02024D0254 — MT — 13.01.2026 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/254 tat-12 ta’ Jannar 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala (ĠU L 254 15.1.2024, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 457 |
1 |
2.2.2024 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3198 tas-16 ta’ Diċembru 2024 |
L 3198 |
1 |
17.12.2024 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1199 tat-12 ta’ Ġunju 2025 |
L 1199 |
1 |
12.6.2025 |
|
|
L 88 |
1 |
12.1.2026 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/254
tat-12 ta’ Jannar 2024
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
Artikolu 1
L-Anness għandu jinkludi persuni fiżiċi:
li jkunu responsabbli għal “azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt jew it-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala, ikunu involuti f’dawn l-azzjonijiet, ikunu taw appoġġ lil dawn l-azzjonijiet jew ikunu ibbenefikaw minnhom, inkluż:
il-persekuzzjoni jew intimidazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi jew istituzzjonijiet pubbliċi involuti fi jew li jagħtu appoġġ lill-proċess elettorali, ta’ awtoritajiet eletti demokratikament jew tal-oppożizzjoni demokratika fil-Gwatemala;
ir-ripressjoni, il-persekuzzjoni jew l-intimidazzjoni ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jew tal-media, jew ta’ imħallfin, avukati jew prosekuturi;
li jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Gwatemala permezz ta” mġiba finanzjarja ħażina serja li tikkonċerna fondi pubbliċi jew l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital;
assoċjati mal-persuni fiżiċi ddeżinjati skont il-punti (a) u (b) hawn fuq.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti ta’ konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti (NU) jew taħt il-patroċinju tagħhom;
skont ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
L-Anness għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:
li jkunu responsabbli għal “azzjonijiet li jimminaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt jew it-trasferiment paċifika tal-poter fil-Gwatemala, ikunu involuti f’dawn l-azzjonijiet, ikunu taw appoġġ lil dawn l-azzjonijiet jew ikunu ibbenefikaw minnhom, inkluż:
il-persekuzzjoni jew intimidazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi jew istituzzjonijiet pubbliċi involuti jew li jagħtu appoġġ lill-proċess elettorali, ta’ awtoritajiet eletti demokratikament jew tal-oppożizzjoni demokratika fil-Gwatemala;
ir-ripressjoni, il-persekuzzjoni jew l-intimidazzjoni ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jew tal-media, jew ta’ imħallfin, avukati jew prosekuturi;
li jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Gwatemala permezz ta” mġiba finanzjarja ħażina serja li tikkonċerna fondi pubbliċi jew l-esportazzjoni mhux awtorizzata ta’ kapital;
assoċjati mal-persuni fiżiċi ddeżinjati skont il-punti (a) u (b) hawn fuq.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati:
huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u tal-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inkluż pagamenti għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
huma maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi ġuridiċi;
huma maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
iridu jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, jew jinħarġu minn tali kont, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsolari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 ġew elenkati fl-Anness, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx imur kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, dment li kwalunkwe mgħax, dħul ieħor u pagament bħal dan jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi, li huma neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-NU, inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU u appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;
l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) waqt, u sal-punt, li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta’ emendi għall-Anness.
Artikolu 6
Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, partikolarment pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati elenkati fl-Anness;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew f’isimhom.
Artikolu 7
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, bil-ħsieb jew intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat- ►M4 13 ta’ Jannar 2027 ◄ .
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li ma jkunux intlaħqu l-objettivi tagħha.
Fir-reviżjoni tal-miżuri restrittivi meħuda skont l-Artikolu 1(2)(b) u l-Artikolu 2(3)(b), il-Kunsill għandu jqis kif inhu xieraq jekk il-persuni inkwistjoni humiex soġġetti għal proċeduri ġudizzjarji jew le fir-rigward tal-imġieba li għaliha kienu elenkati.
