02024R1103 — MT — 19.04.2024 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1103 tat-18 ta’ April 2024 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 (ĠU L 1103 19.4.2024, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
|
Rettifika, ĠU L 90295, 17.5.2024, p. 1 ((UE) 2024/11032024/1103) |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1103
tat-18 ta’ April 2024
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta’ sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bl-elettriku jew bil-fjuwil;
għall-ħiters tal-post lokali ddisinjati, ittestjati, kummerċjalizzati u ddikjarati esklużivament għall-użu fuq barra;
għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika diretta u l-potenza termika indiretta kombinati tagħhom;
għall-prodotti għat-tisħin tal-arja;
għall-istufi tas-sawna;
għall-apparati tat-tisjir.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana biex jikkonverti l-elettriku mill-mejns jew mill-fjuwils likwidi jew gassużi direttament f’potenza termika biex jipprovdi kumdità termali għall-bnedmin fil-post magħluq fejn ikun jinsab permezz tat-trasferiment dirett tas-sħana, possibbilment flimkien ma’ potenza termika lejn spazji oħra jew bi trasferiment tas-sħana għal fluwidu;
“ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali;
“potenza termika nominali” (Pnom) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta kif ukoll il-potenza termika indiretta (meta din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista’ tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarata mill-manifattur, mogħtija f’kW;
“ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali luminuż jew ħiter tal-post lokali bit-tubi;
“ħiter tal-post lokali luminuż” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi mgħammar b’berner, li għandu jiġi installat ’il fuq mil-livell tar-ras dirett lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li toħroġ mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan direttament lill-persuni li jridu jissaħħnu, li tkun il-prodotti tal-kombustjoni evakwati fil-post fejn jitqiegħed il-ħiter;
“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew tal-fjuwils likwidi mgħammar b’berner, li għandu jiġi installat ’il fuq mil-livell tar-ras ħdejn il-persuni li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post primarjament permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu/i jew mill-istrixxa/i li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, li huma l-prodotti tal-kombustjoni maħruġin ’il barra permezz ta’ kanal tat-tromba taċ-ċumnija;
“segment tat-tubu” tfisser parti minn ħiter tal-post lokali bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim awtonomu u li, għalhekk, tista’ tiġi ttestjata b’mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi;
“potenza termika ta’ segment tat-tubu” tfisser il-potenza termika, mogħtija f’kW, ta’ segment tat-tubu li, flimkien ma’ segmenti ta’ tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta’ sistema ta’ ħiter bit-tubi;
“sistema ta’ ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn segment wieħed tat-tubu, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta’ segment wieħed tat-tubu jistgħu jgħaddu għal ġos-segment tat-tubu li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta’ diversi segmenti tat-tubu jridu jinħarġu ’l barra permezz ta’ fann tal-egżost wieħed;
“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f’kW;
“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f’kW;
“prodott għat-tisħin tal-arja” tfisser prodott tat-tisħin tal-arja kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 ( 1 );
“stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post, iddisinjat, ittestjat, ikkummerċjalizzat u ddikjarat esklużivament sabiex jintuża f’sawna xotta jew imxarrba, jew f’ambjenti simili;
“apparat tat-tisjir” tfisser apparat jew parti minnu li jinkorpora kavità waħda jew aktar li jużaw l-elettriku, il-gass jew it-tnejn, għall-preparazzjoni tal-ikel permezz ta’ modalità konvenzjonali jew b’modalità sfurzata b’fann;
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil gassuż” tfisser ħiter tal-post lokali li juża fjuwil gassuż;
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil likwidu” tfisser ħiter tal-post lokali li juża fjuwil likwidu;
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell introdott fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fl-Anness II, it-Tabella 1, it-Tabella 2, it-Tabella 3, it-Tabella 4, it-Tabella 5 jew it-Tabella 6 bħal mudell ieħor introdott fis-suq mill-istess manifattur;
“kontroll” tfisser it-tagħmir li jipprovdi funzjoni ta’ kontroll waħda jew aktar u li jkollu interfaċċa mal-utent aħħari biex jirregola l-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;
“funzjoni ta’ kontroll” tfisser kull waħda mill-funzjonijiet differenti ta’ kontroll skont it-Tabella 10 u t-Tabella 11 tal-Anness III għall-kontroll ta’ ħiter tal-post lokali;
“kontroll separat relatat” tfisser kontroll maħsub biex jintuża mal-ħiters tal-post lokali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament iżda li jiġi introdott fis-suq separatament;
“valuri dikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejlin f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem ta’ manifattur, ta’ importatur jew ta’ rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet b’wieħed mill-mezzi li ġejjin, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tal-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-akkuratezza tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti:
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti, jew
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stipulata fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkomvenzjoni
Artikolu 7
Aġġornamenti tas-software
Artikolu 8
Parametri ta’ referenza indikattivi
L-Anness VI jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters tal-post lokali bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Rieżami
Sad-9 ta’ Mejju 2029, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dak ir-rieżami inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv.
Ir-rieżami għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
Artikolu 10
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2015/1188 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mid-9 ta’ Mejju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi II sa VI
Għall-finijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon bejn id-domanda għat-tisħin tal-post, fornuta minn ħiter tal-post lokali u l-konsum tal-enerġija annwali meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, espress bħala perċentwal;
“ħiter tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun miftuħ għall-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-post lokali u li jkun imqabbad ma’ tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu l-prodotti tal-kombustjoni;
“ħiter tal-post lokali b’fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew tal-fjuwils likwidi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f’fireplace mingħajr siġill bejn il-prodott u ċ-ċumnija jew il-fetħa tal-fireplace, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mill-post fejn ikun hemm in-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;
“ħiter tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa b’faċċata magħluqa” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun separat mill-ispazju li fih ikun jinsab il-ħiter tal-post lokali permezz ta’ ħġieġa jew simili, għalkemm jieħu l-arja għall-kombustjoni minn dak l-ispazju, u li jkun imqabbad mat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu l-prodotti tal-kombustjoni;
“ħiter tal-post lokali b’ċumnija bbilanċjata” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun issiġillat mill-kamra fejn ikun jinsab il-ħiter u li jkun imqabbad ma’ pajp li jkun magħmul minn żewġ tubi konċentriċi tat-tromba taċ-ċumnija, fejn il-pajp tat-tromba taċ-ċumnija ta’ barra jipprovdi l-arja għall-kombustjoni minn barra l-bini u mill-pajp intern tat-tromba taċ-ċumnija joħorġu l-gassijiet tal-kombustjoni ’l barra mill-bini wkoll;
“ħiter tal-post lokali portabbli tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku, għajr ħiter tal-post lokali portabbli radjanti li jiddi b’mod viżibbli, tal-elettriku, mgħammar b’wajer tal-elettriku u plakka mill-manifattur, iddisinjat biex jitressaq bejn il-kmamar skont il-ħtiġijiet tat-tisħin tal-utent u li ma għandux bżonn jitwaħħal f’post speċifiku;
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku radjanti li jiddi b’mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f’kundizzjonijiet normali tal-użu, ikollu temperatura ta’ mill-inqas 650 oC;
“ħiter tal-post lokali portabbli radjanti u li jiddi b’mod viżibbli tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali radjanti li jiddi b’mod viżibbli, tal-elettriku, mgħammar b’wajer tal-elettriku u bi plakka mill-manifattur, iddisinjat biex jitmexxa bejn il-kmamar skont il-ħtiġijiet tat-tisħin tal-utent u li ma għandux bżonn jitwaħħal f’post speċifiku. Il-ħiters tal-post lokali radjanti li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku li għandhom karatteristiċi li jistgħu jintużaw biex jitwaħħlu mas-saqaf, mal-ħajt jew mal-art jitqiesu bħala ħiters tal-post lokali radjanti li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku; it-twaħħil ta’ roti ma għandux ikun biżżejjed biex ħiter tal-post lokali radjanti tal-elettriku li jiddi b’mod viżibbli jitqies bħala portabbli;
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku għajr ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jżomm is-sħana fih jew ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art iddisinjat biex jintuża waqt li jkun imwaħħal jew marbut f’post speċifiku jew immuntat mal-ħajt; apparat portabbli b’karatteristiċi li jistgħu jintużaw biex jitwaħħal ma’ ħajt jew mal-art, jew it-tnejn li huma, jitqies bħala ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss;
