftehim f'isem l-Unjoni ma' pajjiż terz (“ftehim fil-livell tal-Unjoni”) bil-ħsieb li tikkonkludi ftehim kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iii), hija għandha tqis kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri u l-istess pajjiż terz matul in-negozjati, inkluż l-impatt potenzjali tal-ftehim fil-livell tal-Unjoni fuq dawk il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali u fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ dak il-pajjiż terz fil-qasam tal-migrazzjoni.
Ftehim konkluż mill-Unjoni u minn pajjiż terz li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iii), għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stati Membri individwali u l-istess pajjiż terz, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dak il-ftehim fil-livell tal-Unjoni.
Stat Membru għandu, fi żmien xieraq, jinforma lill-Istati Membri bin-negozjati dwar ftehim jew arranġament kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iii), ma' pajjiż terz li jikkondividi fruntiera komuni ma' dawk l-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iii), qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, jew, meta ftehim jew arranġament għandu jiġi applikat b'mod proviżorju, qabel il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati wkoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti f’ tali ftehimiet jew arranġamenti jew bit-terminazzjoni tagħhom.
Fejn applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli b’riżultat tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż terz sikur, l-awtorità determinanti għandha:
tinforma lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 36; u
tipprovdilu dokument li jinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz inkwistjoni, bil-lingwa ta' dak il-pajjiż, li l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fis-sustanza fl-Unjoni bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz sikur, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' proċeduri differenti biex jiġu infurmati l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ma tkunx ġiet stipulata fi ftehim jew arranġament diġà fis-seħħ bejn l-Unjoni jew dak l-Istat Membru u l-pajjiż terz ikkonċernat, kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iii).
Artikolu 60
Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi sikuri fil-livell tal-Unjoni
Artikolu 61
Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sikur
Meta ssir il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għandu jittieħed kont fost l-oħrajn tal-punt sa fejn tingħata protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew ħsara serja permezz ta’:
il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-pajjiż u l-mod li bih huma applikati;
l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali jew il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b’mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga skont l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea msemmija;
l-assenza ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni ta’ ċittadini proprji lejn pajjiżi terzi fejn, fost l-oħrajn, hemm riskju serju li dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig ieħor inuman jew degradanti, jew fejn ħajjithom jew il-libertajiet tagħhom ikunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, iċ-ċittadinanza, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali jew opinjoni politika partikolari, jew fejn hemm riskju serju ta’ espulsjoni, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż terz ieħor;
id-dispożizzjonijiet li jipprevedu sistema ta’ rimedji effettivi kontra l-ksur ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet.
Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sikur jista’ jkun applikat biss dment li:
l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż jew huwa persuna apolida u qabel kien abitwalment residenti f’dak il-pajjiż;
l-applikant ma jappartjenix għal kategorija ta’ persuni li għalihom saret eċċezzjoni meta l-pajjiż terz ġie ddeżinjat bħala pajjiż ta’ oriġini sikur;
l-applikant ma jkunx jista’ jipprovdi elementi li jiġġustifikaw għaliex il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sikur mhuwiex applikabbli għalih, fil-qafas ta’ valutazzjoni individwali.
Artikolu 62
Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri fil-livell tal-Unjoni
Pajjiż terz li jkun ingħata l-istatus ta’ Stat kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni huwa wkoll iddeżinjat bħala pajjiżi ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni, għajr fejn tkun tapplika waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
ikun hemm theddida serja għall-ħajja jew għall-persuna ta’ persuna ċivili minħabba vjolenza indiskriminatorja f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern f’ dak il-pajjiż terz;
ikunu ġew adottati miżuri restrittivi skont it-tifsira tat-Titolu IV tal-Ħames Parti tat-TFUE minħabba l-azzjonijiet ta’ dak il-pajjiż terz li jaffettwaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li huma rilevanti għall-kriterji tad-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini sikur kif stabbilit fl-Artikolu 61 ta’ dan ir-Regolament;
il-proporzjon tad-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti li tagħti protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn dak il-pajjiż terz – jew liċ-ċittadini tiegħu jew lir-residenti abitwali preċedenti fil-każ ta’ persuni apolidi – ikun ogħla minn 20 % tal-għadd totali ta’ deċiżjonijiet għal dak il-pajjiż terz maħruġa mill-awtorità determinanti skont l-aħħar data medja annwali disponibbli tal-Eurostat għall-Unjoni kollha.