L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(8), (9) u (10) fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar jew, wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi, fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli, jew tal-Kummissjoni.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1 U 2
A. Persuni Naturali
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista |
Data tal-elenkar |
|
1. |
María Consuelo PORRAS ARGUETA DE PORRES |
Pożizzjoni(jiet): Avukat Ġenerali tal-Gwatemala, Kap tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 23.8.1953 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 242159605 (passaport) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Avukat Ġenerali tal-Gwatemala, l-ogħla impjegat taċ-ċivil fil-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew Kap Prosekutur), María Consuelo Porras Argueta De Porres (magħrufa wkoll bħala “Porras”) hija involuta fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-ewwel u t-tieni ċiklu ta’ elezzjonijiet li saru f’Ġunju u f’Awwissu 2023, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali foloz immirati lejn it-Tribunal Elettorali Suprem, il-partit politiku Movimiento Semilla u l-President Arévalo. Barra minn hekk, taħt it-tmexxija tagħha l-Ministeru Pubbliku fetaħ proċedimenti arbitrarji kontra ġurnalisti indipendenti, prosekuturi, imħallfin, u attivisti tas-soċjetà ċivili inkluż mexxejja indiġeni u studenti. Għalhekk María Consuelo Porras Argueta De Porres hija responsabbli għal azzjonijiet li jdagħjfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
2. |
Ángel Arnoldo PINEDA ÁVILA |
Pożizzjoni(jiet): Segretarju Ġenerali tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 10.5.1975 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 238937186 (passaport) Sess: raġel |
Ángel Pineda Ávila huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala, (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Huwa t-tieni fil-kmand fil-Ministeru Pubbliku wara l-Avukat Ġenerali, u l-Kap tas-Segretarjat Ġenerali ta’ dik l-istituzzjoni. F’dik il-pożizzjoni, Ángel Pineda Ávila huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-ewwel u t-tieni ċiklu ta’ elezzjonijiet li saru f’Ġunju u f’Awwissu 2023, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet kriminali foloz immirati lejn it-Tribunal Elettorali Suprem, il-partit politiku Movimiento Semilla u l-President Arévalo. F’Diċembru 2023, huwa pparteċipa f’konferenza stampa fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Fl-2025, Ángel Pineda Ávila kien involut fl-investigazzjoni falza ta’ mexxejja indiġeni li kienu akkużati b’terroriżmu għall-azzjonijiet tagħhom fid-difiża tar-riżultati elettorali tal-2023. Għalhekk Ángel Pineda Ávila qed jipparteċipa f’azzjonijiet li jdagħjfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
3. |
José Rafael CURRUCHICHE CUCUL |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità, il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 28.7.1970 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 229488307 (passaport) Sess: raġel |
José Curruchiche Cucul huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-FECI mexxa l-investigazzjoni li għaddejja dwar il-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla tal-President Arévalo. Huwa pparteċipa personalment fir-raid mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem li kien jinvolvi l-ftuħ ta’ kaxxi tal-voti ssiġillati. Barra minn hekk, huwa kien involut fit-talba għas-sospensjoni tal-personalità ġuridika ta’ Movimiento Semilla f’Lulju 2023. Minbarra dan, f’Diċembru 2023, huwa pparteċipa f’konferenza stampa fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Huwa kien involut personalment fl-investigazzjoni falza u fil-prosekuzzjoni falza ta’ awtoritajiet eletti demokratikament, eks rappreżentanti tal-media (bħall-ġurnalist José Rubén Zamora), kif ukoll operaturi tal-ġustizzja, speċjalment l-investigazzjoni falza u l-prosekuzzjoni falza ta’ dawk li ġġieldu kontra l-korruzzjoni u l-impunità mal-Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG). Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, José Curruchiche Cucul huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdagħjfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
4. |
Leonor Eugenia MORALES LAZO DE SÁNCHEZ |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità, Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala Data tat-twelid: 19.9.1979 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2227901800101 Sess: mara |
Leonor Morales Lazo De Sánchez hija prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku). Hija involuta direttament fl-investigazzjoni li għaddejja dwar il-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla tal-President Arévalo. Wara t-tieni ċiklu tal-elezzjonijiet Presidenzjali f’Awwissu 2023, hija pparteċipat fir-raid mill-Ministeru Pubbliku fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem li kien jinvolvi l-ftuħ ta’ kaxxi tal-voti ssiġillati. Hija pparteċipat ukoll f’konferenza stampa f’Diċembru 2023 fejn il-Ministeru Pubbliku ppreżenta pretensjonijiet li l-eżitu tal-ewwel ċiklu ta’ elezzjonijiet f’Ġunju 2023 ma kienx validu. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Leonor Morales Lazo De Sánchez hija involuta fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk hija responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
5. |
Fredy Raúl ORELLANA LETONA |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-Seba’ Qorti Kriminali tal-Ewwel Istanza Data tat-twelid: 4.11.1982 Nazzjonalità: Guatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 253127548 (passport) Sess: raġel |