“ħiter tal-post lokali li jżomm is-sħana fih tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li jaħdem bl-elettriku li huwa ddisinjat b’tali mod sabiex jaħżen is-sħana f’qalba iżolata akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxaha għal bosta sigħat wara l-fażi ta’ akkumulazzjoni;
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku ddisinjat biex ikun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finitura tal-bini, inklużi kejbils u twapet tat-tisħin li jirregolaw lilhom infushom;
“virga tax-xugamani” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, li d-disinn tiegħu jippermetti li jinżammu x-xugamani biex dawn jissaħħnu;
“kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana b’feedback dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta’ barra” tfisser apparat sensur imħaddem b’mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura fil-qalba tiegħu u li jvarja l-ammont ta’ sħana akkumulata b’rabta mat-temperatura ta’ barra jew mad-domanda għas-sħana tal-kamra, jew it-tnejn li huma;
“potenza termika assistita b’fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b’fann wieħed (jew iktar) integrat fih li jkun jista’ jiġi kkontrollat biex ivarja l-potenza tal-enerġija maħżuna skont id-domanda għas-sħana;
“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) fil-potenza termika nominali, espressi f’mg/kWhinput abbażi tal-GCV għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi;
“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxata minn kwantità unitarja ta’ fjuwil li tkun tneħħietlu l-indewwa tiegħu, meta dan jinħaraq kompletament bl-ossiġenu, u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu f’temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;
“ħiter tal-post lokali mingħajr tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, għajr ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, li jarmi l-prodotti tal-kombustjoni fl-ispazju fejn ikun jinsab il-prodott;
“modalità mitfi” tfisser modalità meta l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, jew ikun f’kundizzjoni li jipprovdi biss:
indikazzjoni tal-kundizzjoni tal-modalità mitfi;
funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“modalità standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u jipprovdi biss waħda jew iktar mill-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:
funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata;
funzjoni ta’ riattivazzjoni permezz ta’ konnessjoni ma’ network (“standby man-network”);
skrin ta’ informazzjoni jew tal-istatus;
“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, ta’ apparat tal-kontroll mill-bogħod, ta’ sensur intern jew ta’ timer, taqleb mill-modalità standby għal modalità oħra, inkluża l-modalità attiva, li tipprovdi funzjonijiet oħra;
“modalità attiva” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li tipprovdi s-servizz maħsub tat-tagħmir tkun ġiet attivata;
“modalità idle” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u jkun jista’ jipprovdi s-sħana b’mod awtomatiku fil-kamra skont it-temperatura pprogrammata;
“network” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inklużi l-komponenti fiżiċi, il-prinċipji organizzazzjonali, il-proċeduri u l-formati tal-komunikazzjoni (protokolli);
“funzjonalità ta’ tisħin indirett” tfisser li l-prodott kapaċi jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-ġenerazzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;
“potenza termika minima” (Pmin) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali, li jinkludi kemm potenza termika diretta kif ukoll potenza termika indiretta (fejn dan ikun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bis-setting tal-potenza termika l-aktar baxx, kif iddikjarat mill-manifattur, espressa f’kW;
“effiċjenza utli”, fil-potenza termika “nominali” jew fil-potenza termika “minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli u l-input totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post lokali, espress bħala perċentwal, fejn:
għall-ħiters tal-post lokali għal użu domestiku, l-input totali tal-enerġija huwa espress f’termini tal-NCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-input totali tal-enerġija huwa espress f’termini tal-GCV u f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;
“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rilaxxat minn unità ta’ fjuwil bil-kontenut xieraq ta’ ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jiġux ritornati fit-temperatura ambjentali;
“koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser il-koeffiċjent awtomatiku għall-enerġija primarja għal kull kWh ta’ elettriku msemmi fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa CC = 1,9;
“kontenut ta’ ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali;
“konsum tal-elettriku awżiljarju fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f’każ li l-prodott joffri l-funzjonalità ta’ tisħin indirett u jkun hemm ċirkolatur inkorporat, u għandu jiġi espress f’kW;
“konsum tal-elettriku awżiljarju fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f’każ li l-prodott joffri l-funzjonalità ta’ tisħin indirett u jkun hemm ċirkolatur inkorporat, u għandu jiġi espress f’kW;
“potenza termika bi stadju wieħed, mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ma huwiex kapaċi jvarja l-potenza termika tiegħu b’mod awtomatiku u ma hemm preżenti l-ebda feedback dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b’mod awtomatiku;
“żewġ stadji manwali jew iktar, mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott kapaċi jvarja l-potenza termika tiegħu b’mod manwali b’żewġ livelli jew iktar u li l-prodott ma huwiex mgħammar b’apparat li jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta’ ġewwa;
“kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta’ termostat mekkaniku” tfisser apparat mhux elettroniku li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien, fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa;
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa” tfisser apparat elettroniku li jkun integrat jew estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien, fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa;
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer ta’ ġurnata” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu ta’ żmien u fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa skont il-konfigurazzjonijiet li jkun daħħal l-utent, li jippermetti lill-utent jistabbilixxi l-ħinijiet u l-livell għal intervall tat-timer ta’ 24 siegħa;
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer tal-ġimgħat” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu ta’ żmien u fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa skont il-konfigurazzjonijiet li jkun daħħal l-utent, li jippermetti lill-utent jistabbilixxi l-ħinijiet u l-livelli tat-temperatura għal ġimgħa sħiħa. Matul il-perjodu ta’ 7 ijiem, is-settings iridu jippermettu varjazzjoni fuq bażi ta’ kuljum;
“kontroll tat-temperatura ambjentali b’detezzjoni ta’ preżenza” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li awtomatikament inaqqas il-valur programmat għat-temperatura ambjentali meta ma jiġi rilevat ħadd fil-kamra;
“kontroll tat-temperatura ambjentali, b’detezzjoni ta’ tieqa miftuħa” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li awtomatikament jaqleb għall-modalità ta’ protezzjoni kontra l-ġlata jew jillimita l-konsum tal-enerġija tal-ħiter tal-post lokali għal-livell tal-konsum tal-enerġija tal-modalità idle meta tinfetaħ tieqa jew jinfetaħ bieb. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetħet tieqa jew li nfetaħ bieb, dan jista’ jew ikun installat mal-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jew inkella jista’ jintuża kombinament ta’ dawn l-għażliet;
“modalità ta’ protezzjoni kontra l-ġlata” tfisser funzjoni fejn il-ħiter tal-post lokali żżomm temperatura ta’ ġewwa ta’ 7 °C±3 oC;
“għażla ta’ kontroll mill-bogħod” tfisser funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod minn barra l-bini li fih ikun installat il-ħiter tal-post lokali bil-kontroll tal-prodott;
“kontroll tal-bidu adattiv” tfisser funzjoni li tbassar u li tagħti bidu għall-bidu ottimali tat-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tal-valur programmat tat-temperatura taż-żona fil-ħin mixtieq;
“valur programmat tat-temperatura taż-żona” tfisser it-temperatura mixtieqa stabbilita mill-utent;
“limitu tal-ħin operazzjonali” tfisser funzjoni li tiddiżattiva awtomatikament il-ħiter tal-post lokali wara perjodu ta’ żmien ikkonfigurat minn qabel;
“sensur b’boċċa sewda” tfisser apparat elettroniku, jew integrat jew estern, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti;
“awtoapprendiment” tfisser funzjoni li awtomatikament taqbad ix-xejriet tal-użu tal-utent tal-ħiter tal-post lokali, u li tkun ibbażata fuq dawk il-mudelli ta’ perjodi ta’ programmi awtomatiċi ta’ temperaturi għoljin u baxxi;
“akkuratezza tal-kontroll” (CA) tfisser il-grad ta’ abilità tal-kontroll ta’ ħiter tal-post lokali li jirreaġixxi għall-bidliet fit-temperatura taż-żona sabiex it-temperatura taż-żona tinżamm kemm jista’ jkun qrib il-valur programmat tat-temperatura taż-żona;
“temperatura taż-żona” tfisser it-temperatura attwali tal-post magħluq li jrid jissaħħan;
“rekwiżit tal-potenza tal-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil gassuż jew likwidu tal-ħiter tal-post lokali għall-provvista ta’ fjamma li sservi bħala sors ta’ tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni meħtieġ għall-potenza termika nominali jew b’tagħbija parzjali, meta din jinxtegħel għal iktar minn 5 minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, espress f’kW;
“potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-konfigurazzjoni għall-potenza termika massima li tista’ tinżamm b’mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, espressa f’kW;
“potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika tas-segment tat-tubu kkombinat tal-konfigurazzjoni kif introdotta fis-suq, espressa f’kW;
“fattur radjanti”, jew fil-“potenza termika nominali” jew fil-“potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-ħiter tal-post lokali meta mqabbel mal-input totali tal-enerġija, espress bħala perċentwal;
“iżolament tal-involukru” tfisser il-livell ta’ iżolament termali tal-involukru jew tal-għata tal-prodott kif applikati biex jiġi minimizzat it-telf tas-sħana f’każ li l-prodott ikun jista’ jitqiegħed barra;
“fattur ta’ telf mill-involukru” tfisser it-telf tas-sħana minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li huwa ddeterminat mit-trażmittanza tal-involukru rilevanti ta’ dik il-parti, espress bħala perċentwal;
“stadju wieħed” tfisser li l-prodott ma huwiex kapaċi jvarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;
“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f’żewġ livelli distinti, skont it-temperatura attwali tal-arja ta’ ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta’ ġewwa, ikkontrollata permezz ta’ apparati sensuri tat-temperatura u interfaċċa li mhux bilfors tkun integrali għall-prodott innifsu;
“modulanti” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli distinti jew iktar, fir-rigward tat-temperatura attwali tal-arja ta’ ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta’ ġewwa, ikkontrollata permezz ta’ apparati sensuri tat-temperatura u interfaċċa li mhux bilfors tkun integrata fil-prodott innifsu;
“devjazzjoni mill-kontroll sal-valur programmat” (CSD) tfisser id-differenza bejn it-temperatura medja taż-żona mkejla fuq perjodu ta’ żmien u l-valur programmat tat-temperatura taż-żona;
“spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew b’funzjoni simili fi prodott;
“tekniku professjonali tat-tiswija” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni professjonali tal-ħiters tal-post lokali;
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn mill-aġent jew minn manifattur għall-konsumatur biex jirrimborsa l-prezz imħallas, jew biex jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġa l-ħiter tal-post lokali bi kwalunkwe mod jekk il-ħiter ma jkunx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar rilevanti.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn imsemmija fl-Artikolu 3
1. Rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post staġonali
(1) Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ u miftuħ għal ħiters tal-post lokali b’ċumnija ma għandhiex tkun inqas minn 40,3 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa bil-faċċata magħluqa, ma għandhiex tkun inqas minn 63,6 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta’ ħiters tal-post lokali bbilanċjati bit-tromba taċ-ċumnija bbilanċjati ma għandhiex tkun inqas minn 63,6 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali portabbli, tal-elettriku, ma għandhiex tkun inqas minn 44,7 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta’ ħiters ta’ post lokali fissi tal-elettriku b’potenza termika nominali ta’ iktar minn 250 W, għajr il-vireg tax-xugamani, ma għandhiex tkun inqas minn 47,5 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta’ ħiters ta’ post lokali fissi tal-elettriku b’potenza termika nominali ugwali għal jew inqas minn 250 W, għajr il-vireg tax-xugamani, ma għandhiex tkun inqas minn 43,1 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali li jżommu s-sħana fihom, tal-elettriku, ma għandhiex tkun inqas minn 47,3 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art, tal-elettriku, ma għandhiex tkun inqas minn 47,5 %;
l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin ta’ post staġonali ta’ ħiters tal-post lokali tal-elettriku radjanti li jiddu b’mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 1,2 kW, ħlief għall-ħiters tal-post lokali portabbli li jaħdmu bl-elettriku u li jiddu b’mod viżibbli, ma għandhiex tkun inqas minn 46,8 %;
l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin ta’ post staġonali ta’ ħiters tal-post lokali tal-elettriku radjanti li jiddu b’mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ugwali għal jew inqas minn 1,2 kW, ħlief għall-ħiters tal-post lokali portabbli radjanti li jiddu b’mod viżibbli, tal-elettriku, ma għandhiex tkun inqas minn 40,5 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali portabbli, tal-elettriku, radjanti li jiddu b’mod viżibbli ma għandhiex tkun inqas minn 39,5 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali luminużi ma għandhiex tkun inqas minn 90,0 %;
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali bit-tubi ma għandhiex tkun inqas minn 80,0 %.
l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta’ vireg tax-xugamani b’potenza termika nominali ta’ iktar minn 250 W ma għandhiex tkun inqas minn 46,0 %;
l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post staġonali ta’ vireg tax-xugamani b’potenza termika nominali ta’ iktar minn 60 W u ugwali għal jew inqas minn 250 W ma għandhiex tkun inqas minn 42,1 %.
(2) Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku li jżommu s-sħana fihom għandhom ikunu mgħammra b’kontroll elettroniku taċ-ċarġ tas-sħana b’feedback dwar it-temperatura tal-kamra u/jew ta’ barra u potenza termika assistita b’fann.
(3) Il-vireg tax-xugamani b’potenza termika nominali ugwali għal jew inqas minn 60 W għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu biss permezz ta’ limitazzjoni tal-ħin ta’ tħaddim b’perjodu massimu ta’ żmien stabbilit minn qabel mhux itwal minn 6 sigħat.
(4) Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku introdotti fis-suq mingħajr kontroll ma għandhomx ikunu jistgħu jipprovdu potenza termika mingħajr kontroll.
2. Rekwiżiti għall-emissjonijiet
L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil gassuż jew bi fjuwils likwidi ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin abbażi tal-GCV:
l-emissjonijiet tal-NOx minn ħiters tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ, minn ħiters tal-post lokali b’ċumnija, minn ħiters tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa b’faċċata magħluqa, minn ħiters tal-post lokali bit-tromba taċ-ċumnija bbilanċjata u minn ħiters tal-post lokali mingħajr tromba taċ-ċumnija ma għandhomx jaqbżu l-120 mg/kWhinput;
emissjonijiet tal-NOx li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali luminużi u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi ma għandhomx jaqbżu l-180 mg/kWhinput.
3. Rekwiżiti għal modalitajiet b’potenza baxxa
Il-ħiters tal-post lokali li jkollhom kontrolli, u kontrolli separati relatati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
għandu jkollhom modalità mitfi jew modalità standby, jew it-tnejn. Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) ma għandux jaqbeż iż–0,50 W u l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) ma għandux jaqbeż iż–0,50 W; mid-9 ta’ Mejju 2027, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi ma għandux jaqbeż iż–0,30 W;
jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux ikun aktar minn 1,00 W;
jekk il-modalità standby tipprevedi konnessjoni ma’ network u tipprovdi standby man-network, kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2023/826, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità (Pnsm ) ma għandux ikun aktar minn 2,00 W; jekk il-komunikazzjoni bejn il-ġeneratur tas-sħana u l-kontroll tkun mingħajr fili jew permezz ta’ trasportatur tal-wajer tal-kurrent, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux jaqbeż it–3,00 W;
jekk jipprovdu għal modalità idle, il-konsum tal-enerġija tal-modalità idle (Pidle ) ma għandux jaqbeż 1,00 W bħala medja fuq siegħa, ħlief jekk il-modalità idle tkun tiddependi fuq l-input minn konnessjoni man-network biex tiġi pprovduta s-sħana awtomatikament lill-kamra, f’liema każ il-konsum tal-enerġija ma għandux jaqbeż medja ta’ 3,00 W bħala medja tul siegħa.
4. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott
(1) Il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, u l-websajts b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, inklużi l-ħiters tal-post lokali mingħajr tromba taċ-ċumnija u esklużi l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-informazzjoni mogħtija fit-Tabella 1 jew, fil-każ tal-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness, bil-parametri tekniċi mkejla u kkalkolati f’konformità mal-Anness III u li turi ċ-ċifri sinifikanti indikati f’dawk it-tabelli;
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 3 jew, fil-każ tal-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness, bil-parametri tekniċi tagħhom imkejlin u kkalkulati f’konformità mal-Anness III u li turi ċ-ċifri sinifikanti indikati f’dawk it-tabelli;
għall-ħiters tal-post lokali għal użu domestiku introdotti fis-suq mingħajr kontroll, it-Tabella 7 kif murija f’dan l-Anness u mingħajr ebda modifika;
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-informazzjoni mogħtija fit-Tabella 5 ta’ dan l-Anness, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati f’konformità mal-Anness III u li turi ċ-ċifri sinifikanti indikati f’dik it-Tabella;
kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew meta jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;
informazzjoni li hija rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom;
għall-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, l-informazzjoni mogħtija fit-Tabella 2 u fit-Tabella 4 għandha titfassal għal mill-inqas kombinament wieħed ta’ ħiter tal-post lokali u funzjonijiet ta’ kontroll li jagħmlu l-prodott konformi ma’ dan ir-Regolament;
għal kontrolli separati relatati, it-Tabella 7 kif murija f’dan l-Anness u mingħajr kwalunkwe modifika, u l-informazzjoni fit-Tabella 6.