Meta tapplika, jew ma tibqax tapplika, kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (c), , il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan. Fil-każ tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill qabel ma tinforma lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 63
Sospensjoni u tneħħija tad-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni
Fil-każ ta’ bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni ta’ pajjiż terz iddeżinjat bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sostanzjata tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59 jew 61 minn dak il-pajjiż terz u, fejn il-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma għadhomx jiġu ssodisfati, totalment jew parzjalment, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59 jew 61 ma jibqgħux jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ partijiet speċifiċi tat-territorju tal-pajjiż terz jew fir-rigward ta’ kategoriji identifikabbli b’mod ċar ta’ persuni f’dak il-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 74 biex tissospendi parzjalment id-deżinjazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni għal dawk il-partijiet tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz jew għal dawk il-kategoriji ta’ persuni għal perjodu ta’ sitt xhur;
meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59 jew 61 ma jibqgħux jiġu ssodisfati fir-rigward tal-pajjiż terz kollu kemm hu, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 74 biex tissospendi totalment id-deżinjazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni għal perjodu ta’ sitt xhur.
Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (a) jew (b), li jissospendi d-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni għat-territorju kollu jew għal partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz jew għal kategoriji kollha ta’ persuni jew kategoriji identifikabbli b’mod ċar ta’ persuni f’dak il-pajjiż terz, jew għal kollha, hija għandha, fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ dak l-att delegat, tippreżenta proposta, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex:
temenda d-deżinjazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni biex tipprevedi eċċezzjonijiet għad-deżinjazzjoni għall-partijiet speċifiċi tat-territorju jew għall-kategoriji identifikabbli b’mod ċar ta’ persuni koperti mill-att delegat adottat skont il-paragrafu 1, il-punt (a); jew
tneħħi d-deżinjazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 64
Deżinjazzjoni ta’ pajjiżi terzi bħala pajjiż terz sikur jew pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell nazzjonali
In-notifika għandha tinkludi valutazzjoni sostanzjata tal-fatt li dak il-pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59(1) jew fl-Artikolu 61, inkluż spjegazzjoni tal-bidliet speċifiċi fis-sitwazzjoni tal-pajjiż terz li jwasslu biex dak il-pajjiż jerġa’ jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet. Fejn applikabbli, l-Istat Membru għandu jispeċifika fin-notifika tiegħu l-partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz li għalih tapplika l-valutazzjoni tiegħu, jew il-kategoriji ta’ persuni identifikabbli b’mod ċar f’dak il-pajjiż terz li għalihom tapplika l-valutazzjoni tiegħu.
Wara n-notifika, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija għall-Ażil tipprovdilha informazzjoni u analiżi dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż terz.
Meta l-pajjiż terz innotifikat mill-Istat Membru tkun tneħħietlu d-deżinjazzjoni tiegħu bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 63(3), il-punt (b), l-Istat Membru notifikanti jista’ jiddeżinja biss lil dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell nazzjonali dment li l-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal dik id-deżinjazzjoni.
Id-dritt ta’ oġġezzjoni tal-Kummissjoni għandu jkun limitat għal perjodu ta’ sentejn wara d-data li fiha d-deżinjazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz bħala pajjiż terz sikur jew pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni tkun tneħħiet. Kwalunkwe oġġezzjoni mill-Kummissjoni għandha tinħareġ fi żmien tliet xhur wara d-data ta’ kull notifika mill-Istat Membru u wara rieżami dovut tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż terz, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 59(1) u 61.
Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 59(1) jew 61 jerġgħu jkunu ssodisfati fir-rigward tal-partijiet kollha jew ta’ partijiet speċifiċi tat-territorju tal-pajjiż terz jew tal-kategoriji kollha jew tal-kategoriji identifikabbli b’mod ċar ta’ persuni fil-pajjiż terz koperti min-notifika rċevuta skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tippreżenta proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex dak il-pajjiż terz jiġi ddeżinjat bħala pajjiż terz sikur jew pajjiż ta’ oriġini sikur fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-partijiet kollha jew ta’ partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz li fihom ikunu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet jew fir-rigward tal-kategoriji kollha, jew ta’ kategoriji identifikabbli b’mod ċar ta’ persuni li fir-rigward tagħhom ikunu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TAL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 65
Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali
L-awtorità determinanti jew, fejn previst mil-liġi nazzjonali, qorti jew tribunal kompetenti għandha tibda l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida meta jitfaċċaw elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex jiġi kkunsidrat mill-ġdid jekk hija tikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14 u 19 tar-Regolament (UE) 2024/1347.
