02024D1484 — MT — 15.07.2025 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1484 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (ĠU L 1484 27.5.2024, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 957 |
1 |
20.5.2025 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1070 tas-26 ta’ Mejju 2025 |
L 1070 |
1 |
27.5.2025 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1425 tal-15 ta’ Lulju 2025 |
L 1425 |
1 |
15.7.2025 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1484
tas-27 ta’ Mejju 2024
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni fiżiċi li:
huma responsabbli għal ksur serju jew abbuż tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom jdgħajfu serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fir-Russja;
jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku, jew materjali għal, jew li huma b’xi mod ieħor involuti fi, l-atti stabbiliti fil-punt (a), inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, il-preparazzjoni, l-iffaċilitar jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;
huma assoċjati ma’ persuni msemmija fil-punt (a) jew (b),
kif elenkat fl-Anness.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċji tagħha;
tħat ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
huma responsabbli għal ksur serju jew mill-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jew li l-attivitajiet tagħhom jdgħajfu serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fir-Russja;
jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku, jew materjali għal, jew huma b’xi mod ieħor involuti fi, l-atti stabbiliti fil-punt (a), inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, il-preparazzjoni, l-iffaċilitar jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;
huma assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b),
kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li huma jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, jew ser jinħarġu minnu, sa fejn dawn il-pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għall-finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jew l-organizzazzjoni internazzjonali,
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-soġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fi ħdan il-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx imur kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kwalunkwe tali mgħax, dħul ieħor u pagament jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li dan huwa neċessarju:
għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali;
għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta’ ċentri tad-data fl-Unjoni; jew
għall-bejgħ u t-trasferiment sat-28 ta’ Awwissu 2024, jew fi żmien 6 xhur mid-data tal-elenkar fl-Anness, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti, tad-drittijiet proprjetarji f’persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti fl-Unjoni fejn dawk id-drittijiet proprjetarji jkunu direttament jew indirettament proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness, u wara li jkun ġie ddeterminat li r-rikavat minn tali bejgħ u trasferiment jibqa’ ffriżat.
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Anness.
Artikolu 6
Għandu jiġi pprojbit ukoll li:
jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, l-assistenza teknika, is-servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja.
jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fir-Russja jew għall-użu fir-Russja.
Artikolu 7
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu, [fi żmien 4 ġimgħat] mill-awtorizzazzjoni.
[B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment, l-esportazzjoni, jew l-għoti ta’ servizzi msemmija fihom, b’tali kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li dawn huma neċessarji:
għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inklużi delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali;
għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni neċessarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà, inkluż iċ-ċibersigurtà, tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta’ ċentri tad-data fl-Unjoni.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu, [fi żmien 4 ġimgħat] mill-awtorizzazzjoni.]
Artikolu 8
L-ebda pretensjoni marbuta ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-pagament ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi indikati elenkati fl-Anness;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a), jew f’isimhom.
Artikolu 9
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, bil-ħsieb u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta’ Mejju 2026.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li ma jkunux intlaħqu l-objettivi tagħha.
L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(7), fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2), għandhom jiġu rieżaminati f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 1(1) u 2(1)
A. Persuni fiżiċi
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Nikolai Pavlovich DUBOVIK (Николай Павлович ДУБОВИК) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Nikolai Pavlovich Dubovik huwa mħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jikkunsidra l-appell ta’ kassazzjoni ta’ Alexei Navalny kontra l-verdett fil-proċess “malafama ta’ veteran”. B’hekk, huwa skredita politikament lil Alexei Navalny qabel ir-referendum kostituzzjonali tal-2020 fir-Russja. Għalhekk, Nikolai Dubovik huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
2. |
Eduard Borisovich ERDYNIEV (Эдуард Борисович ЭРДЫНИЕВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Eduard Borisovich Erdyniev huwa mħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jikkunsidra l-appell ta’ kassazzjoni ta’ Alexei Navalny kontra d-deċiżjoni li s-sentenza ta’ probation tiġi ssostitwita b’sentenza sħiħa. Konsegwentement, Alexei. Navalny instab ħati usnin wara, ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika. Għalhekk, Eduard Borisovich Erdyniev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
3. |
Andrey Vladimirovich FEDOROV (Андрей Владимирович ФЕДОРОВ/ФЁДОРОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Vladimirovich Fedorov huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tiegħu, ċaħad l-ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-uffiċjali tal-Investigative Committee of the Russian Federation tat-Tomsk Oblast fir-rigward tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Id-deċiżjoni tiegħu wasslet għall-inkarċerazzjoni ta’ Alexei Navalny. Għalhekk, Andrey Vladimirovich Fedorov huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
|
4. |
Ekaterina Vasilevna FEDOTOVA (NAUMOVA) (Екатерина Васильевна ФЕДОТОВА (НАУМОВА)) |
Pożizzjoni: Rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Russja għall-belt ta’ Khimki, Moscow Oblast Data tat-twelid: 6.11.1995 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Ekaterina Vasilevna Fedotova (Naumova) taħdem fir-Rappreżentanza tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Russja għall-belt ta’ Khimki, Moscow Oblast. Fil-pożizzjoni tagħha, ħadet sehem fil-laqgħa tal-qorti tat-18 ta’ Jannar 2021, organizzata f’għassa tal-pulizija, u esiġiet l-estensjoni tad-detenzjoni illegali ta’ Alexei Navalny bi 30 jum. Għalhekk, Ekaterina Fedotova Vasilevna (Naumova) hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
5. |