(2) Il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott għandhom jinkorporaw l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja b’tali mod li jiżguraw viżibbiltà u leġibbiltà ċari u b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti tal-Istat Membru fejn il-prodott jiġi kkummerċjalizzat:
għall-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll:
“Dan il-prodott huwa [daħħal il-kategorija tal-prodott f’konformità mal-punt 1(1) ta’ dan l-Anness] u, sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1103, jeħtieġ li jiġi kkomplementat b’kontroll li jipprovdi mill-inqas il-funzjonijiet ta’ kontroll li ġejjin:
għall-ħiters tal-post lokali bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali b’fetħa għaċ-ċumnija biss:
“Dan il-prodott ma huwiex adattat għal għanijiet ta’ tisħin primarji”;
għall-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti, din is-sentenza għandha tkun fuq il-qoxra ta’ quddiem tal-manwal;
għas-siti web tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħrajn tal-prodott;
għall-imballaġġ tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f’post prominenti fuq l-imballaġġ;
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli u għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli radjanti li jiddu b’mod viżibbli:
“Dan il-prodott huwa adattat biss għal spazji iżolati sew jew għal użu okkażjonali.”;
għall-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti, din is-sentenza għandha tkun fuq il-qoxra ta’ quddiem tal-manwal;
għas-siti web tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħrajn tal-prodott;
għall-imballaġġ tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f’post prominenti fuq l-imballaġġ.
(3) Għal kontrolli separati relatati, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott għandhom jinkorporaw l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja b’tali mod li jiżguraw viżibbiltà u leġibbiltà ċari u b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti tal-Istat Membru fejn il-prodott jiġi kkummerċjalizzat:
“Dan il-kontroll għandu l-funzjonijiet ta’ kontroll li ġejjin”:
[lista tal-kodiċijiet tal-funzjoni ta’ kontroll f’konformità mal-format skont it-Tabella 7. Il-format tal-kodiċi huwa TC (f1/f2/f3/f4/f5/f6/f7/f8), fejn TC huwa l-kodiċi għall-funzjoni F(2) u f1 sa f8 huma l-kodiċijiet tal-funzjoni F(3) rispettiva jekk din il-funzjoni tkun preżenti, jew inkella “0”].
(4) Il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web aċċessibbli mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott jista’ jkun fihom informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi tal-prodott li tista’ tkun utli għall-installaturi u għall-utenti, inkluż informazzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ħiters u tal-kontrolli biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punti 1 u 3 ta’ dan l-Anness.
5. Rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riżorsi
(1) Disponibbiltà tal-ispare parts:
Għall-mudelli kollha li għalihom l-unitajiet jiġu introdotti fis-suq mill-1 ta’ Lulju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tat-tekniċi professjonali tat-tiswija tal-inqas l-ispare parts li ġejjin:
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli u għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli radjanti li jiddu b’mod viżibbli:
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi, il-vireg tax-xugamani u l-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art:
għall-ħiters tal-post lokali tal-ħażna li jaħdmu bl-elettriku:
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku radjanti li jiddu b’mod viżibbli, għajr ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli radjanti li jiddu b’mod viżibbli:
id-disponibbiltà tal-ispare parts imsemmija fil-punt (a), għandha tiġi żgurata għal perjodu minimu li jibda mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025 jew sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità tal-mudell, skont liema data tkun l-iktar tard, u li jintemm mill-inqas 10 snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell ikkonċernat. Għal dan l-għan, il-lista ta’ spare parts u l-proċedura biex jiġu ordnati għandhom ikunu disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, b’aċċess bla ħlas, mill-inqas matul il-perjodu minimu indikat hawn fuq;
għall-mudelli kollha li għalihom l-unitajiet jiġu introdotti fis-suq mill-1 ta’ Lulju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-ħiters tal-post lokali għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tat-tekniċi professjonali tat-tiswija tal-inqas l-ispare parts li ġejjin:
id-disponibbiltà tal-ispare parts skont il-punt (c) għandha tiġi żgurata għal perjodu minimu li jibda mill-mument tat-tqegħid ta’ dik l-unità fis-suq u li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar unità tal-mudell ikkonċernat tiġi introdotta fis-suq. Għal dan l-għan, il-lista ta’ spare parts, il-proċedura biex jiġu ordnati u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, b’aċċess bla ħlas, mill-inqas matul il-perjodu minimu indikat hawn fuq;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-ħiters tal-post lokali għandhom jiżguraw li l-ispare parts imsemmija fil-punti (a) u (c) ikunu jistgħu jiġu sostitwiti bl-użu ta’ għodod disponibbli faċilment, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-ħiter tal-post lokali;
tul il-perjodi msemmija fil-punti (b) u (d), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-inqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti (a) u (c), inkluż il-prezz indikattiv qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-ħiters tal-post lokali li jużaw software għandhom jagħmlu disponibbli aġġornamenti tas-software u tal-firmware għal mill-inqas 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-prodott, u dawn l-aġġornamenti għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas.
(2) Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:
Matul il-perjodu tad-disponibbiltà tal-ispare parts, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts fi żmien 10 ijiem xogħol wara l-wasla tal-ordni.
(3) L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni:
Matul il-perjodu msemmi fil-punt 1(b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lil tekniċi tat-tiswija professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
fuq is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jiġi indikat il-proċess ta’ kif it-tekniċi professjonali tat-tiswija jistgħu jitolbu aċċess għall-informazzjoni; sabiex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lit-tekniku professjonali tat-tiswija biex juri li:
it-tekniku professjonali tat-tiswija għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-ħiters tal-post lokali u jikkonforma mar-regolamenti applikabbli għat-tekniċi tat-tiswija tal-ħiters tal-post lokali fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala tekniku professjonali tat-tiswija, meta tkun teżisti sistema bħal din fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;
it-tekniku professjonali tat-tiswija huwa kopert b’assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ mill-Istat Membru;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jirċievu aġġornamenti regolari. Tariffa titqies raġonevoli jekk din ma tiskoraġġix l-aċċess billi tonqos milli tqis il-punt sa fejn it-tekniku professjonali tat-tiswija jagħmel użu mill-informazzjoni;
ladarba jkun irreġistrat, tekniku professjonali tat-tiswija għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta għal mudell ta’ ħiter tal-post lokali jew għal mudell ta’ ħiter tal-post lokali ekwivalenti tal-istess familja, jekk ikun rilevanti;
l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:
l-identifikazzjoni inekwivoka tal-ħiter tal-post lokali;
mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
manwal tekniku tal-istruzzjonijiet għat-tiswija;
lista ta’ tagħmir tat-tiswija u tal-ittestjar neċessarju;
informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi għall-kejl);
dijagrammi tal-wajers u tal-konnessjonijiet;
kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat u tal-erruri (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, fejn applikabbli);
struzzjonijiet għall-installazzjoni ta’ software u firmware rilevanti inkluż is-software tar-risettjar;
informazzjoni dwar kif isir l-aċċess għar-rekords tad-data ta’ inċidenti ta’ ħsara rrappurtati maħżuna fuq il-ħiter tal-post lokali (meta applikabbli); kif ukoll
dijagrammi tal-bord elettroniku;
ħlief għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew tal-fjuwils likwidi, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat itemm l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.
(4) Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u għar-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-ħiters tal-post lokali jkunu ddisinjati b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) ikunu jistgħu jitneħħew mill-apparat bl-użu ta’ għodod disponibbli faċilment;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.
6. Dokumentazzjoni teknika
(1) Id-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 u għall-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
il-valuri ddikjarati tal-parametri kollha speċifikati fit-Tabelli 1 sa 5; għal dan il-għan, jista’ jintuża l-istess tqassim tat-Tabelli 1 sa 5;
lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, jekk applikabbli;
l-elementi l-oħrajn kollha indikati fl-Artikolu 4, meta applikabbli.