Artikolu 66
Regoli proċedurali għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali
Fejn l-awtorità determinanti jew, fejn previst mil-liġi nazzjonali, qorti jew tribunal kompetenti jibdew l-eżami għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, il-persuna kkonċernata għandha tgawdi l-garanziji li ġejjin:
li tiġi infurmata bil-miktub li l-kwalifika tagħha bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali qed tiġi kkunsidrata mill-ġdid u bir-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni;
li tiġi infurmata bl-obbligu li tikkoopera mal-awtorità determinanti u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, b’mod partikolari bil-fatt li għandha tkun meħtieġa tagħmel dikjarazzjoni bil-miktub u tidher għal intervista personali jew smigħ u twieġeb mistoqsijiet;
li tiġi infurmata bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtorità determinanti u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra u li n-nuqqas li tippreżenta d-dikjarazzjoni bil-miktub u li tattendi l-intervista personali jew is-smigħ mingħajr ġustifikazzjoni xierqa, ma għandux jipprevjeni lill-awtorità determinanti jew lill-qorti jew lit-tribunal kompetenti milli jieħu deċiżjoni li jirtira l-protezzjoni internazzjonali; u
li tingħata l-opportunità li tippreżenta raġunijiet għaliex il-protezzjoni internazzjonali tagħha ma għandhiex tiġi rtirata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fi żmien raġonevoli mid-data li fiha tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u f’intervista personali jew smigħ f’data stabbilita mill-awtorità determinanti jew, fejn previst mil-liġi nazzjonali, il-qorti jew it-tribunal kompetenti.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti jew il-qorti jew it-tribunal kompetenti:
għandha tikseb informazzjoni rilevanti, preċiża u aġġornata minn sorsi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti u disponibbli u, fejn disponibbli, tieħu kont tal-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiż ta’ oriġini speċifiku u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303; u
ma għandha tikseb l-ebda informazzjoni mill-atturi allegati ta’ persekuzzjoni jew ħsara serja b’mod li jirriżulta f’li tali atturi jiġu infurmati bil-fatt li l-persuna kkonċernata hija benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali li l-istatus tagħha qed jiġi kkunsidrat mill-ġdid.
Il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida:
b’mod inekwivoku tirrinunzja r-rikonoxximent tagħha bħala benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali;
tkun saret ċittadin ta’ Stat Membru; jew
tkun sussegwentement ingħatat protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor.
L-Istati Membri għandhom jikkonkludu l-każijiet koperti minn dan il-paragrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Dik il-konklużjoni ma għandhiex għalfejn tieħu l-forma ta’ deċiżjoni, iżda għandha tiġi rreġistrata mill-inqas fil-fajl tal-applikant flimkien mad-deżinjazzjoni tal-bażi legali għal dik il-konklużjoni.
KAPITOLU V
PROĊEDURA TA’ APPELL
Artikolu 67
Dritt għal rimedju effettiv
L-applikanti u l-persuni soġġetti għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, f’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fil-Kapitolu II li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tal-appell, kontra dawn li ġejjin:
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala inammissibbli;
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi kemm fir-rigward tal-istatus ta’ refuġjat kif ukoll fir-rigward ta’ protezzjoni sussidjarja;
deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni bħala li ġiet irtirata b’mod impliċitu;
deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali;
deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 66(6) ma għandhomx ikunu soġġetti għal appell.
Fejn deċiżjoni ta’ ritorn tittieħed bħala parti minn deċiżjoni relatata kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) jew (d), tal-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tiġi appellata b’mod konġunt ma’ dik id-deċiżjoni relatata, quddiem l-istess qorti jew tribunal, fl-istess proċedimenti ġudizzjarji u fl-istess limiti ta’ żmien. Fejn deċiżjoni ta’ ritorn tinħareġ bħala att separat skont l-Artikolu 37, din tista’ tiġi appellata fi proċedimenti ġudizzjarji separati. Il-limiti ta’ żmien għal dawk il-proċedimenti ġudizzjarji separati ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
Applikant, persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali u persuna rikonoxxuta bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja jistgħu, bi spejjeż tagħhom, jiżguraw it-traduzzjoni ta’ dokumenti oħra.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien li ġejjin fil-liġi nazzjonali tagħhom għall-applikanti, persuni soġġetti għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali u persuni rikonoxxuti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja biex iressqu appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
bejn minimu ta’ ħamest ijiem u massimu ta’ għaxart ijiem fil-każ ta’ deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala inammissibbli, bħala irtirata impliċitament, bħala mingħajr bażi jew bħala manifestament mingħajr bażi jekk fiż-żmien tad-deċiżjoni tkun tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 42(1) jew (3);
bejn minimu ta’ ġimagħtejn u massimu ta’ xahar fil-każijiet l-oħrajn kollha.