Inna Alexandrovna FESENKO (Инна Александровна ФЕСЕНКО) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Data tat-twelid: 22.12.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Inna Alexandrovna Fesenko hija mħallef Russa li taħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tagħha, hija darbtejn irrifjutat ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Pulizija tat-Trasport ta’ Tomsk fir-rigward tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Barra minn hekk, imponiet il-projbizzjoni ta’ ċerti azzjonijiet fuq Ksenia Fadeeva, l-eks kap tal-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ta’ Navalny f’Tomsk,. Għalhekk, Inna Alexandrovna Fesenko hija responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
|
6. |
Ekaterina Viktorovna GALYAUTDINOVA (Екатерина Викторовна ГАЛЯУТДИНОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk Data tat-twelid: 1969 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Ekaterina Viktorovna Galyautdinova hija mħallef Russa li taħdem fil-Kirovsky District Court, il-belt ta’ Tomsk. Fil-pożizzjoni tagħha, hija ċaħdet darbtejn ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Pulizija Tat-Trasport ta’ Tomsk fir-rigward tal-investigazzjoni tal-avvelenament ta’ Alexei Navalny. Għalhekk, Ekaterina Viktorovna Galyautdinova hija responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
|
7. |
Dmitry Evgenevich PANKRATOV (Дмитрий Евгеньевич ПАНКРАТОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur Għoli tal-Main Military Investigation Department of the Investigative Committee of the Russian Federation, Kurunell tal-Ġustizzja Data tat-twelid: 29.12.1967 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Dmitry Evgenevich Pankratov huwa Investigatur Għoli tal-Main Military Investigation Department of the Investigative Committee of the Russian Federation. Fil-pożizzjoni tiegħu, irrifjuta li jiftaħ investigazzjoni fl-attentat ta’ qtil ta’ Alexei Navalny wara li Navalny ġie avvelenat bl-aġent nervin Novichok. Għalhekk, Dmitry Evgenevich Pankratov huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
|
8. |
Evgeniy Borisovich RASTORGUEV (Евгений Борисович РАСТОРГУЕВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tan-9th Arbitration Court of Appeal, Russja Data tat-twelid: 20.8.1970 Post tat-twelid: Vladimir Oblast, eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Evgeniy Borisovich Rastorguev huwa imħallef tan-9th Arbitration Court of Appeal, ir-Russja. Fil-pożizzjoni tiegħu laqa’ t-talba tal-kumpanija “Druzhba Narodov” kontra Alexei Navalny. Alexei Navalny kien sostna, fl-investigazzjoni tiegħu, li l-kumpanija hija involuta fi skema ta’ korruzzjoni mal-Gwardja Nazzjonali Russa (Rosgvardia). Għalhekk, Evgeniy Borisovich Rastorguev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
27.5.2024 |
|
9. |
Alexander Sergeevich ERMOLENKO (Александр Сергеевич ЕРМОЛЕНКО) |
Pożizzjoni: Kap tal-fergħa Nru 15 tal-istituzzjoni governattiva federali “Criminal Executive Inspectorate of the Directorate of the Federal Penitentiary Service in the City of Moscow” Data tat-twelid: 11.11.1993 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Sergeevich Ermolenko huwa l-Kap tal-fergħa Nru 15 tal- tal-istituzzjoni governattiva federali “Criminal Executive Inspectorate of the Directorate of the Federal Penitentiary Service in the City of Moscow”. Fil-pożizzjoni tiegħu, appoġġa t-trasformazzjoni tas-sentenza sospiża ta’ Alexei Navalny f’piena ta’ kustodja matul is-seduta tal-qorti fil-kawża Yves Rocher. Għalhekk, Alexander Sergeevich Ermolenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
10. |
Irina Geroldovna KIM (Ирина Герольдовна КИМ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast Data tat-twelid: 14.8.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Irina Geroldovna Kim hija mħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast. Mill-2022 hija kienet involuta direttament fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny billi ċaħdet ripetutament il-pretensjonijiet ta’ Alexei Navalny kontra l-kolonja penali IK-6 fir-rigward tat-trattament tiegħu, fejn kien qed jiskonta piena imposta b’riżultat ta’ prosekuzzjoni politikament motivata. Għalhekk, Irina Geroldovna Kim hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
11. |
Kirill Sergeevich NIKIFOROV (Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Qorti Reġjonali ta’ Vladimir Oblast Eks Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast Data tat-twelid: 14.3.1992 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kirill Sergeevich Nikiforov kien Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast. Mill-2022, huwa kien involut direttament fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny billi ċaħad ripetutament il-pretensjonijiet ta’ Alexei Navalny kontra l-kolonja penali IK-6 fir-rigward tat-trattament tiegħu, fejn kien qed jiskonta piena ta’ 12-il sena imposta b’riżultat ta’ prosekuzzjoni politikament motivata. Għalhekk, Kirill Sergeevich Nikiforov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Huwa għadu attiv fis-sistema ġudizzjarja fir-Russja u f’Diċembru 2024 ġie promoss għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Reġjonali ta’ Vladimir Oblast. |
27.5.2024. |
|
12. |
Sergey Vladimirovich BLINOV (Сергей Владимирович БЛИНОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Leninsky District Court ta’ Kirov Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Vladimirovich Blinov huwa mħallef tal-Leninsky District Court ta’ Kirov. Fl-2013, huwa ikkundanna lil Alexei Navalny għal 5 snin u lin-negozjant Pyotr Ofitserov għal 4 snin ħabs fuq akkużi ta’ miżapproprjazzjoni fil-proċess politikament motivat tal-“kawża Kirovles”. Barra minn hekk, weħlu multa ta’ 500 000 rublu kull wieħed. Għalhekk, Sergey Vladimirovich Blinov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
13. |
Evgeny Vladimirovich BORISOV (Евгений Владимирович БОРИСОВ) |
Pożizzjoni: imħallef tan-Nikulinsky District Court ta’ Moska Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Evgeny Vladimirovich Borisov huwa mħallef tan-Nikulinsky District Court ta’ Moska. Fl-2015, huwa aċċetta l-pretensjoni tal-kumpanija Kirovles, biex tirkupra 16-il miljun rublu minn Alexei Navalny u żewġ konvenuti oħra fil-kawża politikament motivata “Kirovles”. Għalhekk, Evgeny Vladimirovich Borisov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
14. |
Tatyana Stanislavovna DODONOVA (Татьяна Станиславовна ДОДОНОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatyana Stanislavovna Dodonova hija mħallef tal-Moscow City Court. Fl-2014 irrikonnoxiet bħala legali d-deċiżjoni li Alexei Navalny jitpoġġa f’detenzjoni domiċiljari fil-kawża “Yves Rocher”. Kienet involuta sistematikament f’kawżi kontra ċittadini tal-Federazzjoni Russa li opponew ir-reġim politiku fir-Russja billi kkundannat lil persuni arrestati b’rabta mal-Protesti f’Moska tal-2019. Għalhekk, Tatyana Stanislavovna Dodonova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
15. |
Elena Sergeevna ASTAKHOVA (Елена Сергеевна АСТАХОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Golovinsky District Court ta’ Moska Data tat-twelid: 30.3.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Nru tal-Identifikazzjoni 45 01 525454 Numru Personali tal-Identifikazzjoni tal-Kontribwent (ИНН): 7703204586 |