(2) Fil-każ tal-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, l-informazzjoni mogħtija fit-tabelli 2 u 4 għandha titfassal għall-kombinament(i) ta’ ħiter tal-post lokali u tal-funzjonijiet ta’ kontroll skont il-punt 4(1)(g);
(3) Id-dokumentazzjoni teknika għall-kontrolli separati relatati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
il-valuri ddikjarati tal-parametri kollha speċifikati fit-Tabella 6; għal dan il-għan, jista’ jintuża l-istess tqassim tat-Tabella 6;
lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, jekk applikabbli;
l-elementi l-oħrajn kollha indikati fl-Artikolu 4, meta applikabbli.
Tabella 1: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-ħiters tal-post lokali tal-gass jew tal-fjuwils likwidi
Tabella 2: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-gass/bil-fjuwils likwidi introdotti fis-suq mingħajr kontroll
Tabella 3: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku
Tabella 4: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku introdotti fis-suq mingħajr kontroll
Tabella 5: Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-ħiters tal-post lokali kummerċjali
Tabella 6: Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kontrolli separati relatati
Tabella 7: Kodiċijiet tal-funzjoni ta’ kontroll
|
|
|
Kodiċi tal-kontroll tat-temperatura (TC) |
Funzjonijiet ta’ kontroll |
|||||||
|
f1 |
f2 |
f3 |
f4 |
f5 |
f6 |
f7 |
f8 |
|||
|
Tip ta’ kontroll tat-temperatura |
Stadju wieħed, mingħajr kontroll tat-temperatura |
NC |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Żewġ stadji manwali jew iktar, ebda kontroll tat-temperatura |
TX |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta’ termostat mekkaniku |
TM |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa |
TE |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa b’timer tal-ġurnata |
TD |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer tal-ġimgħat |
TW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Funzjonijiet ta’ kontroll |
Detezzjoni ta’ preżenza |
|
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Detezzjoni ta’ tieqa miftuħa |
|
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Għażla ta’ kontroll mill-bogħod |
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
Kontroll tal-bidu adattiv |
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
|
|
Limitazzjoni tal-ħin operazzjonali |
|
|
|
|
|
5 |
|
|
|
|
|
Sensur b’boċċa sewda |
|
|
|
|
|
|
6 |
|
|
|
|
Funzjonalità ta’ awtoapprendiment |
|
|
|
|
|
|
|
7 |
|
|
|
Akkuratezza tal-kontroll b’CA < 2 Kelvin u CSD < 2 Kelvin |
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
ANNESS III
Metodi ta’ kejl u kalkoli msemmija fl-Artikolu 3
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan l-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-iktar avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali.
1. kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli
Il-valuri ddikjarati għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jiġu ttondjati għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.
Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali għandhom jiġu ttondjati għall-eqreb tielet ċifra wara l-punt deċimali. Għall-ħiters tal-post lokali l-oħra kollha, il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali għandhom jiġu ttondjati għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.
Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jiġu ttondjati għall-eqreb numru sħiħ.
Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża minn manifattur, minn importatur jew minn rappreżentant awtorizzat għall-kalkoli f’dan l-Anness.
Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi, għajr għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, it-temperatura tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija u t-temperatura tal-arja tal-kombustjoni għandhom jitkejlu għat-tul minimu totali tal-pajp tat-tubu tat-tromba taċ-ċumnija ddikjarat mill-manifattur fil-manwal tal-installazzjoni iżda ta’ mhux iktar minn 1,5 metru (is-somma tat-tul tal-pajp vertikali u orizzontali). Jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda dikjarazzjoni, il-kejl għandu jsir b’tul totali tal-pajp ta’ 1,5 metru.
Għal kontrolli separati relatati, għandu jiġi ċċekkjat il-funzjonament korrett tal-funzjonijiet ta’ kontroll.
2. Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġonali
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b’kontribuzzjonijiet li jqisu l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.
Għall-ħiters tal-post lokali li jiġu introdotti fis-suq flimkien mal-kontroll, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandha titkejjel u tiġi kkalkulata bil-kontroll li jkun hemm fl-imballaġġ.
Għall-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post staġonali għandha titkejjel u tiġi kkalkulata għal kull kombinament differenti ta’ ħiter tal-post lokali u ta’ funzjonijiet ta’ kontroll indikati mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat skont l-Anness II, il-punt 4(2)(a).
3. Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet
Għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil gassuż jew bi fjuwil likwidu, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu mkejla, u espressi f’diossidu tan-nitroġenu. Il-kejl tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandu jkun konkorrenti mal-kejl tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post.
Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika tapplika l-emissjoni b’tagħbija sħiħa ta’ NOx(max).
4. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġonali
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali għal użu hija ddefinita kif ġej:
għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi u għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, għajr għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku
fejn:
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali
fejn:
għall-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn:
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn:
l-effiċjenza termali ponderata (ηS,th ) hija kkalkulata kif ġej:
fejn:
jekk il-manifattur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat fl-ispazju ta’ fuq ġewwa li jrid jissaħħan, it-telf mill-involukru jkun ta’ 0 (żero);
jekk il-manifattur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat ’il barra miż-żona msaħħna, il-fattur ta’ telf mill-involukru jkun jiddependi fuq it-trażmittanza termali tal-involukru tal-ġeneratur tas-sħana skont it-Tabella 8;
Tabella 8: Il-fattur ta’ telf mill-involukru tal-ġeneratur tas-sħana
|
Trażmittanza termali tal-involukru (U) |
Fenv |
|
U ≤ 0,5 |
2,2 % |
|
0,5 < U ≤ 1,0 |
2,4 % |
|
1,0 < U ≤ 1,4 |
3,2 % |
|
1,4 < U ≤ 2,0 |
3,6 % |
|
U>2,0 |
6,0 % |
l-effiċjenza tal-emissjoni (ηS,RF ) hija kkalkulata kif ġej:
fejn RFS hija l-fattur radjanti tal-ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, espress bħala perċentwal;
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali kollha minbarra s-sistemi ta’ ħiters bit-tubi:
fejn:
għas-sistemi ta’ ħiters bit-tubi:
fejn:
l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq tapplika biss jekk il-berner, it-tubi u r-rifletturi tas-segment tat-tubu użati fis-sistema ta’ ħiter bit-tubi jkunu mibnijin b’mod identiku għall-ħiter tal-post lokali b’tubu wieħed u s-settings li jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-segment tat-tubu huma bħal dawk ta’ ħiter tal-post lokali b’tubu wieħed;
il-fattur ta’ korrezzjoni F(1) huwa kkalkulat kif ġej:
Tabella 9: Il-fattur ta’ korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali kummerċjali
|
It-tip ta’ kontroll tal-potenza termika tal-prodotti huwa: |
F(1) [%] |
Bil-limiti li ġejjin |
|
Bi stadju wieħed |
|
|
|
B’żewġ stadji |
|
2,5 % ≤ F(1) ≤ 5,0 % |
|
Modulanti |
|
0 % ≤ F(1) ≤ 5,0 % |
il-fattur ta’ korrezzjoni F(2), huwa ugwali għal wieħed mill-fatturi skont it-Tabella 10, jiddependi minn liema funzjoni ta’ kontroll tapplika. Jista’ jintgħażel biss valur wieħed; il-funzjonijiet imsemmija fit-Tabella 10 għandhom jiġu attivati u jkunu funzjonali meta t-tagħmir jiġi introdott fis-suq jew meta jitqiegħed fis-servizz u jiġi attivat bil-konfigurazzjoni inizjali tiegħu wara li t-tagħmir jiġi kkonfigurat mill-ġdid għall-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tal-fabbrika tiegħu;