Artikolu 68
Effett ta’ sospensjoni ta’ appell
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ non-refoulement, l-applikant u l-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ma għandux ikollhom id-dritt li jibqgħu fit-territorju skont il-paragrafu 2 meta l-awtorità kompetenti tkun ħadet waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi jekk fiż-żmien tad-deċiżjoni:
l-applikant ikun soġġett għal eżami aċċellerat skont l-Artikolu 42(1) jew (3);
l-applikant ikun soġġett għall-proċedura fuq il-fruntiera, ħlief meta l-applikant ikun minuri mhux akkumpanjat;
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala inammissibbli skont l-Artikolu 38(1), il-punt (a), (b), (c), (d) jew (e), jew l-Artikolu 38(2), ħlief meta l-applikant ikun minuri mhux akkumpanjat soġġett għall-proċedura fuq il-fruntiera;
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni bħala rtirata b’mod impliċitu;
deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni sussegwenti bħala mingħajr bażi jew manifestament mingħajr bażi; jew
deċiżjoni li tirtira protezzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (b), (d) u (e), jew l-Artikolu 19(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1347.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fejn rilevanti fid-dawl ta’ kwalunkwe deċiżjoni ex officio:
l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkollha limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas ħamest ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni tiġi nnotifikata lilha biex titlob li titħalla tibqa’ fit-territorju sakemm joħroġ ir-riżultat tar-rimedju;
l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tiġi pprovduta b’interpretazzjoni fil-każ ta’ smigħ quddiem il-qorti jew tribunal kompetenti, fejn komunikazzjoni oħra xierqa ma tkunx tista’ tiġi żgurata;
l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tiġi pprovduta, fuq talba, b’assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas f’konformità mal-Artikolu 17;
l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ma għandhiex titneħħa mit-territorju tal-Istat Membru responsabbli:
sakemm ikun skada l-limitu ta’ żmien biex issir talba quddiem qorti jew tribunal biex titħalla tibqa’ fit-territorju;
fejn l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali tkun talbet li titħalla tibqa’ fil-limitu ta’ żmien stabbilit, sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-qorti jew tat-tribunal dwar jekk l-applikant jew il-persuna soġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandhiex titħalla tibqa’ fit-territorju;
l-applikant jew il-persuna suġġetta għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tjiġi infurmata kif xieraq u fil-ħin bid-drittijiet tagħha skont dan il-paragrafu.
Artikolu 69
Tul ta’ żmien għall-ewwel livell ta’ appell
Mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet ta’ appell, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom limiti ta’ żmien raġonevoli għall-qorti jew it-tribunal biex jeżaminaw id-deċiżjonijiet f’konformità mal-Artikolu 67(1).
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 70
Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi
Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 71
Kooperazzjoni
Artikolu 72
Ħżin ta’ data
Artikolu 73
Kalkolu tal-limiti ta’ żmien
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, kwalunkwe perjodu ta’ żmien preskritt f’dan ir-Regolament għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
perjodu espress f’jiem, ġimgħat jew xhur għandu jiġi kkalkulat minn meta jseħħ avveniment jew isseħħ azzjoni; il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment jew dik l-azzjoni ma għandux jitqies bħala li jaqa’ fil-perjodu inkwistjoni;
perjodu espress f’ġimgħat jew f’xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum, ikun liema jkun, fl-aħħar ġimgħa jew xahar, li jkun l-istess jum tal-ġimgħa, jew jaqa’ fl-istess data tax-xahar, rispettivament bħall-jum li fih seħħ l-avveniment jew saret l-azzjoni li minnha jrid jiġi kkalkulat il-perjodu; fejn f’perjodu espress f’xhur, il-jum li fih ikollu jiskadi ma jinzertax fl-aħħar xahar tal-perjodu, il-perjodu għandu jintemm f’nofsillejl tal-aħħar jum ta’ dak l-aħħar xahar;
il-limiti ta’ żmien għandhom jinkludu s-Sibtijiet, il-Ħdud u btajjel uffiċjali fl-Istat Membru kkonċernat; fejn limitu ta’ żmien jintemm is-Sibt, il-Ħadd jew f’vaganza uffiċjali, il-jum tax-xogħol li jmiss għandu jingħadd bħala l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien.
Artikolu 74
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 75
Miżuri tranżizzjonali
Sat-12 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, għandha tippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni komuni lill-Kunsill biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu mħejjija b’mod adegwat biex jimplimentaw dan ir-Regolament sal-1 ta’ Lulju 2026, filwaqt li tivvaluta l-lakuni identifikati u l-passi operazzjonali meħtieġa, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar dan.
Abbażi tal-pjan ta’ implimentazzjoni komuni msemmi fl-ewwel paragrafu, sat-12 ta’ Diċembru 2024 kull Stat Membru għandu, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, jistabbilixxi pjan ta’ implimentazzjoni nazzjonali li jistabbilixxi l-azzjonijiet u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu jlesti l-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu sal-1 ta’ Lulju 2026.
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-appoġġ tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Fondi tal-Unjoni jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri, f’konformità mal-atti legali li jirregolaw dawk il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-fondi.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali.
Artikolu 76
Appoġġ finanzjarju
L-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri għall-istabbiliment ta’ konsulenza legali mingħajr ħlas u kapaċità adegwata għat-twettiq tal-proċedura fuq il-fruntiera f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-fondi disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.
Artikolu 77
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Sat-13 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri u għandha, fejn xieraq, tipproponi xi emendi.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport tagħha mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jiskadi dak il-limitu ta’ żmien.
Sat-12 ta’ Ġunju 2027 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk in-numri stipulati fl-Artikolu 46 u fl-Artikolu 47(1), it-tieni subparagrafu, u l-eċċezzjonijiet għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera jkunux għadhom adegwati fid-dawl tas-sitwazzjoni migratorja ġenerali fl-Unjoni u għandha, fejn xieraq, tipproponi kwalunkwe emenda mmirata.