Bħala Mħallef tas-Seba’ Qorti tal-Ewwel Istanza Kriminali, Fredy Orellana Letona huwa responsabbli għas-superviżjoni u l-awtorizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku), li jinvestiga allegati irregolaritajiet fil-ħolqien tal-partit politiku Movimiento Semilla, li l-kandidat tiegħu rebaħ it-tieni ċiklu tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Gwatemala f’Awwissu 2023. Bħala imħallef superviżur, Fredy Orellana Letona awtorizza raids fil-kwartieri ġenerali tal-Movimiento Semilla f’Lulju 2023 u fil-bini tat-Tribunal Elettorali Suprem f’Lulju u f’Settembru 2023. Huwa ordna wkoll is-sospensjoni proviżorja tal-personalità ġuridika ta’ Movimiento Semilla u ċaħad l-aċċess għall-fajl tal-każ għad-difiża. Huwa ffaċilita l-azzjonijiet tal-FECI li jħarrku lill-awtoritajiet eletti u lill-maġistrati tat-Tribunal Elettorali Suprem. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Fredy Orellana Letona huwa involut fi sforzi biex jiġu annullati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2023 fil-Gwatemala. Għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala. |
2.2.2024 |
|
6. |
Jimi Rodolfo BREMER RAMÍREZ |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef Kriminali tal-Ewwel Istanza, l-Għaxar Qorti, il-Gwatemala Data tat-twelid: 25.9.1978 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1913604570920 Sess: raġel |
Jimi Bremer Ramírez huwa l-Imħallef Kriminali tal-Ewwel Istanza tal-Għaxar Qorti fil-Gwatemala. F'din il-kapaċità, huwa ħareġ mandati ta' arrest u awtorizza investigazzjonijiet ibbażati fuq akkużi ffabbrikati, u ssospenda s-seduti f'dawk il-każijiet u b'hekk illimita d-dritt għal smigħ pubbliku, aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust tal-konvenuti. Fi Frar 2023, bħala mħallef superviżorju, Jimi Bremer Ramírez awtorizza t-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali Kontra l-Impunità (FECI), li jopera taħt il-Ministeru Pubbliku (Ministerio Público) tal-Gwatemala (ekwivalenti għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) biex jinvestiga diversi ġurnalisti mill-gazzetti El Periódico u Prensa Comunitaria, wara r-rappurtaġġ tagħhom ta' korruzzjoni f'livell għoli fil-Gwatemala. Huwa ssospenda u ddifferixxa s-seduti tal-qorti tal-fundatur ta' El Periódico José Rubén Zamora mill-inqas sitt darbiet f'waħda mill-kawżi kriminali kontrih. Barra minn hekk, Jimi Bremer Ramírez dewwem il-proċeduri fil-kawżi kriminali kontra l-eks prosekuturi Stuardo Campo u Eduardo Pantaleón, u kontra l-avukat għall-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG) li m'għadhiex teżisti, Claudia González Orellana. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, Jimi Bremer Ramírez ħa sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Gwatemala u appoġġahom, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati u l-prosekuturi fil-Gwatemala |
12.6.2025 |
|
7. |
Ricardo Rafael MÉNDEZ-RUIZ VALDÉS |
Pożizzjoni(jiet): President, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Data tat-twelid: 9.10.1959 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 268287872 (passaport) Sess: raġel Individwi assoċjati: Raúl Amílcar Falla Ovalle Entitajiet assoċjati: President, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Media soċjali: https://x.com/rmendezruiz |
Ricardo Méndez-Ruiz Valdés huwa l-President tal-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT. L-FCT hija involuta f’kampanja ta’ prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, mexxejja indiġeni, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta’ investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Ricardo Méndez-Ruiz Valdés ħa sehem f’azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, tas-soċjetà ċivili, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025 |
|
8. |
Raúl FALLA OVALLE |
Pożizzjoni(jiet): Rappreżentant legali, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Data tat-twelid: 9.11.1971 Nazzjonalità: Gwatemaljana Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 179421166 (passaport) Sess: raġel Individwi assoċjati: Ricardo Méndez-Ruiz Valdés Entitajiet assoċjati: President, Foundation against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT Media soċjali: https://x.com/RaulFalla31 |
Raúl Falla Ovalle huwa r-Rappreżentant legali tal-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT. L-FCT hija involuta f’kampanja ta’ prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, mexxejja indiġeni, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta’ investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta’ dawk l-azzjonijiet, Raúl Falla Ovalle jieħu sehem f’azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, tas-soċjetà ċivili, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025 |
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Foundation against Terrorism (Fundación Contra el Terrorismo), FCT |
Data tar-reġistrazzjoni: 5.7.2013 Individwi assoċjati: Ricardo Méndez-Ruiz Valdés Raúl Amílcar Falla Ovalle |
Il-Foundation Against Terrorism (Fundación contra el Terrorismo), FCT, hija involuta f'kampanja ta' prosekuzzjonijiet politikament motivati mmexxija mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala kontra ġurnalisti, prosekuturi u mħallfin li kienu involuti fl-esponiment tal-korruzzjoni u l-impunità fil-Gwatemala kif ukoll kontra l-gvern elett demokratikament tal-Gwatemala, inkluż il-President Bernardo Arévalo. L-FCT bdiet għadd kbir ta' investigazzjonijiet kriminali kontra operaturi tal-ġustizzja, ġurnalisti u rappreżentanti tal-gvern billi ressqet ilmenti kriminali u billi aġixxiet bħala rikorrent terz fi proċedimenti kriminali li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali tal-konvenuti. Permezz ta' dawk l-azzjonijiet, l-FCT tieħu sehem f'azzjonijiet li jdgħajfu l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, inkluż il-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tar-rappreżentanti tal-media, u tal-avukati, l-imħallfin u l-prosekuturi. |
12.6.2025 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).