Tabella 10: Il-fattur ta’ korrezzjoni F(2)
|
Jekk il-prodott jiġi introdott fis-suq (tista’ tapplika għażla waħda biss) |
F(2) |
||||||
|
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku |
għall-ħiters tal-post lokali tal-gass jew tal-fjuwils likwidi |
||||||
|
Portabbli |
Fissi |
Ħżin |
Taħt l-art |
Radjanti li jiddu b’mod viżibbli |
vireg tax-xugamani |
||
|
potenza termika bi stadju wieħed, mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
żewġ stadji manwali jew iktar, ebda kontroll tat-temperatura |
0,025 |
0 |
0 |
0 |
0,050 |
0,030 |
0,025 |
|
b’kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta’ termostat mekkaniku |
0,100 |
0,025 |
0,025 |
0,025 |
0,025 |
0,030 |
0,050 |
|
b’kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa |
0,160 |
0,050 |
0,050 |
0,050 |
0,080 |
0,030 |
0,100 |
|
b’kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer tal-ġurnata |
0,170 |
0,095 |
0,095 |
0,095 |
0,100 |
0,095 |
0,125 |
|
b’kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer tal-ġimgħat |
0,190 |
0,150 |
0,150 |
0,150 |
0,120 |
0,150 |
0,150 |
il-fattur ta’ korrezzjoni F(3) huwa kkalkulat bħala l-għadd flimkien tal-valuri skont it-Tabella 11, skont liema funzjoni(jiet) ta’ kontroll tapplika/japplikaw; il-funzjonijiet imsemmija fit-Tabella 11 għandhom jiġu attivati u jkunu funzjonali meta t-tagħmir jiġi introdott fis-suq jew meta jitqiegħed fis-servizz u jiġi attivat bil-konfigurazzjoni inizjali tiegħu wara li t-tagħmir jiġi kkonfigurat mill-ġdid għall-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tal-fabbrika tiegħu;
Tabella 11: Il-fattur ta’ korrezzjoni F(3)
|
Jekk il-prodott jiġi introdott fis-suq ma’ (jistgħu japplikaw diversi għażliet): |
F(3) |
||||||
|
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku |
għall-ħiters tal-post lokali tal-gass jew tal-fjuwils likwidi |
||||||
|
Portabbli |
Fissi |
Ħżin |
Taħt l-art |
Radjanti li jiddu b’mod viżibbli |
vireg tax-xugamani |
||
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b’detezzjoni ta’ preżenza |
0,005 |
0 |
0 |
0 |
0,040 |
0 |
0,025 |
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b’detezzjoni ta’ tieqa miftuħa |
0,005 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0,025 |
|
b’għażla ta’ kontroll mill-bogħod |
0 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0 |
0 |
0,025 |
|
b’kontroll tal-bidu adattiv |
0,005 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0 |
0,020 |
0 |
|
b’limitazzjoni tal-ħin operazzjonali |
0,005 |
0 |
0 |
0 |
0,020 |
0,020 |
0 |
|
b’sensur b’boċċa sewda |
0 |
0 |
0 |
0 |
0,040 |
0 |
0 |
|
b’funzjonalità ta’ awtoapprendiment |
0 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0,010 |
0,020 |
0,0125 |
|
Akkuratezza tal-kontroll b’CA < 2 Kelvin u CSD < 2 Kelvin |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0,020 |
0 |
0,020 |
0,0125 |
il-fattur ta’ korrezzjoni F(4) huwa kkalkulat bħala:
għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-gass jew bil-fjuwils likwidi għajr għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn:
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku F(4) = 1;
il-fattur ta’ korrezzjoni F(5) huwa kkalkulat kif ġej:
għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-gass jew bil-fjuwils likwidi għajr għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn:
għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:
fejn:
f’każ li l-prodott ma jkollux dawl (fjamma) pilota permanenti, il-valur ta’ Ppilot ikun ta’ 0 (żero);
Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku F(5) = 1.
5. Modalitajiet b’potenza baxxa
Il-konsum tal-enerġija tal-modalità mitfi (Po ), il-modalità standby (Psm ), u meta applikabbli l-modalità idle (P idle ) u l-modalità standby man-network (Pnsm ) jitkejlu, espressi f’W u mqarrba sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali.
Matul il-kejl tal-konsum tal-potenza f’modalitajiet b’potenza baxxa, il-funzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:
il-wiri jew le ta’ informazzjoni;
l-attivazzjoni jew le ta’ konnessjoni man-network.
Jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, din il-funzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll meta tiġi pprovduta l-modalità standby man-network.
Għal kontrolli separati relatati, il-konsum tal-enerġija tal-modalitajiet ta’ potenza baxxa għandu jitkejjel bil-vultaġġ tal-mejns tal-elettriku. Jekk il-konsum tal-enerġija tal-modalitajiet ta’ potenza baxxa jista’ jitkejjel biss f’livell ta’ vultaġġ DC, ir-riżultati ta’ dawn il-kejlijiet għal kull modalità ta’ potenza baxxa għandhom jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ 1,5, li jirrappreżenta konverżjoni medja tal-potenza AC-DC ta’ 67 %, sabiex wieħed jasal għall-valuri li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-modalitajiet ta’ potenza baxxa.
6. Akkuratezza tal-kontroll u devjazzjoni mill-kontroll sal-valur programmat
Għall-ħiters tal-post lokali u għall-kontrolli separati relatati, CA u CSD għandhom jitkejlu kull meta l-manifattur jiddikjara CA < 2K u CSD < 2K.
ANNESS IV
Metodi tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 3
Ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, għajr il-ħiters luminużi u ħiters bit-tubi
|
Parametru |
ESO |
Referenza/ Titlu |
Noti |
|
Potenza termika diretta |
CEN |
EN 613:2021 § 7.11 EN 1266:2002 § 7.12. EN 13278:2013 Ħiters indipendenti bil-faċċata miftuħa li jaħdmu bil-gass fi spazji miftuħin § 6.3.1 u § 6.12 u § 7.12 u § 7.3.1 EN 449:2002+A1:2007 |
Din hija l-potenza termika trażmessa fl-ispazju li fih ikun installat il-prodott. Għandha tiġi kkalkolata bl-ekwazzjoni Potenza termika diretta = Qn * η, fejn Qn hija l-input tas-sħana nominali u η hija l-effiċjenza nominali. Il-potenza termika diretta għandha tiġi kkalkulata bħala l-valur kalorifiku gross. |
|
Potenza termika indiretta |
CEN |
|
Il-potenza termika indiretta ta’ ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi ma hijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika jistgħu jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 16510-1 |
|
L-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u minima: ηth,nom , ηth,min |
CEN |
EN 613:2021 § 7.11.2 EN 1266:2002 § 6.12 u § 7.12.2 EN 13278:2013 § 6.12 u § 7.12.2 |
F’EN 613, ηth,nom u ηth,min għandhom jiġu kkalkolati bħala η f’kundizzjonijiet applikabbli għall-potenza termika nominali u minima, jekk rilevanti. F’EN 1266 u f’EN 13278, ηth,nom tikkorrispondi għal η jekk iddeterminata b’input termiku nominali. ηth,min tikkorrispondi għal η jekk tiġi ddeterminata b’input termiku minimu. Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom , Pmin |
CEN |
EN 613:2021 EN 1266:2002 § 6.3.1 u § 6.3.3 & § 7.3.1 u § 7.3.5 § 6.12 u § 7.12 EN 13278:2013 § 6.3.1 u § 6.3.3 u § 7.3.1 u § 7.3.5 & § 6.12 u § 7.12.2 EN 449:2002+A1:2007 § 5.15.1 u § 5.15.2 & § 6.15.1 & § 6.15.2 |
F’EN 613, Pnom għandha tiġi ddeterminata bħala Pnom = Qn*η applikabbli għal kundizzjonijiet ta’ potenza nominali. Għal Qn ara § 7.3.1. Pmin għandha tiġi ddeterminata bħala Pmin = potenza termika minima*η. Għall-potenza termika minima, ara § 7.3.5. F’EN 1266, f’EN 13278:2013 u f’EN 449, Pnom għandha tiġi ddeterminata b’Pnom = Qn*ηth,nom u Pmin għandha tiġi ddeterminata b’Pmin = Qm*ηth,min. Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, elmax |
CEN |
EN 15456:2008: § 5.1.3.1. |
elmax tikkorrispondi għal Paux 100, imkejla f’operazzjoni ta’ tagħbija nominali. |
|
Konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima: elmin |
CEN |
EN 15456:2008: § 5.1.3.2. |
elmin tikkorrispondi ma’ Paux 30, imkejla fit-tħaddim ta’ parti mit-tagħbija applikabbli. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby: elsm |
CEN |
EN 15456:2008: § 5.1.3.3 jew EN 50564:2011 § 5.3 |
elsm tikkorrispondi jew għal Paux sb f’EN15456 jew għall-konsum tal-elettriku fil-modalità standby f’EN 50564. |
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
CEN |
EN 613:2021 § 7.7.4 EN 1266:2002 § 7.7.4 u l-Anness G EN 13278:2013 § 7.7.4 u l-Anness H Ħiters mingħajr ċumnija: EN 14829:2007 § 7.9.4 |
EN613, EN1266 u EN13278 jistabbilixxu l-emissjonijiet ta’ NOx bħala valuri ppeżati f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija sħiħa-modulanti-minima. EN 14829:2007 Metodu ta’ ttestjar ta’ NOx li għandu jitqies għal ħiter tal-gass mingħajr tromba taċ-ċumnija. |
|