Sat-12 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kunċett ta’ pajjiż terz sikur u għandha, fejn xieraq, tipproponi kwalunkwe emenda mmirata.
Artikolu 78
Tħassir
Artikolu 79
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Madankollu, l-Artikolu 59(2), l-Artikolu 61(2) u l-Artikolu 61(5), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-27 ta’ Frar 2026 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sikur f’konformità mal-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32/UE u dak ta’ pajjiż terz sikur f’konformità mal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2013/32/UE.
Stat Membru jista’ japplika l-Artikolu 42(1), il-punt (j), u l-Artikolu 42(3), il-punt (e) ta’ dan ir-Regolament bħala raġunijiet għall-proċedura ta’ eżami aċċellerata f’konformità mal-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE jew għall-proċedura mwettqa fuq il-fruntiera jew f’żoni ta’ tranżitu f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE qabel it-12 ta’ Ġunju 2026 jekk ikun ittraspona d-dispożizzjonijiet rilevanti u implimenta l-proċeduri speċjali stabbiliti f’dawk l-Artikoli fil-livell nazzjonali qabel is-27 ta’ Frar 2026.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Direttiva 2013/32/UE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 2, punt (a) |
— |
|
Artikolu 2, punti (b), (c) u (d) |
Artikolu 3, punti (12), (13) u (14) |
|
Artikolu 2, punt (e) |
Artikolu 3, punt (8) |
|
Artikolu 2, punt (f) |
Artikolu 3, punt (16) |
|
Artikolu 2, puAnti (g) u (h) |
Artikolu 3, punti (1) u (2) |
|
Artikolu 2, punt (i) |
Artikolu 3, punt (5) |
|
Artikolu 2, punti (j) u (k) |
Artikolu 3, punti (3)u (4) |
|
Artikolu 2, punti (l) u (m) |
Artikolu 3, punti (6) u (7) |
|
Artikolu 2, punt (n) |
— |
|
Artikolu 2, punti (o), (p) u (q) |
Artikolu 3, punti (17), (18) u (19) |
|
— |
Artikolu 3, punti (9), (10), (11), (15) u (20) |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) u (7) |
|
Artikolu 4(2), punt (a) |
Artikolu 4 (6) |
|
Artikolu 4(2), punt (b) |
— |
|
— |
Artikolu 4 (3) u (5) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(8) |
|
Artikolu 4(4) |
— |
|
Artikolu 4(5) |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
— |
Artikolu 5 |
|
— |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
|
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(4) u Artikolu 27(3) |
|
Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2) |
|
— |
Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (d), u t-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 27(2), (4), (6) u (7) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 28(1) u Artikolu 41(1), punt (a) |
|
— |
Artikolu 28(2) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 28(3) |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 28(4) |
|
— |
Artikolu 28(5), (6) u (7) |
|
Artikolu 6(5) |
Artikolu 27(5) |
|
— |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 31 u 32 |
|
Artikolu 7(1) |
— |
|
Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 31(1) |
|
Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 31(2) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 32(1) |
|
— |
Artikolu 32(2) u (3) |
|
Artikolu 7(4) u (5) |
— |
|
Artikolu 7(5) |
— |
|
— |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 30(1) u (2) |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 30(3) |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1) u (2) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 10(3) u Artikolu 10 (4), punti (a) u (b) |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 10(5) |
|
— |
Artikolu 10(4)(c) |
|
Artikolu 10(1) |
— |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 39(2) |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 34(2) |
|
Artikolu 10(3), punt (a) |
Artikolu 34(2) |
|
— |
Artikolu 34(2), punt (a) |
|
Artikolu 10(3), punt (b) |
Artikolu 34(2), punt (b) |
|
— |
Artikolu 34(2), punt (c) sa (g) |
|
Artikolu 10(3), punti (c) u (d) |
Artikolu 34(3) |
|
Artikolu 10(4) |
— |
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 34(4) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 36(1) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 36(2) u (3) |
|
Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 36(3) |
|
— |
Artikolu 36(4) |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 12(1), punt (a) |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, punti (b),(c), (e), u t-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (d) |
|
— |
Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 12(1), punt (b) |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 12(1), punt (c) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 12(1), punt (d) |
Artikolu 8(5) |