Bħala mħallef tal-Golovinsky District Court ta’ Moska, Elena Sergeevna Astakhova kkundannat lil Oleg Orlov, difensur tad-drittijiet tal-bniedem prominenti u kopresident ta’ “Memorial”, għal sentejn u sitt xhur f’kolonja b’reġim ġenerali fuq akkużi politikament motivati, talli tkellem kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Oleg Orlov, li għandu 70 sena, huwa wieħed mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-aktar rispettati u li ilu jagħmel dan ix-xogħol fir-Russja, wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni Memorial Human Rights Defence Center (HRDC “Memorial”) li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2022, li ġiet likwidata bħala parti mir-repressjoni sistematika u fuq skala kbira tal-libertajiet tal-espressjoni, l-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni fir-Russja. Oleg Orlov ġie akkużat u kkundannat li allegatament “skredita” l-armata Russa wara li ppubblika artiklu ta’ opinjoni fil-media Franċiża kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Elena Sergeevna Astakhova hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
16. |
Olesya Yurievna VOROBYOVA (Олеся Юрьевна ВОРОБЬЕВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat Data tat-twelid: 4.6.1981 |
Bħala prosekutur fil-kawża politikament motivata kontra d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem prominenti Oleg Orlov, Olesya Yurievna Vorobyova talbet li Oleg Orlov jiġi kkundannat sentejn u ħdax-il xahar ħabs, filwaqt li argumentat li l-artiklu ta’ Orlov kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kien immotivat minn “ostilità ideoloġika u mibegħda”. Oleg Orlov, li għandu 70 sena, huwa wieħed mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-aktar rispettati u li ilu jagħmel dan ix-xogħol fir-Russja, wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni Memorial Human Rights Defence Center (HRDC “Memorial”) li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2022, li ġiet likwidata bħala parti mir-repressjoni sistematika u fuq skala kbira tal-libertajiet tal-espressjoni, l-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni fir-Russja. Oleg Orlov ġie akkużat u kkundannat li allegatament “skredita” l-armata Russa wara li ppubblika artiklu ta’ opinjoni fil-midja Franċiża kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Olesya Yurievna Vorobyova hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
17. |
Ilya Andreevich SAVCHENKO (Илья Андреевич САВЧЕНКО) |
Pożizzjoni: Investigatur fl-Investigative Department of Tver (Investigative Committee of the Russian Federation) Data tat-twelid: 18.6.1997 Post tat-twelid: Rtishchevo – Saratov Region, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala investigatur fl-Investigative Committee tar-Russian Federation, Ilya Andreevich Savchenko ġie assenjat il-każ ta’ Oleg Orlov u kkontribwixxa biex Orlov ġie akkużat minħabba l-pubblikazzjoni ta’ artiklu ta’ opinjoni kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ilya Andreevich Savchenko stabbilixxa li Orlov kien ippubblika l-artiklu ggwidat minn “ostilità ideoloġika kontra l-valuri spiritwali, morali u patrijottiċi Russi tradizzjonali” u minn mibegħda kontra l-grupp soċjali “Russian militaries”. , Għaldaqstant, l-investigatur Ilya Andreevich Savchenko huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
18. |
Oksana Vasilyevna DEMYASHEVA (Оксана Васильевна ДЕМЯШЕВА) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Kalininsky District Court ta’ San Pietruburgu Eks Imħallef tal-Vasileostrovsky District Court ta’ San Pietruburgu Data tat-twelid: 10.3.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Fl-eks pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Vasileostrovsky District Court ta’ San Pietruburgu, Oksana Vasilyevna Demyasheva kkundanat lil Alexandra Skochilenko, artista, għal seba’ snin ħabs fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Skochilenko ġiet arrestata talli ssostitwiet tikketti tal-prezzijiet ġewwa supermarket bi stickers kontra l-gwerra. Saret waħda mill-ewwel persuni akkużati taħt il-liġi kriminali li kienet għadha kif ġiet adottata li tipprojbixxi hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa, u l-proċess tagħha attira attenzjoni kbira mill-pubbliku minħabba l-pressjoni mingħajr preċedent li Skochilenko esperjenzat mill-amministrazzjoni tal-ħabs, l-Imħallef, u l-prosekuzzjoni. Għaldaqstant, Oksana Vasilyevna Demyasheva hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Hija għadha attiva fis-sistema ġudizzjarja fir-Russja u f’Ġunju 2024 inħatret għall-kariga ta’ viċi president tal-Kalininsky District Court ta’ San Pietruburgu. |
27.5.2024 |
|
19. |
Alexander Yurievich GLADYSHEV (Александр Юрьевич ГЛАДЫШЕВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur fid-Department of State Prosecutors/Saint Petersburg Prosecutor’s Office Data tat-twelid: 28.10.1994 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala prosekutur fil-Prosector’s Office f’Saint Petersburg, Alexander Yurievich Gladyshev talab tmien snin ħabs għal Alexandra Skochilenko, artista, fuq akkużi politikament motivati ta’ tixrid ta’ “aħbarijiet foloz” dwar l-armata, wara li ġiet arrestata talli ssostitwiet tikketti tal-prezzijiet ġewwa supermarket bi stickers kontra l-gwerra. Skochilenko saret waħda mill-ewwel persuni akkużati taħt il-liġi kriminali li kienet għadha kif ġiet adottata li tipprojbixxi hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa, u l-proċess tagħha attira attenzjoni kbira mill-pubbliku minħabba l-pressjoni mingħajr preċedent li Skochilenko esperjenzat mill-amministrazzjoni tal-ħabs, l-imħallef, u l-prosekuzzjoni. Għaldaqstant, Alexander Yurievich Gladyshev huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kiser il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
27.5.2024 |
|
20. |
Olesya Anatoleyevna MENDELEYEVA (Олеся Анатольевна МЕНДЕЛЕЕВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Meshchansky Court ta’ Moska Data tat-twelid: 18.4.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olesya Mendeleyeva hija mħallef tal-Meshchansky Court ta’ Moska. Hija kkundannat lil Alexei Gorinov, attivist lokali u deputat muniċipali, għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar it-tixrid ta’ informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni ta’ Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta’ Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha “festa matul il-pesta”. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta’ intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta’ priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Matul il-proċess, l-Imħallef Mendeleyeva regolarment żammet mal-prosekuzzjoni u rrifjutat kważi t-talbiet kollha tad-difiża u tal-akkużat, inkluż talba li jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li kienet qed tiddeterjora. L-Imħallef Mendeleyeva ssodisfat bis-sħiħ it-talbiet tal-prosekuzzjoni u kkundannat lil Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti. Dik il-priġunerija wasslet għal deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu ġewwa kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Olesya Mendeleyeva hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għalattivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
21. |
Olga Vladimirovna BALANDINA (Ольга Владимировна БАЛАНДИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tas-Sovetsky City Court ta’ Kaliningrad Oblast Data tat-twelid: 5.6.1979 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Olga Balandina hija mħallef tas-Sovetsky City Court ta’ Kaliningrad Oblast. Hija kkundannat lil Igor Baryshnikov, attivist lokali, għal 7.5 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati, skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa, talli ppubblika posts dwar il-bumbardament mir-Russja ta’ Mariupol u dwar l-atroċitajiet f’Bucha. Matul il-proċess, minkejja li tabib kuranti xehed taħt ġurament li l-priġunerija tista’ tkun fatali għal Baryshnikov minħabba ċistotomija u kateter fl-addome tiegħu, l-imħallef rrifjutat li jitwettaq eżami forensiku tas-saħħa tal-akkużat. Konsegwentement, il-priġunerija wasslet għal trattament inadegwat fil-kolonja penali u għad-deterjorament tal-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Igor Baryshnikov. L-imħallef rrifjutat ukoll li tħalli lil Igor Baryshnikov jattendi l-funeral ta’ ommu meta mietet xahar u nofs wara li ngħatat is-sentenza. Għalhekk, Olga Balandina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