Potenza tal-fjamma pilota permanenti: Ppilot |
CEN |
EN 1266:2002 § 7.3.4 |
EN613 u EN13278 ma għandhomx klawżola li tiddeskrivi kif jiġi kkalkolat l-input termiku ta’ berner tat-tqabbid. |
|
Akkuratezza tal-kontroll u Devjazzjoni mill-Kontroll sal-Valur Programmat: CA u CSD |
CEN |
|
L-akkuratezza tal-kontroll għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi ma hijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandhom jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 15500-1. |
Ħiters tal-post lokali tal-fjuwil likwidu
|
Parametru |
ESO |
Referenza/ Titlu |
Noti |
|
Potenza termika diretta |
CEN |
EN 1:1998 § 6.6.2 EN 13842:2004: § 6.3. |
Il-potenza termika diretta hija l-kapaċità termika skont EN 1 § 6.6.2. F’EN 13842, il-potenza termika diretta tista’ tiġi kkalkolata bħala Q0* (1-qA). Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika indiretta |
CEN |
|
Il-potenza termika indiretta ta’ ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi ma hijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandhom jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 16510-1 |
|
L-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u minima: ηth,nom, ηth,min |
CEN |
EN 1:1998 § 6.6.1.2 EN 13842:2004 § 6.5.6 |
Skont EN 1, ηth,nom tikkorrispondi għal η bir-rata massima tal-fluss taż-żejt, ηth,min għandha tiġi ddeterminata bħala η bir-rata minima tal-fluss taż-żejt. Skont EN 13842, ηth,nom għandha tiġi kkalkolata bħala ηth,nom = 1-qA, b’qA imkejla b’input termiku nominali, jew b’input termiku minimu (meta applikabbli). Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom , Pmin |
CEN |
EN 1:1998/A1:2007 § 6.5.2.1 EN 13842:2004: § 6.3. |
Skont EN 1, Pnom tikkorrispondi ma’ P bir-rata massima (nominali) jew minima tal-fluss taż-żejt. Skont EN 13842, il-potenza termika nominali tista’ tiġi kkalkolata bħala: Q0*(1-qA) għal kundizzjonijiet tal-potenza termika nominali u minima. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, elmax |
CEN |
EN 15456:2008 § 5.1.3.1. |
elmax tikkorrispondi għal Paux 100 f’EN15456. |
|
Konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima: elmin |
CEN |
EN 15456:2008, § 5.1.3.2. |
Tikkorrispondi għar-rekwiżit ta’ potenza awżiljarja Paux 30 f’EN15456 |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby: Psm |
CEN |
EN 15456:2008, § 5.1.3.3. jew EN 50564:2011§ 5.3. |
Tikkorrispondi għal Paux sb f’EN15456 jew għall-konsum tal-elettriku fil-modalità standby f’EN 50564. |
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
CEN |
EN 1:1998/A1:2007 § 6.6.4 EN 13842 l-Anness C7 |
Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandu jintuża l-metodu f’EN 1. |
|
Potenza tal-fjamma pilota permanenti: Ppilot |
CEN |
EN 1266:2002, § 7.3.4 |
Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika ta’ dan ir-rekwiżit tal-potenza għandu jintuża l-metodu bħal f’EN1266:2002, § 7.3.4. |
|
Akkuratezza tal-kontroll u Devjazzjoni mill-Kontroll sal-Valur Programmat: CA u CSD |
CEN |
|
L-akkuratezza tal-kontroll tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi ma hijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandhom jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 15500-1 |
Ħiters tal-post lokali tal-elettriku
|
Parametru |
ESO |
Referenza/ Titlu |
Noti |
|
Potenza termika nominali: Pnom |
CENELEC |
Għall-ħiters tal-elettriku portabbli, ħiters imwaħħlin u ħiters ta’ taħt l-art: EN/IEC 60675:1995/A11:2019 Klawżola 16C Għall-ħiters li jaħżnu s-sħana li jaħdmu bl-elettriku: EN 60531:2000/A11:2019 § 9.3 |
Skont EN 60675:1995/A11:2019 jekk ma jkun hemm ebda potenza termika indiretta, il-potenza termika massima kontinwa (il-klawżola 16A) tkun ugwali għall-potenza termika nominali. Pnom tikkorrispondi għall-istandards applikabbli li ġejjin: IEC/EN 60335-1: Apparati tal-elettriku domestiċi u apparati simili — sikurezza — vultaġġ attribwit: 250 V għal apparati ta’ monofażi, sa 480 V għal oħrajn, mhux maħsub għal apparat għall-użu domestiku bħas-soltu. IEC/EN 60335-2-30: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili — sikurezza — rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-kmamar. IEC/EN 60335-2-43: Apparat elettriku li jintuża fid-djar u apparati simili - Sikurezza - Parti 2-43: Rekwiżiti partikolari għal magni għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u vireg tax-xugamani. IEC/EN 60335-2-61: Apparati tal-elettriku domestiċi u apparati simili — sikurezza — rekwiżiti partikolari għall-ħiters termiċi li jżommu s-sħana fihom għall-kmamar. IEC/EN 60335-2-96: Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — sikurezza — rekwiżiti partikolari għal elementi tat-tisħin magħmulin minn pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar. IEC/EN 60335-2-106: Apparati tal-elettriku domestiċi u apparati simili — sikurezza — rekwiżiti partikolari għal twapet imsaħħna u għal unitajiet ta’ tisħin għat-tisħin tal-kmamar. IEC/EN 60531:1991. Ħiters termiċi li jżommu s-sħana fihom għall-kmamar — metodi għall-kejl tal-prestazzjoni |
|
Potenza termika massima kontinwa: Pmax,c |
CENELEC |
Għall-ħiters tal-elettriku portabbli, ħiters imwaħħlin u ħiters ta’ taħt l-art: EN/IEC 60675:1995/A11:2019 Klawżola 16 A |
Pmax,c tikkorrispondi għall-potenza li tista’ tintuża f’IEC 60675 |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby: Psm |
CENELEC |
EN 50564:2011 § 5.3 |
Tikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby f’EN 50564. |
|
F(2) u F(3) |
CENELEC |
Għall-ħiters tal-elettriku portabbli, ħiters imwaħħlin u ħiters ta’ taħt l-art: EN 60675:1995/A11:2019 § 17 |
EN 60675 jipprovdi metodi ta’ ttestjar għall-funzjonijiet kollha ta’ kontroll li jikkorrispondu għal F(2) u F(3), ħlief għall-akkuratezza tal-kontroll u l-funzjonalità tal-awtoapprendiment |
|
Akkuratezza tal-kontroll u Devjazzjoni mill-Kontroll sal-Valur Programmat: CA u CSD |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.4 & § 6.3 |
|
Ħiters tal-post lokali luminużi u bit-tubi
|
Parametru |
ESO |
Referenza/ Titlu |
Noti |
|
L-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u minima: ηth,nom , ηth,min |
CEN |
Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi b’segmenti tat-tubu li ma humiex strixxi: EN 416:2019 § 7.6.5. Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi b’segmenti tat-tubu li huma strixxi: EN 17175:2019 |
|
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom , Pmin |
CEN |
Ħiters tal-post lokali luminużi: EN 419:2019 Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi b’segmenti tat-tubu li ma humiex strixxi: EN 416:2019 Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi b’segmenti tat-tubu li huma strixxi: EN 17175:2019 |
Għall-ħiters tal-post lokali luminużi u bit-tubi, il-potenza termika hija kkalkolata bħala: potenza termika = potenza termika Qn * effiċjenza utli, fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima. Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku gross tal-fjuwil. |
|
Fattur ta’ telf mill-involukru: Fenv |
CEN |
EN 1886:2007 § 8.2.1 |
Fenv tiddependi fuq il-klassi T1 sa T5 kif stabbilit minn EN 1886. |
|
Fattur radjanti (RF għan-nominali u għall-minima): RFnom u RFmin |
CEN |
Ħiters tal-post lokali luminużi: EN 419:2019: § 7.6.3 Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi: EN 416:2019 § 7.5.3 Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi b’segmenti tat-tubu li huma strixxi: EN 17175:2019 |
RF fil-potenza termika nominali tikkorrispondi għal Rf fl-istandard. RF fil-potenza termika minima tikkorrispondi għal Rf, iżda mkejla f’potenza termika minima. Rf għandu jkun ibbażat fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali: elmax |
CEN |
EN 416:2019 § 6.4.2 EN 419:2019 § 6.8.2 EN 17175:2019 |
|
|
Konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima: elmin |
CEN |
EN 416:2019 § 6.4.3 EN 419:2019 § 6.8.3 EN 17175:2019 |
|
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, Psm |
CEN |
EN 416:2019 § 6.4.4 EN 419:2019 § 6.8.4 EN 17175:2019 EN 50564:2011 |
Tikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby f’EN 50564 |
|
Potenza tal-fjamma pilota permanenti: Ppilot |
CEN |
|
La l-istandard EN 416 u lanqas EN 419, u lanqas EN 17175 ma jiddeskrivu metodu għad-determinazzjoni ta’ rekwiżit tal-enerġija għal fjamma pilota permanenti (berner tat-tqabbid). Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika ta’ dan ir-rekwiżit tal-potenza għandu jintuża l-metodu bħal f’EN1266:2002, § 7.3.4. |