|
Artikolu 12(1), punt (e) |
Artikolu 8(6) |
|
Artikolu 12(1), punt (f) |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, punt (f) |
|
— |
Artikolu 8(7) |
|
Artikolu 12(2) |
— |
|
— |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 9(2) |
|
— |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a),(b), (d), (e), (g) u (h) |
|
Artikolu 13(2), punt (a) |
Artikolu 9 (4) |
|
Artikolu 13(2), punt (b) |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (f) |
|
Artikolu 13(2), punt (c) |
Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c), u Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 13(2), punt (d) |
Artikolu 9(5) |
|
Artikolu 13(2), punt (e) |
— |
|
Artikolu 13(2), punt (f) |
— |
|
— |
Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), Artikolu 12(1) u Artikolu 13(6), l-ewwel sentenza |
|
— |
Artikolu 11(2) |
|
— |
Artikolu 13(1), |
|
Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(6) |
|
Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 14(1), ir-raba subparagrafu |
Artikolu 22(3), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(11) |
|
Artikolu 14(2), punt (a) |
Artikolu 13(11), punt (a) |
|
— |
Artikolu 13 (8) u (10) |
|
— |
Artikolu 13(11), l-ewwel subparagrafu, punti (b),(d) u (e), u t-tielet subparagrafu |
|
— |
Artikolu 13(13), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 14(2), punt (b) |
Artikolu 13(11), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
|
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(11), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 14(3) |
Artikolu 13(14) |
|
Artikolu 14(4) |
Artikolu 13(11), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 14(5) |
Artikolu 41(1), punt (d) |
|
Artikolu 15(1) |
— |
|
Artikolu 15(2) |
Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 15(3) |
Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 15(3), punt (a) |
Artikolu 13(7), punt (a) |
|
Artikolu 15(3), punt (b) |
Artikolu 13(9) |
|
Artikolu 15(3), punt (c) |
Artikolu 13(5) u (9) |
|
Artikolu 15(3), punt (d) |
Artikolu 13(7), punt (b) |
|
Artikolu 15(3), punt (e) |
Artikolu 22(3), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 13(8) |
|
— |
Artikolu 13(10) |
|
— |
Artikolu 13(1) |
|
Artikolu 15(4) |
— |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 17(1) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 17(2) |
Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 17(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14(3) u (4) |
|
Artikolu 17(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14(5) |
|
Artikolu 17(4) |
Artikolu 14(4) |
|
Artikolu 17(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 14(6), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 17(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14(5), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 17(5), it-tielet subparagrafu |
— |
|
Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(1) |
|
Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 24(5) u (6) |
|
Artikolu 18(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 24(2), l-ewwel u t-tielet subparagrafi |
|
— |
Artikolu 24(5) u (6) |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 24(3) |
|
Artikolu 18(3) |
Artikolu 24(4) |
|
Artikolu 19 |
— |
|
— |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 20(1) |
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 20(2) |
Artikolu 15(3) |
|
— |
Artikolu 17(2) |
|
— |
Artikolu 17(2), punt (a) |
|
Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(2), punt (b) |
|
— |
Artikolu 17(2), punti (c) u (d) |
|
Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(3) |
|
Artikolu 20(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 19(2) |
|
Artikolu 20(4) |
— |
|
Artikolu 21(1) |
Artikolu 19(1) |
|
Artikolu 21(2) |
— |
|
Artikolu 21(3) |
Artikolu 19(2) |
|
Artikolu 21(4) |
Artikolu 19(4) |
|
Artikolu 21(5) |
Artikolu 19(5) |
|
— |
Artikolu 19(3) |
|
Artikolu 22(1) |
Artikolu 15(1) |
|
— |
Artikolu 15(2) u (4) |
|
Artikolu 22(2) |
Artikolu 19(1) |
|
Artikolu 23(1) |
Artikolu 18(1) u (2) |
|
Artikolu 23(2) |
Artikolu 18(3) |
|
Artikolu 23(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(4) |
|
Artikolu 23(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(13), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 23(4), l-ewwel subparagrafu |
— |
|
Artikolu 23(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(12) |
|
Artikolu 23(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 13(13), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 24(1) |
Artikolu 20(1) |
|
Artikolu 24(2) |
Artikolu 20(1) |
|
— |
Artikolu 20(2), (4) u (5) |
|
— |
Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 24(3) |