22. |
Svetlana Fyodorovna ZHURAVLOVA (Светлана Фёдоровна ЖУРАВЛЁВА) |
Pożizzjoni: Assistent ta’ Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor’s Office Data tat-twelid: 8.7.1988 Nazzjonalità: Russa Indirizz: 1 Krasnoselsky per. 5/14, 107140 Moscow |
Svetlana Zhuravlova hija Assistent ta’ Livell Għoli tal-Meshchansky Interdistrict Prosecutor’s Office. Hija kienet il-prosekutur fil-proċess ta’ Alexei Gorinov. Is-Sur Gorinov huwa attivist lokali u deputat muniċipali, li ġieikkundannat għal 7 snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati skont l-Artikolu 207.1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa dwar tixrid ta’ informazzjoni deliberatament falza dwar l-azzjonijiet tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Il-bażi għas-sentenza kienet l-opinjoni tas-Sur Gorinov espressa matul laqgħa tal-Kunsill tad-Deputati tad-distrett muniċipali ta’ Krasnoselsky li kompetizzjoni tat-tpinġija tat-tfal wara l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dehret qisha “festa matul il-pesta”. Il-proċess kien rapidu u, skont esperti indipendenti, serva bħala għodda ta’ intimidazzjoni għal ċittadini dissidenti Russi oħra. Din is-sentenza kienet waħda mill-ewwel sentenzi mhux sospiża ta ‘priġunerija imposti minn imħallef Russu skont l-Artikolu 207.1. Il-prosekutur Zhuravlova opponiet it-talbiet kollha tad-difiża li setgħu jtejbu s-sitwazzjoni tal-imputat jew jiċċaraw is-sitwazzjoni legali, inkluż talba biex is-Sur Gorinov jinħeles mill-gaġġa tal-ħġieġ fejn li fiha kellu jibqa’ matul il-proċess, talba biex jinħeles mill-kustodja minħabba kundizzjoni tas-saħħa li qed kienet qed tiddeterjora u talba biex jiġi determinat jekk l-Artikolu 207.1 huwiex konformi mal-kostituzzjoni Russa. L-imħallef qabel mal-Prosekutur Zhuravlova dwar it-talbiet kollha msemija hawn fuq. Il-Prosekutur Zhuravlova talbet li l-qorti tikkundanna lis-Sur Gorinov għal 7 snin priġunerija għal azzjoni mhux vjolenti, u din it-talba ġiet issodisfatta bis-sħiħ mill-imħallef. Dik il-priġunerija wasslet għad-deterjorament sinifikanti tal-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu fil-kolonja penali u b’kura medika inadegwata. Għalhekk, Svetlana Zhuravlova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika, u għall-attivitajiet li jimminaw serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
23. |
(Alexey Sergeyevich KHARLAMOV (Алексей Сергеевич ХАРЛАМОВ) |
Pożizzjoni: President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 25.1.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexey Kharlamov huwa l-President tal-Moscow Regional Court, li qabel kien imħallef tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa u membru tal-Presidju tas-Supreme Court. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f’April 2018, huwa kkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f’Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta’ proċess ġust tal-aħwa Navalny u ta’ piena bbażata unikament fuq il-liġi. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b’riżultat ta’ dan,snin wara ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jieħu sehemf’attivitajiet politiċi. Għalhekk, Alexey Kharlamov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
24. |
Tatiana Alexandrovna MOLITVINA (Татьяна Александровна МОЛИТВИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 28.3.1987 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Molitvina hija mħallef tal-Moscow City Court. Qabel il-ħatra tagħhafil-pożizzjoni preżenti tagħha, kienet imħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta’ Moska. Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tat-Tverskoy District Court fil-belt ta’ Moska, hija rrifjutat li taċċetta talba kontra l-Prosekutur Ġenerali, Yuri Chaika, u l-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, imressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation. It-talba tas-Sur Navalny kienet waħda minn diversi tentattivi biex Yuri Chaika jiġi mħarrek għal malafama wara l-ħruġ ta’ film investigattiv mill-Anti-Corruption Foundation tas-Sur Navalny li akkuża lill-membri tal-familja ta’ Chaika b’involviment f’attivitajiet illegali. Għalhekk, Tatiana Molitvina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż li kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
25. |
Tatiana Anatolevna PETROVA (Татьяна Анатольевна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 27.7.1961 Post tat-twelid: Sychevka, Smolensk region Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Tatiana Petrova hija l-Viċi President tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tagħha bħala membru tal-Presidju tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa, f’April 2018, hija kkonfermat il-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u ħuh Oleg fil-kawża Yves Rocher, minkejja li, f’Ottubru 2017, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li r-Russja kienet kisret id-dritt ta’ proċess u piena ġusti tal-aħwa Navalny. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u, b’riżultat ta’ dan, snin wara ġie inkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jieħu sehem f’attivitjiet politiċi. Għalhekk, Tatiana Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
26. |
Sergei Vladimirovich BOGDANOV (Сергей Владимирович БОГДАНОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat ta’ Kirov oblast Data tat-twelid: Probabbli 1973 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergei Bogdanov huwa Prosekutur tal-Istat ta’ Kirov oblast, ir-Russja. Huwa rrappreżenta l-uffiċċju tal-prosekutur tal-istat f’diversi seduti tal-qorti kontra Alexei Navalny u Pyotr Ofitserov fil-kawża Kirovles. F’Lulju 2013, huwa talab 6 snin priġunerija f’kolonja penali tar-reġim ġenerali għas-Sur Navalny u 5 snin priġunerija għas-Sur Ofitserov. Barra minn hekk, il-prosekuzzjoni tal-istat imponiet piena addizzjonali fuq l-akkużati ta’ multa ta ‘miljun rublu kull wieħed. F’Diċembru 2016, il-prosekutur tal-istat, is-Sur Bogdanov ippreżenta “akkuża simili” għal dik ippreżentata fl-2013. Dan ġara minkejja l-fatt li wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), is-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa annullat is-sentenzi kontra s-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov u bagħtet il-każ lura għal proċess ġdid. Fi Frar 2017, fil-proċess ġdid tal-kawża Kirovles, il-Prosekutur Bogdanov għamel diskors simili għal dak li għamel fl-2013 u żied biss kumment dwar id-deċiżjonijiet tal-QEDB u tas-Supreme Court tal-Federazzjoni Russa li jannullaw is-sentenzi tas-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov. Fl-opinjoni tiegħu, ir-referenza għal dawn id-deċiżjonijiet ma kellha l-ebda bażi legali, peress li kien qed isir proċess indipendenti, u l-verdett tal-QEDB ma kellu l-ebda forza predeterminata. B’riżultat ta’ dan, il-qorti sabet lis-Sur Navalny u s-Sur Ofitserov ħatja u kkundannathom għal perjodu ta’ probation ta’ ħames snin u erba’ snin rispettivament u multa ta’ 500 000 rublu kull wieħed. Għalhekk, Sergey Bogdanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