Kontrolli
|
Parametru |
ESO |
Referenza/ Titlu |
Noti |
|
Il-modalità mitfi: Po |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.3.2 u § 6.1 EN 50564:2011 § 5.3 |
EN 15500-1 jiddefinixxi t-tqassim bażiku għall-kontrolli tal-ittestjar b’mod separat mill-ħiter tal-post lokali, għalkemm ma jistabbilix metodu speċifiku għall-ittestjar tal-modalità mitfi. Metodu speċifiku għal modalitajiet ta’ potenza baxxa ta’ apparat domestiku li jaħdem bl-elettriku huwa stabbilit f’EN 50564:2011, fejn iridu jsiru l-adattamenti korrispondenti biex jiġu ċċekkjati l-kontrolli. |
|
Il-modalità standby: Psm |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.3.2 u § 6.1 EN 50564:2011 § 5.3 |
EN 15500-1 jiddefinixxi t-tqassim bażiku għall-kontrolli tal-ittestjar b’mod separat mill-ħiter tal-post lokali, għalkemm ma jistabbilix metodu speċifiku għall-ittestjar tal-modalità standby. Metodu speċifiku għal modalitajiet ta’ potenza baxxa ta’ apparat domestiku li jaħdem bl-elettriku huwa stabbilit f’EN 50564:2011, fejn iridu jsiru l-adattamenti korrispondenti biex jiġu ċċekkjati l-kontrolli. |
|
Il-modalità idle: Pidle |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 6.2.1 |
|
|
Standby tan-network: Pnsm |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.3.2 u § 6.1 EN 50564:2011 § 5.3 |
EN 15500-1 jiddefinixxi t-tqassim bażiku għall-kontrolli tal-ittestjar b’mod separat mill-ħiter tal-post lokali, għalkemm ma jistabbilix metodu speċifiku għall-ittestjar tal-modalità standby man-network. Metodu speċifiku għal modalitajiet ta’ potenza baxxa ta’ apparat domestiku li jaħdem bl-elettriku huwa stabbilit f’EN 50564:2011, fejn iridu jsiru l-adattamenti korrispondenti biex jiġu ċċekkjati l-kontrolli. |
|
Modalità standby b’wiri ta’ informazzjoni jew ta’ status |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.3.2 u § 6.1 EN 50564:2011 § 5.3 |
EN 15500-1 jiddefinixxi t-tqassim bażiku għall-kontrolli tal-ittestjar b’mod separat mill-ħiter tal-post lokali, għalkemm ma jistabbilix metodu speċifiku għall-ittestjar tal-modalità standby b’turija ta’ informazzjoni jew ta’ status. Metodu speċifiku għal modalitajiet ta’ potenza baxxa ta’ apparat domestiku li jaħdem bl-elettriku huwa stabbilit f’EN 50564:2011, fejn iridu jsiru l-adattamenti korrispondenti biex jiġu ċċekkjati l-kontrolli. |
|
Akkuratezza tal-Kontroll u Devjazzjoni mill-Kontroll sal-Valur Programmat: CA u CSD |
CEN |
EN 15500-1:2017 § 5.4 & § 6.3 |
|
ANNESS V
Proċedura ta’ verifika għall-fini tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 5
1. It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentanti awtorizzati bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bl-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.
2. Meta mudell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.
3. Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell ta’ ħiter tal-post lokali jew ta’ mudell ta’ kontroll separat relatat mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità singola waħda għal kull mudell;
il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-valuri ddikjarati mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma humiex iktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat mir-riżultati tal-kejlijiet korrispondenti mwettqa skont il-punt 2(g) ta’ dak l-Anness;
il-valuri ddikjarati jkunu jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament, u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li tiġi ppubblikata mill-fabbrikant, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-fabbrikant, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati;
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jivverifikaw l-unità tal-mudell, kwalunkwe sistema ta’ aġġornament tas-software li setgħet ġiet stabbilita mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikolu 7;
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 4 u mar-rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi fil-punt 5 tal-Anness II;
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri determinati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) jikkonformaw mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.
4. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti (3)(b), (i), (ii) (iii) jew (iv), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li ma humiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
5. Meta ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt (3)(b)(v), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell ekwivalenti wieħed jew iktar.
6. Il-mudell għandu jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt (5), il-medja aritmetika tal-valuri determinati tikkonforma mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.
7. Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt (6), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
8. Wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell f’konformità mal-punti (2), (4) jew (7), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
9. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III.
10. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika li huma stabbiliti fit-Tabella 12 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti (3) sa (7) għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 12, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza ta’ verifika oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 12: Tolleranzi tal-verifika
|
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
|
η S għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku |
Il-valur iddeterminat (*) ta’ η S ma huwiex agħar mill-valur iddikjarat ta’ ηs. (*1) |
|
η S għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi |
Il-valur iddeterminat* ta’ η S ma huwiex iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat ta’ ηs. (*1) |
|
η S għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi |
Il-valur iddeterminat* ta’ η S ma huwiex iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat ta’ ηs. (*1) |
|
η S għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali |
Il-valur iddeterminat* ta’ η S ma huwiex iktar minn 10 % anqas mill-valur iddikjarat ta’ ηs. (*1) |
|
Pnom |
Il-valur iddeterminat* ta’ Pnom ma huwiex iktar minn 10 % inqas mill-valur iddikjarat ta’ Pnom . (*1) |
|
L-emissjonijiet ta’ NOx tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali |
Il-valur iddeterminat* ma huwiex iktar mill-valur iddikjarat tal-emissjonijiet ta’ NOx b’iktar minn 10 %. (*1) |
|
Po |
Il-valur iddeterminat* ma għandux jaqbeż il-valur Po iddikjarat b’iktar minn 0,10 W. (*1) |
|
Psm, Pidle, Pnsm |
Il-valur iddeterminat* ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ta’ Psm, Pidle jew Pnsm ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’iktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas. (*1) |
|
(*1)
Jekk jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali f’konformità mal-punt (5), il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati għal dawk it-tliet unitajiet addizzjonali. |
|
ANNESS VI
Il-parametri referenzjarji indikattivi msemmija fl-Artikolu 8
Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:
il-parametri referenzjarji speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali:
għall-ħiters tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ: 65 %;
ħiters tal-post lokali bil-faċċata magħluqa b’kombustjoni miftuħa u ħiters tal-post lokali bi tromba taċ-ċumnija bbilanċjati: 88 %;
ħiters tal-post lokali tal-elettriku: 51 %;
ħiters tal-post lokali luminużi: 92 %;
għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 88 %;
Il-parametri referenzjarji speċifiċi għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali:
għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-gass jew fjuwils likwidi: 50 mg/kWhinput ibbażat fuq GCV;
ħiters tal-post lokali luminużi u ħiters tal-post lokali bit-tubi: 50 mg/kWhinput ibbażat fuq GCV.
Il-parametri referenzjarji speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bilfors ifissru li kombinament ta’ dawk il-valuri jista’ jintlaħaq għal ħiter tal-post lokali wieħed.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
( 3 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
( 4 ) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).