02023D2133 — MT — 17.10.2023 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2133 tat-13 ta’ Ottubru 2023 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkumbinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023)6739) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (ĠU L 2133 17.10.2023, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
|
Rettifika, ĠU L 90152, 7.3.2024, p. 1 ((UE) 2023/21332023/2133) |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2133
tat-13 ta’ Ottubru 2023
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9 u disa’ subkumbinazzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2023)6739)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikaturi uniċi
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × DAS-40278-9;
►C1 l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162 × NK603; ◄
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MIR162;
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × NK603 × DAS-40278-9;
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × DAS-4Ø278-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × DAS-40278-9.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu prodotti minnu;
għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu;
prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1 jew li jkunu jikkonsistu minnu, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Artikolu 3
It-tikkettar
Artikolu 4
Metodu għad-detezzjoni
Il-metodi stabbiliti fil-punt (d) tal-Anness għandhom japplikaw għad-detezzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, irrappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.
Artikolu 8
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:
|
Isem: |
Corteva Agriscience LLC |
|
Indirizz: |
9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti; irrappreżentata fl-Unjoni minn: Corteva Agriscience Belgium BV, Rue Montoyer 25, 1000 Brussell, il-Belġju. |
(b) Deżinjazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu prodotti minnu;
għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun prodott minnu;
prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fil-punt (e) jew li jkunu jikkonsistu minnu; għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-89Ø34-3 jesprimi l-ġeni cry1 A.105 u cry2Ab2, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-ġene cry1F, li tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidotteri u l-ġene pat, li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-IR162-4 jesprimi l-ġene vip3Aa20, li jagħtih protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri. Barra minn hekk, il-ġene pmi li jikkodifika l-proteina PMI ntuża bħala markatur tal-għażla fil-proċess tal-modifikazzjoni ġenetika.
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-ġeni cp4 epsps u cp4 epsps l214p, li jagħtu tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-4Ø278-9 jesprimi l-ġene aad-1, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq l-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (2,4-D) u fuq l-arilossifenossipropjonat (AOPP).
(c) Tikkettar:
(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti dwar it-tikkettar previsti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;
(2) Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fil-punt (e), jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1).
(d) Metodu tad-detezzjoni:
(1) Il-metodi kwantitattivi ta’ detezzjoni speċifiċi għall-event u bbażati fuq il-PCR huma dawk ivvalidati individwalment għall-eventi ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3, DAS-Ø15Ø7-1, SYN-IR162-4, MON-ØØ6Ø3-6 u DAS-4Ø278-9 u vverifikati ulterjorament fuq il-qamħirrum MON-89Ø34-3 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 × DAS-4Ø278-9.
(2) Ivvalidat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fi http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx
(3) Materjal ta’ Referenza: AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) huwa aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists’ Society fuq is-sit https://www.aocs.org/crm#maize; ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1), ERM®-BF446 (għal SYN-IR162-4), ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) u ERM®-BF433 (għal DAS-4Ø278-9) huma aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fis-sit web https://crm.jrc.ec.europa.eu/.
(e) Identifikatur uniku:
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti:
Mhumiex meħtieġa.
(h) Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem wara l-introduzzjoni fis-suq:
Mhumiex meħtieġa.
Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għal żmien. Dawk il-modifiki jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.