Artikolu 21(1) u (2) |
|
Artikolu 24(4) |
Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 23(1) |
|
— |
Artikolu 23(2), ir-raba subparagrafu |
|
— |
Artikolu 23(3) u (4) |
|
— |
Artikolu 23(5), l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (c), u t-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 23(6) u (7) |
|
Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b), u t-tieni subparagrafu, Artikolu 23(5), l-ewwel subparagrafu, punt (a), u Artikolu 23(9) |
|
Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 23(8) |
|
Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 23(8), it-tielet subparagrafu |
|
— |
Artikolu 23(10) |
|
Artikolu 25(2) |
Artikolu 23(2), it-tielet subparagrafu |
|
— |
Artikolu 22(2) u (3) |
|
Artikolu 25(3), punt (a) |
Artikolu 22(3), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 25(3), punt (b) |
Artikolu 23(5) |
|
Artikolu 25(4) |
— |
|
Artikolu 25(5) |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 25(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 25(1) u (3) |
|
Artikolu 25(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 25(4) |
|
Artikolu 25(5), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 25(4) |
|
Artikolu 25(5), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 25(5) |
|
Artikolu 25(5), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) |
— |
|
Artikolu 25(5), ir-raba subparagrafu |
Artikolu 25(6) |
|
— |
Artikolu 25(7) |
|
Artikolu 25(6), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 22(1) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 42(3) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) (i) |
Artikolu 42(3), punt (a) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) (ii) |
Artikolu 42(3), punt (c) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) (iii) |
Artikolu 42(3), punt (b) |
|
— |
Artikolu 42(3), punti (d) u (e) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 53(1) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (i) |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (ii) |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (iii) |
Artikolu 53(1) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (iv) |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (v) |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) (vi) |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)it-tieni sentenza |
— |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 59(5) u (6) |
|
Artikolu 25(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (d) |
— |
|
Artikolu 26 |
— |
|
Artikolu 27(1) |
Artikolu 40(1) u (3) |
|
— |
Artikolu 40(2) u (4) |
|
Artikolu 27(2) |
— |
|
Artikolu 28(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 41(5) |
|
Artikolur 28(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 41(1), punt (d) |
|
Artikolur 28(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 41(1), punti (e) u (f) |
|
— |
Artikolu 41(1), punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 41(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 28(2) |
— |
|
Artikolu 28(3) |
— |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 31(1) |
Artikolu 34(1) |
|
— |
Artikolu 34(2) |
|
— |
Artikolu 34(3) |
|
— |
Artikolu 34(4) |
|
— |
Artikolu 35 |
|
— |
Artikolu 35(1) |
|
— |
Artikolu 35(2) |
|
— |
Artikolu 35(3) |
|
Artikolu 31(2) |
Artikolu 35(4) |
|
Artikolu 31(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 35(4) |
|
Artikolu 31(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 35(5) |
|
Artikolu 31(3), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 35(5), punt (b) |
|
Artikolu 31(3), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 35(5), punt (a) |
|
Artikolu 31(3), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 35(5), punt (c) |
|
Artikolu 31(3), ir-raba subparagrafu |
— |
|
Artikolu 31(4) |
Artikolu 35(7) |
|
Artikolu 31(5) |
Artikolu 35(7), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 31(6) |
— |
|
Artikolu 31(7) |
Artikolu 34(5) |
|
Artikolu 31(8) |
Artikolu 42(1) |
|
Artikolu 31(8), punt (a) |
Artikolu 42(1), punt (a) |
|
Artikolu 31(8), punt (b) |
Artikolu 42(1), punt (e) |
|
Artikolu 31(8), punt (c) |
Artikolu 42(1), punt (c) |
|
Artikolu 31(8), punt (d) |
— |
|
Artikolu 31(8), punt (e) |
Artikolu 42(1), punt (b) |
|
Artikolu 31(8), punt (f) |
Artikolu 42(1), punt (g) |
|
Artikolu 31(8), punt (g) |
Artikolu 42(1), punt (d) |
|
Artikolu 31(8), punt (h) |
Artikolu 42(1), punt (h) |
|
Artikolu 31(8), punt (i) |
— |
|
Artikolu 31(8), punt (j) |
Artikolu 42(1), punt (f) |
|
— |
Artikolu 42(1), punt (i) |
|
— |
Artikolu 42(1), punt (j) |
|
Artikolu 31(9) |
Artikolu 35(3) |
|
— |
Artikolu 42(2) |
|
— |
Artikolu 42(3) |
|
— |
Artikolu 42(4) |