27. |
Ekaterina Sergeevna FROLOVA (Екатерина Сергеевна ФРОЛОВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Data tat-twelid: Madwar l-1988 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Entitajiet assoċjati: Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor’s Office |
Ekaterina Frolova hija prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Fl-2020, ġiet promossa mid-Distrett Amministrattiv Ċentrali għal prosekutur tal-Criminal Justice Department tal-Moscow Prosecutor’s Office. F’dik il-pożizzjoni, hija aġixxiet bħala l-prosekutur f’diversi proċeduri kontra Alexei Navalny. Fi Frar 2021, hija appoġġat fil-qorti s-sostituzzjoni tas-sentenza sospiża ta’ Alexei Navalny b’terminu ta’ priġunerija reali fil-kawża Yves Rocher, minkejja li kien qed jirċievi l-kura fil-klinika Charité, l-iskadenza tal-perjodu ta’ probation tiegħu u s-sentenzatal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem . Fl-istess xahar, hija talbet lill-qorti biex issib lis-Sur Navalny ħati ta’ malafama kontra l-veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija Ignat Artemenko. Wara l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess ta’ Navalny, Ekaterina Frolova ġiet promossa għal prosekutur tal-istat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Għalhekk, Ekaterina Frolova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
28. |
Mikhail Yurevich KAZAKOV (Михаил Юрьевич КАЗАКОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 9.2.1976 Nazzjonalità: Russa Sess: Raġel Entitajiet assoċjati: Moscow City Court |
Mikhail Kazakov huwa mħallef Russu fil-Moscow City Court. Fil-proċedimenti biex l-Anti-Corruption Foundation, l-entità legali tagħha, il- Foundation for the Protection of Citizens’ Rights (Fondazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini), u l-kwartieri ġenerali ta’ Navalny jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet estremisti, huwa kklassifika l-materjali fil-kawża, u pprevjena l-aċċess għalihom minn Alexei Navalny u l-avukati tiegħu. F’Diċembru 2021, is-Sur Kazakov ddeċieda li jillikwida l-Memorial Human Rights Center u l-unitajiet strutturali tiegħu. Għalhekk, Mikhail Kazakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
29. |
Alexander Alexandrovich KEMEROV (Александр Александрович КЕМЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region Data tat-twelid: 27.9.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Kemerov huwa Investigatur fl-Investigative Committee tal-Federazzjoni Russa għall-Kemerovo region - Kuzbass. F’dik il-pożizzjoni, kien involut fil-fabbrikazzjoni tal-“kawża ta’ estremiżmu” kontra s-sostenituri ta’ Alexei Navalny, inkluż Vadim Ostanin, l-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Barnaul, kif ukoll il-kawża ffabbrikata ta’ frodi kontra Alexei Navalny nnifsu. Is-Sur Kemerov għamel pressjoni fuq l-eks impjegat tal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta’ Navalny, Fyodor Gorozhanko, biex jixhed kontra Alexei Navalny sabiex jinkriminah. Għalhekk, Alexander Kemerov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. Huwa responsabbli wkoll għal ksur jew abbużi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
30. |
Valentin Valentinovich ERSHOV (Валентин Валентинович ЕРШОВ) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 8.4.1985 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Valentin Ershov huwa Viċi President tal-Moscow Regional Court. Fil-passat, kellu l-pożizzjoni ta’ mħallef tal-Presnensky District Court ta’ Moska, segwita mill-pożizzjoni ta’ mħallef tal-Moscow Regional Court. Fil-pożizzjoni tiegħu, fi proċediment politikament motivat, huwa rrifjuta li jipproċessa kawża mressqa minn Alexei Navalny u l-Anti-Corruption Foundation (Fundazzjoni kontra l-Korruzzjoni) kontra l-Prosekutur Ġenerali Yuri Chaika u l-bord editorjali tar-rivista elettronika “Ekho Moskvy” għall-protezzjoni tal-unur, id-dinjità u r-reputazzjoni tan-negozju. Għalhekk, Valentin Ershov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż il-ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
31. |
Ruslan Shavkyatovich NEVEROV (Руслан Шавкатович НЕВЕРОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta’ kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistiċi tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee, kurunell tal-ġustizzja Data tat-twelid: 22.6.1979 Nazzjonalità: Russa Numru tat-telefown: 20.5.20257-905-503-1997 |
Ruslan Neverov huwa l-investigatur għal każijiet speċjalment importanti tal-ewwel dipartiment taż-żona ta’ kontroll tad-dipartiment tal-kontroll proċedurali u l-kriminalistika tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee. Fil-pożizzjoni tiegħu, f’Marzu 2021 fil-proċediment fil-235th Garrison Military Court, huwa talab li jiġi miċħud ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Main Military Investigative Department tal-Investigative Committee rigward l-avvelenament ta’ Alexei Navalny fl-2020 permezz tal-aġent nervin Novichok. Il-Qorti qablet li tirrifjuta t-talba lis-SurNavalny. Għalhekk, Ruslan Neverov huwa responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja inkluż il ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
32. |
Elena Alekseevna KOROBKOVA (Елена Алексеевна КОРОБКОВА) |
Pożizzjoni: Kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society Data tat-twelid: 4.10.1970 Sess: mara Numru tat-telefown: 20.5.20257-916-456-3230 |
Elena Korobkova hija l-kap tad-Department for the Execution of Sentences not Related to the Isolation of Convicts from Society. Fl-2020, il-mexxej tal-oppożizzjoni Russu u attivist kontra l-korruzzjoni Alexei Navalny kien avvelenat bl-aġent nervin Novichok u b’riżultat ta’ dan ġie rikoverat l-isptar f’kundizzjoni serjaBerlin, il-Ġermanja. Minħabba l-kundizzjoni tiegħu, ma setax jattendi għall-ispezzjoni ordnata mis-Servizz Penitenzjarju Federali (FSIN) tal-Federazzjoni Russa. Wara dak l-avveniment, fid-29 ta’ Diċembru 2020, l-Ispettorat Penitenzjarju tas-Servizz Penitenzjarju tar-Russju f’Moska ressaq sottomissjoni lill-qorti biex is-sentenza sospiża tas-Sur Navalny tiġi kkanċellata u li tiġi eżegwita l-piena imposta mill-qorti. Elena Korobkova, bħala rappreżentant ta’ FSIN, talbet li s-sentenza sospiża tal-attivist tal-oppożitur tiġi mibdula f’waħda ta’ kustoja. Għalhekk, Elena Korobkova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
33. |
Margarita Nikolaevna KOTOVA (Маргарита Николаевна КОТОВА) |
Pożizzjoni: Mħallef tal-Moscow City Court; eks Imħallef tal-Lefortovsky District Court ta’ Moska Data tat-twelid: 25.6.1984 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: Severodvinskaya Street, 11 Bldg. 1, Moscow, Russia, 127224 ITN: 771508948129 Numru tat-telefown: 20.5.20257-926-288-0049 |
Margarita Kotova hija mħallef tal-Moscow City Court. Kienet imħallef tal-Lefortovsky District Court ta’ Moska sal-2022. Fil-kapaċità preċedenti tagħha, l-Imħallef Margarita Kotova sabet lil Alexei Navalny ħati f’qorti ġewwa l-ħabs ta’ sigurtà massima f’Pokrov, 100 km fil-lvant ta’ Moska fejn diġà kien qed iservi sentenza ta’ sentejn u nofs talli kiser ir-rilaxx kundizzjonali waqt li kien qed jirkupra mill-avvelenament. Hija kkundannat lil Alexei Navalny għal disa’ snin priġunerija f’kolonja ta’ sigurtà massima b’multa ta’ 1.2 miljun RUB f’kawża fażulla ta’ frodi u disprezz lejn il-qorti. Alexei Navalny kien akkużat ukoll bi frodi b’rabta ma’ donazzjonijiet u li insulta mħallef. Hija estendiet ukoll l-arrest preventiv għal raġel b’motivi foloz minħabba l-fehmiet tiegħu favur l-Ukrajna bi ksur tad-drittijiet ta’ difiża tiegħu. Għalhekk, Margarita Kotova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt tad-difiża u tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni,għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