|
Artikolu 32(1) |
Artikolu 39(3) |
|
Artikolu 32(2) |
Artikolu 39(4) |
|
Artikolu 33(1) |
Artikolu 39(1) |
|
Artikolu 33(2) |
Artikolu 38(1) |
|
Artikolu 33(2), punt (a) |
Artikolu 38(1), punt (c) |
|
Artikolu 33(2), punt (b) |
Artikolu 38(1), punt (a) |
|
Artikolu 33(2), punt (c) |
Artikolu 38(1), punt (b) |
|
Artikolu 33(2), punt (d) |
Artikolu 38(2) |
|
Artikolu 33(2), punt (e) |
— |
|
— |
Artikolu 38(1), punt (d) |
|
— |
Artikolu 38(1), punt (e) |
|
Artikolu 34(1) |
Artikoli 11(1) |
|
Artikolu 34(2) |
Artikolu 13(6) |
|
— |
Artikolu 57 |
|
Artikolu 35, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 58(1) |
|
Artikolu 35, it-tieni paragrafu |
Artikolu 58(2) |
|
— |
Artikolu 58(3) |
|
— |
Artikolu 58(4) |
|
— |
Artikolu 58(5) |
|
— |
Artikolu 60 |
|
Artikolu 36(1) |
Artikolu 61(5) |
|
— |
Artikolu 61(1) |
|
— |
Artikolu 61(2) |
|
— |
Artikolu 61(3) |
|
— |
Artikolu 61(4) |
|
Artikolu 36(2) |
— |
|
— |
Artikolu 62 |
|
— |
Artikolu 63 |
|
Artikolu 37(1) |
Artikolu 64(1) |
|
Artikolu 37(2) |
— |
|
Artikolu 37(3) |
— |
|
— |
Artikolu 64(2) |
|
— |
Artikolu 64(3) |
|
Artikolu 37(4) |
Artikolu 64(4) |
|
Artikolu 38(1) |
Artikolu 59(1) |
|
— |
Artikolu 59(2) |
|
— |
Artikolu 59(3) |
|
Artikolu 38(2), punt (a) |
Artikolu 59(5), punt (b) |
|
— |
Artikolu 59(4) |
|
Artikolu 38(2), punt (b) |
— |
|
Artikolu 38(2), punt (c) |
Artikolu 59(5) |
|
— |
Artikolu 59(6) |
|
— |
Artikolu 59(7) |
|
Artikolu 38(3) |
Artikolu 59(8) |
|
Artikolu 38(4) |
Artikolu 59(9) |
|
Artikolu 38(5) |
Artikolu 64(4) |
|
Artikolu 39 |
— |
|
Artikolu 40(1) |
Artikolu 55(1) |
|
— |
Artikolu 55(2) |
|
Artikolu 40(2) |
Artikolu 55(3) |
|
Artikolu 40(3) |
Artikolu 55(3), punt (a) |
|
— |
Artikolu 55(3), punt (b) |
|
— |
Artikolu 55(4) |
|
Artikolu 40(4) |
Artikolu 55(5) |
|
— |
Artikolu 55(6) |
|
Artikolu 40(5) |
Artikolu 55(7) |
|
Artikolu 40(6) |
— |
|
Artikolu 40(7) |
— |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 56 |
|
Artikolu 41(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 56, punt (a) |
|
Artikolu 41(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 56, punt (b) |
|
Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 56, l-ewwel sentenza |
|
Artikolu 41(2) |
— |
|
Artikolu 42 |
— |
|
Artikolu 42(1) |
Artikolu 55(4) |
|
Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
— |
|
Artikolu 42(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 55(4) |
|
Artikolu 42(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 42(3) |
— |
|
Artikolu 43 |
Artikoli 43 sa 54 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 66 |
|
Artikolu 45(1) |
Artikolu 66(1) |
|
Artikolu 45(2) |
Artikolu 66(2) |
|
Artikolu 45(3) |
Artikolu 66(3) |
|
Artikolu 45(4) |
Artikolu 66(4) |
|
— |
Artikolu 66(5) |
|
Artikolu 45(5) |
Artikolu 66(6) |
|
Artikolu 46 |
Artikolu 67 |
|
Artikolu 46(1) |
Artikolu 67(1) |
|
Artikolu 46(1), punt (a)(i) |
Artikolu 67(1), punt (b) |
|
Artikolu 46(1), punt (a)(ii) |
Artikolu 67(1), punt (a) |
|
Artikolu 46(1), punt (a)(iii) |
— |
|
Artikolu 46(1), punt (a)(iv) |
— |
|
Artikolu 46(1), punt (b) |
— |
|
Artikolu 46(1), punt (c) |
Artikolu 67(1), punt (d) |
|
Artikolu 46(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 67(2) |
|
Artikolu 46(2), it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 46(3) |
Artikolu 67(3) |
|
— |
Artikolu 67(4) |
|
— |
Artikolu 67(5) |
|
Artikolu 46(4), l-ewwel subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 67(6) |
|
Artikolu 46(4), it-tieni subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 68 |
|
— |
Artikolu 68(1) |
|
Artikolu 46(5) |
Artikolu 68(2) |
|
Artikolu 46(6) |
Artikolu 68(3) u (4) |
|
Artikolu 46(6), punt (a) |
Artikolu 68(3), punt (a)(i) u (ii) |
|
Artikolu 46(6), punt (b) |
Artikolu 68(3), punt (b) |
|
Artikolu 46(6), punt (c) |
— |
|
Artikolu 46(6), punt (d) |
— |
|
— |
Artikolu 68(3), punti (c) u (e) |
|
Artikolu 46(7) |
Artikolu 68(4) u (5) |
|
Artikolu 46(8) |
Artikolu 68(5), punt (d)(i) u (ii) |
|
Artikolu 46(9) |
— |
|
Artikolu 46(10) |
Artikolu 69 |
|
Artikolu 46(11) |
— |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 70 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 49 |
Artikolu 71 |
|
— |
Artikolu 72 |
|
— |
Artikolu 73 |
|
— |
Artikolu 74 |
|
— |
Artikolu 75 |
|
— |
Artikolu 76 |
|
Artikolu 50 |
Artikolu 77 |
|
Artikolu 51 |
— |
|
Artikolu 52 |
— |
|
Artikolu 53 |
Artikolu 78 |
|
Artikolu 54 |
Artikolu 79 |
|
Artikolu 55 |
— |
ANNESS II
Il-pajjiżi terzi li ġejjin huma iddeżinjati bħala pajjiżi ta’ oriġini sikuri fil-livell tal-Unjoni:
( ) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.).
( ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13).
( 1 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.