34. |
Nadezhda Viktorovna TIKHONOVA (Надежда Викторовна ТИХОНОВА) |
Pożizzjoni: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 23.9.1974 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Nadezhda Tikhonova hija prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa. Nadezhda Tikhonova talbet lill-qorti biex issib lil Alexei Navalny ħati u biex jiġi kkundannat għal 13-il sena priġunerijau sentejn ta’ restrizzjoni tal-libertà, b’multa ta’ 1.2 miljun RUB f’kawża fażulla ta’ frodi talli ġabar donazzjonijiet għall-ħidma tal-Anti-Corruption Foundation, u talli wera disprezz lejn il-qorti. Għalhekk, Nadezhda Tikhonova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
35. |
Viktor Vladimirovich ROGOV (Виктор Владимирович РОГОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali Data tat-twelid: 26.5.1965 Numru tat-telefown: 20.5.20257-919-075-0024 |
Viktor Rogov huwa mħallef fl-Ewwel Qorti tal-Appell tal-Ġuriżdizzjoni Ġenerali. Huwa kkonferma s-sentenzi kontra l-politiku Alexei Navalny u Daniel Kholodny, direttur tekniku tal-kanal YouTube “Navalny LIVE” . Il-Moscow City Court sabet lis-Sur Navalny ħati talli ħoloq NGO li tinterferixxi fid-drittijiet taċ-ċittadini, talli ffinanzja l-estremiżju, talli ħalaq komunità estremisti li tinvolvi minuri fit-twettiq ta’ atti perikolużi, u talli irriabilita n-Naziżmu. Is-Sur Navalny kien kkundannatu għal 19-il sena priġunerija f’kolonja b’reġim speċjali u ingħata multa ta’ 500 000 rRUB. Is-Sur Kholodny nstab ħati ta’ finanzjament ta’ attivitajiet estremisti u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ organizzazzjoni estremista u ġie kkundannat għal 8 snin priġunerija f’kolonja b’reġim ġenerali. Wara li semgħu s-sentenza, is-Sur Navalny u s-Sur Kholodny appellaw mid-deċiżjoni tal-qorti fl-Ewwel Qorti tal-Appell f’Moska fejn l-imħallef Rogov irrifjuta l-appell tagħhom u kkonferma d-deċiżjoni oriġinali. Is-Sur Rogov ikkonferma wkoll id-deċiżjoni li kkundannat lill-mexxej tal-oppożizzjoni Vladimir Kara-Murza għal 25 sena priġunerija f’kolonja penali ta’ sigurtà massima għal akkużi ta’ tradiment għoli, involviment fl-attivitajiet ta’ grupp avvers, u għall-iskreditar tal-forzi armati tar-Russja. Għalhekk, Viktor ROGOV huwa responsabbli għal ksur tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
36. |
Denis Gennadievich POPOV (Денис Геннадьевич ПОПОВ) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-belt ta’ Moska Data tat-twelid: 12.1.1972 Post tat-twelid: Sverdlovsk Nazzjonalità: Russa Sess: raġel TIN: 770970517335 |
Denis Popov huwa l-prosekutur tal-belt ta’ Moska. Inħatar mill-President Putin fl-2019. Is-Sur Popov responsabbli għall-organizzazzjoni tal-prosekuzzjoni tal-istat ta’ Alexei Navalny u mexxejja oħra tal-oppożizzjoni u attivisti politiċi f’Moska. Issorvelja direttament ir-rikonoxximent bħala strutturi estremisti tal-organizzazzjonijiet maħluqa minn Alexei Navalny biex jiffinanzja l-attivitajiet politiċi tiegħu. Għalhekk, Denis Popov huwa responsabbli għal ksur jew abbużu serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
37. |
Alina Vladimirovna IBRAGIMOVA (Елена Владимировна ИБРАГИМОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg, Alina Ibragimova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal xahar priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Alina Ibragimova hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
38. |
Olesya Igorevna KABOCHKINA (Олеся Игоревна КАБОЧКИНА) |
Pożizzjoni: Assistent Prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala assistent prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Olesya Kabochkina talbet għal sentenza ta’ 7 snin priġunerijagħal Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Olesya Kabochkina taħdem ukoll bħala prosekutur fil-kawża ta’ Evgenu Bestuzhev, li ġie arrestat għat-tixrid ta’ hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Għalhekk, Olesya Kabochkina hija responsabbli għal ksur serju, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
39. |
Ulyana Andreyevna KALUGINA (Ульяна Андреевна КАЛУГИНА) |
Pożizzjoni: Viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala viċi prosekutur tal-Kalininsky District of Saint-Petersburg, Ulyana Kalugina talbet għal miżuri mediċi obbligatorji għal Viktoria Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Ulyana Kalugina aġixxiet ukoll bħala prosekutur fil-bidu tal-kawża ta’ Ioann Kurmoyarov, billi talbet għal sentenza ta’ priġunerija għat-tixrid ta’ hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Għalhekk, Ulyana Kalugina hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għarr-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
40. |
Dmitry Alekseyevich MIHAILOV (Дмитрий Алексеевич МИХАЙЛОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Karelja Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala mħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Karelja f’Pterozavodsk, Dmitry Mihailov ikkundanna lil Sergey Drugov, blogger u attivist għal sentejn xogħol furzat fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa “riabilitazzjoni tan-Naziżmu”. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Dmitry Mihailov huwa responsabbli għal ksur serju, tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
41. |
Natalya Vladimirovna PETROVA (Наталья Владимировна ПЕТРОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kirovsky District Court ta’ Saint Petersburg, Natalya Petrova kkundanat lil Olga Smirnova, perit u attivista politika, għal 6 snin priġunerijafuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Olga Smirnova ġiet arrestata għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-media soċjali fi grupp VK. Għalhekk, Natalya Petrova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
42. |
Gennadi Yuvinaliyevich PILEHIN (Геннадий Ювиналиевич ПИЛЕХИН) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg Data tat-twelid: 11.8.1972 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: st. Vosstaniya, 17, St. Petersburg, Russia, 191036 Apartment 2 |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg, Gennadi Pilehin kkundana lil Alexandra Skochilenko, maniġer, għal miżuri mediċi obbligatorji fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha. Għalhekk, Gennadi Pilehin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
43. |
Ekaterina Feliksovna TIAMINA (Екатерина Феликсовна ТЯМИНА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Bħala mħallef tal-Kalininsky District Court ta’ Saint Petersburg, Ekaterina Tiamina kkundanat lil Ioann Kurmoyarov, blogger u qassis, għal tliet snin priġunerija fuq akkużi politikament motivati talli xerred hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Ioann Kurmoyarov ġie arrestat għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut vidjo fuq pjattaformi ta’ media soċjali differenti, fejn ikkritika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna minn lenti Kristjana paċifista u Ortodossa teoloġika. Ekaterina Tiamina estendiet ukoll il-priġunerija ta’ Vikrotia Petrova, maniġer, fuq akkużi politikament motivati għat-tixrid ta’ hekk imsejħa “aħbarijiet foloz” dwar l-armata Russa. Is-Sa Petrova ġiet arrestata għall-kondiviżjoni ta’ filmati YouTube kontra l-gwerra bħal materjal minn Maksim Kants, Aleksanrd Nevzorov u l-president Ukren Zelensky fuq il-paġna VK tagħha personali. Għalhekk, Ekaterina Tiamina hija responsabbli għal ksur serju, tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
44. |
Vyacheslav Vasilyevich VITUKHIN (Вячеслав Васильевич ВИТУХИН) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f’Petrozavodsk, Republic of Karelia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f’Petrozavodsk, Republic of Karelia, Vyacheslav Vitujkhin talab għal sentenza ta’ sentejn ta’ priġunerija għal Sergey Drugov, blogger u attivist, fuq akkużi politikament motivati għall-hekk imsejħa “riabilitazzjoni tan-Naziżmu”. Drugov ġie arrestat talli ppowstja mill-ġdid informazzjoni kontra l-gwerra fuq il-kanal Telegram tiegħu, li kien segwit minn madwar 67 persuna. Għalhekk, Vyacheslav Vitukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
45. |
Yulia Viacheslavovna SHILOVA (Юлия Вячеславовна ШИЛОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef federali fil-Court district ta’ Petushinsky fir-Russja Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.9.1990 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Tulaga, Gorkovskaya Oblast, USSR (Bħalissa: Nizhegorodskaya Oblast, Russian Federation) Sess: mara |
Yulia Shilova hija mħallef federali fil-Court district ta’ Petushinsky fir-Russja. Inħatret fl-2022 b’digriet ta’ Vladimir Putin. Yulia Shilova nħatret imħallef f’każ politikament motivat, jiġifieri l-proċess dwar it-tliet avukati tad-deċedut Alexei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. Dawk l-avukati ġew arrestati f’Ottubru 2023 waqt li l-proċessi kontra Alexei Navalny kienu għadhom għaddejjin. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Yulia Shilova, inkluż smigħ bil-bibien magħluqa, u t-teħid ta’ deċiżjoni min-naħa tagħha li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny fuq raġunijiet arbitrarji. L-imħallef Yulia Shilova kkundannat arbitrarjament lit-tliet avukati ta’ Alexei Navalnyu abbażi tal-allegati “attivitajiet estremisti” tagħhom. Għaldaqstant Yulia Shilova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
46. |
Andrei Valerievich KATKOV (Андрей Валерьевич КАТКОВ) |
Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 28.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf Sess: raġel |
Andrei Katkov huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Uffiċċju tal-Prosekuturi tal-Istat tal-Vladimir Region fir-Russja. Andrei Katkov kien il-prosekutur fil-kawża politikament motivata kontra t-tliet avukati tad-deċedut Aleksei Navalny: V. Kobzev, I. Sergunin u A. Liptser. L-avukati ġew arrestati f’Ottubru 2023, waqt li l-proċess kontra Navalny kien għadu għaddej. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-avukati saru bil-bibien magħluqa minn Settembru 2024 sa tard Diċembru 2024. Bħala Prosekutur tal-Istat, Andrei Katkov talab għall-itwal sentenzi għall-avukati abbażi ta’ raġunijiet arbitrarji, filwaqt li bbaża l-affermazzjonijiet tiegħu fuq informazzjoni li tikser is-sigriet professjonali. Dawn l-akkużi kienu politikament motivati u ffukaw fuq il-“komunita estremista” li kienu jappartjenu għaliha l-avukati ta’ Alexei Navalny, skont ir-raġunament ta’ Andrei Katkov. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti u d-deċiżjoni li tikkundanna l-avukati tad-deċedut Alexei Navalny ittieħdet mill-imħallef maħtur fuq raġunijiet arbitrarji. Għaldaqstant Andrei Katkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
47. |
Natalia Vladimirovna BORISENKOVA (Наталья Владимировна ВЛАДИМИРОВНА) |
Pożizzjoni: Imħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f’Moska Nazzjonalità: Russa Data tat-twelida: 12.8.1979 Post tat-twelid (belt, pajjiż): Mhux magħruf, Federazzjoni Russa Sess: mara |
Natalia Borisenkova hija mħallef u Viċi President tan-Nagatinsky District Court f’Moska, ir-Russja. Inħatret fl-2012 b’digriet tal-President Vladimir Putin. Natali Borisenkova kient l-imħallef maħtur f’kawża politikament motivata, jiġifieri l-proċess kontra erba’ ġurnalisti, K. Gabov, S. Karelin, A. Kriger u A. Favorskaya, li kitbu dwar id-deċedut Alexei Navalny. Il-proċedimenti tal-qrati kontra l-ġurnalisti saru bil-bibien magħluqa minn Awwissu 2024 sal-15 ta’ April 2025. L-imħallef Natalia Borisenkova kkundannat l-erba’ ġurnalisti għal għal sentenzi ta’ priġunerija ta’ 5.5snin għall-allegat involviment tagħhom fi grupp “estremist”, jiġifieri l-Anti-Corruption Foundation (FBK) tad-deċedut Alexei Navalny. Il-proċess kien ikkaratterizzat minn proċedimenti arbitrarji u inġusti awtorizzati minn Natalia Borisenkova, bi smigħ isir bil-bibien magħluqa. Id-deċiżjoni li tikkundanna l-ġurnalisti saret minn Natalia Borisenkova abbażi ta’ raġunijiet arbitrarji, billi invokat allegati “attivitajiet estremisti” li hija allegazzjoni użata b’mod estensiv fir-Russja kontra gruppi tal-oppożizzjoni. Għaldaqstant, Natalia Borisenkova hija responsabbli għal ksur serju tad-dritt għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni u d-dritt għal proċess ġust, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.5.2025 |
|
48. |
Roman Viktorovich VLADIMIROV (Роман Викторович ВЛАДИМИРОВ) |
Imħallef tal-Qorti Militari tat-Tieni Distrett tal-Punent, Russja Data tat-twelid: 9.2.1987 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Roman Vladimirov, li serva bħala mħallef tal-Qorti Militari tat-Tieni Distrett tal-Punentt, ikkundanna lil Alexei Gorinov, eks deputat muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, għal tliet snin priġunerija f’kolonja stretta tar-reġim fuq akkużi politikament motivati talli esprima l-fehma tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Alexei Gorinov ġie kkundannat skont l-Artikolu 205.2 tal-Kodiċi Kriminali tar-Russja, li jikkriminalizza “l-ġustifikazzjoni tat-terroriżmu” u li jintuża spiss biex irażżan il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. Il-kundanna kienet ibbażata fuq kummenti li Alexei Gorinov għadda matul konverżazzjoni ma’ priġunieri fiċ-ċella tiegħu, fejn sempliċiment għaraf li l-Krimea hija territorju tal-Ukrajna u r-riġment Azov jagħmel parti mill-armata tal-Ukrajna. Il-konverżazzjoni nbdiet mill-priġunieri fiċ-ċella ta’ Alexei Gorinov u ġiet irrekordjata mill-uffiċjali tal-ħabs waqt li kien qed jiskonta l-kundanna preċedenti tiegħu ta’ 6 snin u 11-il xahar għall-istqarrijiet tiegħu kontra l-gwerra f’laqgħa muniċipali pubblika. Għalhekk Roman Vladimirov huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
15.7.2025 |
|
49. |
Katerina Evgenievna KIRICHENKO Yekaterina Evgenievna KIRICHENKO (Катерина Евгеньевна КИРИЧЕНКО/ Екатерина Евгеньевна КИРИЧЕНКО) |
Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Presnensky, Moska Data tat-twelid: 1.11.1986 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Katerina Kirichenko, li sservi bħala mħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Presnensky f’Moska, kienet involuta f’diversi kawżi ta’ prosekuzzjoni politikament motivata, u kienet responsabbli għall-impożizzjoni ta’ arrest preventiv arbitrarju u piena sproporzjonatament ħarxa. Fl-2022, Katerina Kirichenko ħadet sehem fil-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ Alexei Gorinov, dak iż-żmien deputat muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, talli esprima l-fehma tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna f’laqgħa muniċipali pubblika. Ordnat li Alexei Gorinov jinżamm taħt arrest preventiv mingħajr ma rrikorriet għal miżuri inqas restrittivi bħal arrest domiċiljari jew pleġġ, minkejja l-problemi tas-saħħa serji ħafna tiegħu, il-kundizzjonijiet ħżiena fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tar-Russja, u minkejja l-fatt li huwa kien dak li prinċipalment jieħu ħsieb lil martu, li tbati minn mard kroniku. Il-Grupp ta’ Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja sab li d-detenzjoni ta’ Alexei Gorinov qed tikser id-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, u għalhekk hija arbitrarja. L-użu skorrett tal-arrest preventiv minn Katerina Kirichenko f’kawżi politikament motivati huwa evidenti wkoll f’kawżi oħra. Ħarġet mandati ta’ arrest għal diversi parteċipanti fil-protesti tal-2019 f’Moska, minkejja li l-akkużi tagħhom kienu ta’ natura minuri. Barra minn hekk, fl-2022 Katerina Kirichenko kkundannat lil Daniil Tikhomirov għal piena sproporzjonatament ħarxa ta’ sena u nofs f’kolonja penitenzjarja talli aggredixxa lil uffiċjal tal-pulizija, wara li ġie mwaqqaf mill-pulizija għal kontroll talli xejjer bandiera kontra l-gwerra mill-karozza tiegħu. Għalhekk Katerina Kirichenko hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
15.7.2025 |
|
50. |
Larisa Tikhonovna MARTYNOVA (Лариса Тихоновна МАРТЫНОВА) |
Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska Data tat-twelid: 10.6.1964 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Larisa Martynovna hija mħallef fil-Qorti tal-Belt ta’ Moska. Fl-2022, Larisa Martynova, bħala membru tal-bord ta’ mħallfin tal-appell tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska, ikkundannat lil Alexei Gorinov, dak iż-żmien deputat muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, għal 6 snin u 11-il xahar f’kolonja ġenerali tar-reġim fuq akkużi politikament motivati talli esprima l-fehma tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Qablet ukoll li tagħlaq is-seduta tal-qorti għall-pubbliku. Alexei Gorinov ġie kkundannat skont l-Artikolu 207.3 tal-Kodiċi Kriminali tar-Russja, li jikkriminalizza t-tixrid tal-hekk imsejħa “informazzjoni falza” dwar il-forzi armati tar-Russja u li jintuża spiss biex irażżan il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. Il-kundanna kienet ibbażata fuq l-istqarrijiet ta’ Alexei Gorinov kontra l-gwerra f’laqgħa muniċipali pubblika. Waqt li kien qed jiskonta l-kundanna tiegħu, Alexei Gorinov kien soġġett għal trattament ħażin, fost oħrajn kura medika inadegwata minkejja kundizzjonijiet tas-saħħa serji ħafna, tqegħid fit-tul f’ċelli ta’ iżolament, u tiċħid mill-irqad. Għalhekk id-deċiżjoni ta’ Larisa Martynova mhux biss wasslet għall-inkarċerazzjoni inġusta ta’ Alexei Gorinov iżda rriżultat ukoll fi trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. Għalhekk Larisa Martynova hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
15.7.2025 |
|
51. |
Maksim Bronislavovich SOKOLOVSKIY (Максим Брониславович СОКОЛОВСКИЙ) |
Eks imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska, mill-10 ta’ Mejju 2023 President tal-Qorti Distrettwali ta’ Khoroshevsky Data tat-twelid: 31.5.1977 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bħala mħallef president tal-bord ta’ mħallfin tal-appell tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska fl-2022, Maksim Sokolovskiy kkundanna lil Alexei Gorinov, dak iż-żmien deputat muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, għal 6 snin u 11-il xahar f’kolonja ġenerali tar-reġim fuq akkużi politikament motivati talli esprima l-fehma tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ordna wkoll li s-seduta tal-qorti tingħalaq għall-pubbliku. Alexei Gorinov ġie kkundannat skont l-Artikolu 207.3 tal-Kodiċi Kriminali tar-Russja, li jikkriminalizza t-tixrid tal-hekk imsejħa “informazzjoni falza” dwar il-forzi armati tar-Russja u li jintuża spiss biex irażżan il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. Il-kundanna kienet ibbażata fuq l-istqarrijiet ta’ Alexei Gorinov kontra l-gwerra f’laqgħa muniċipali pubblika. Waqt li kien qed jiskonta l-kundanna tiegħu, Alexei Gorinov kien soġġett għal trattament ħażin, fost oħrajn kura medika inadegwata minkejja kundizzjonijiet tas-saħħa serji ħafna, tqegħid fit-tul f’ċelli ta’ iżolament, u tiċħid mill-irqad. Għalhekk id-deċiżjoni ta’ Maksim Sokolovskiy mhux biss wasslet għall-inkarċerazzjoni inġusta ta’ Alexei Gorinov iżda rriżultat ukoll fi trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. Għalhekk Maksim Sokolovskiy huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
15.7.2025 |
|
52. |
Elena Leonidovna ZHURAVLEVA (Елена Леонидовна ЖУРАВЛËВА) |
Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska Data tat-twelid: 13.10.1976 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Elena Zhuravleva, bħala membru tal-bord ta’ mħallfin tal-appell tal-Qorti tal-Belt ta’ Moska fl-2022, ikkundannat lil Alexei Gorinov, dak iż-żmien deputat muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, għal 6 snin u 11-il xahar f’kolonja ġenerali tar-reġim fuq akkużi politikament motivati talli esprima l-fehma tiegħu dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Qablet ukoll li tagħlaq is-seduta tal-qorti għall-pubbliku. Alexei Gorinov ġie kkundannat skont l-Artikolu 207.3 tal-Kodiċi Kriminali tar-Russja, li jikkriminalizza t-tixrid tal-hekk imsejħa “informazzjoni falza” dwar il-forzi armati tar-Russja u li jintuża spiss biex irażżan il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. Il-kundanna kienet ibbażata fuq l-istqarrijiet ta’ Alexei Gorinov kontra l-gwerra f’laqgħa muniċipali pubblika. Waqt li kien qed jiskonta l-kundanna tiegħu, Alexei Gorinov kien soġġett għal trattament ħażin, fost oħrajn kura medika inadegwata minkejja kundizzjonijiet tas-saħħa serji ħafna, tqegħid fit-tul f’ċelli ta’ iżolament, u tiċħid mill-irqad. Għalhekk id-deċiżjoni ta’ Elena Zhuravleva mhux biss wasslet għall-inkarċerazzjoni inġusta ta’ Alexei Gorinov iżda rriżultat ukoll fi trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. Għalhekk Elena Zhuravleva hija responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
15.7.2025 |
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
FEDERAL PENITENTIARY SERVICE OF THE RUSSIAN FEDERATION (FSIN) ФЕДЕРАЛЬНАЯ СЛУЖБА ИСПОЛНЕНИЯ НАКАЗАНИЙ (ФСИН) (RU) |
Indirizz: Zhitnaya Street 14 Yakimanka District, Central Administrative Okrug, Moscow Sit web: http://www.fsin.su/eng |
Il-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation (FSIN) huwa aġenzija federali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja. L-FSIN hija l-awtorità federali għad-detenzjoni ta’ persuni ssuspettati u kkundannati, is-sigurtà u ż-żamma tal-ħabsijiet fir-Russja, it-trasport ta’ priġunieri, u l-programmi ta’ riabilitazzjoni. Bħala tali, l-FSIN huwa l-awtorità ċentrali li timmaniġġja s-sistema tal-ħabsijiet Russa, magħruf għall-abbużi mifruxa u sistematiċi tiegħu kontra, u t-trattament ħażin ta’, priġunieri politiċi fir-Russja. Bħala aġenzija federali, l-FSIN huwa responsabbli għall-kolonji penali fejn inżamm il-politiku tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny fuq akkużi politikament motivati u fejn eventwalment miet fis-16 ta’ Frar 2024. Matul l-inkarċerazzjoni tiegħu, Alexei Navalny soffra abbużi, inkluż permezz ta’ reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu. Priġunieri politiċi oħrajn miżmuma fis-sistema tal-ħabsijiet Russa taħt kundizzjonijiet ħorox simili ta’ detenzjoni, huma sottomessi għal abbuż u trattament ħażin, bl-għan li jkissruhom fiżikament u psikoloġikament. FSIN huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
27.5.2024 |
( ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).